Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24226 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Inġenji Kbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema fid-dekasteru tiegħu li jsuqu trakk, jew passenger van, jew inġenji kbar oħra, u li m'għandhomx il-liċenzja biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartimenti konċernati biex jinvestigaw dan il-kaz.
Leg 9 PQ #24293 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Iklin — Rubbish Dump

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ma tibqax abbandunata l-għalqa li hemm quddiem Triq Pawlu Grech, l-Iklin billi din qed tintuża bħala rubbish dump u qed twassal biex ikun hemm ħafna ġrieden b'inkonvenjent għar-residenti ta' l-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dalwaqt jibdew diskussjonijiet bejn il-Kunsill Lokali ta' l-Iklin, il-Ministeru għall-Ambjent u d-Dipartiment tat-Toroq biex l-ambjent f'dawn l-inħawi jkun mtejjeb.
Leg 9 PQ #24295 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Iklin — Rubbish Dump

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ma tibqax abbandunata l-għalqa li hemm f' M. Butcher Str, l-Iklin billi din qed tintuża bħala rubbish dump u qed twassal biex ikun hemm ħafna ġrieden fl-inħawi kemm fit-triq innifisha kif wkoll fi Triq Richard Taylor ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #24243 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Far — Wied Znuber - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara r-rapporti li xandret Nature Trust/Malta dwar il-ħruġ mill-ġdid ta' drenaġġ mill-qasam industrijali ta' Ħal Far għal ġo Wied Znuber, liema drenaġġ eventwalment jispiċċa fil-baħar, jekk: (i) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex isir magħruf x'ikkawża dan kollu; (ii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex dan kollu ma jerġax jiġri; u (iii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu kontra min huwa responsabbli għal dan it-tinġiż?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf li din il-problema ilha teżisti minn mindu ġie żviluppat Ħal Far bħala zona industrijali. Il-problema għaldaqstant ilha aktar minn għoxrin sena u mhux xi problema li nqalgħet illum. X'ġiegħel jikkawża dan huwa magħruf għax f'dawk iż-żminijiet is-sistema tad-drenaġġ suppost kienet imqabbda ma' impjant tat-trattament tad-drenaġġ, li x-xogħol fuqu ma kienx spiċċa. Qegħdin isiru negozjati mal-MDC biex dan l-inkonvenjent jitneħħa. Hu mistenni li hi meħtieġa spiża ta' madwar kwart ta' miljun lira (Lm250,000.)
Leg 9 PQ #24261 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi onorata l-wegħda li ngħatat lill-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti li l-liċenzja għal kaċċa tinħareġ lil persuni ta' tmintax-il sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern se jonora l-wegħda li għamel lill-Kaċċaturi fil-Programm Leġislattiv tiegħu kemm jista' jkun malajr.
Leg 9 PQ #24265 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħolijiet Pubbliċi — Overtime

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 24135, kif jista' l-Ministru jgħid li soluzzjoni ġusta għal ħlas tal-ħaddiema li jitħallas nofs il-valur ta' l-overtime dovut bi dritt lilhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-uffiċjali ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu isostnu li s-sigħat ta' overtime li qed jgħidu li saru mill-ħaddiema m'humiex minnhom. Għalhekk nemmen li din hi soluzzjoni ġusta favur il-ħaddiema in kwestjoni.
Leg 9 PQ #24302 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Zabbar — Park Reġjonali

Question

Peress li sa mill-ewwel kunsill lokali f'Ħaż-Żabbar kienet saret talba biex il-gvern ċentrali permezz tad-dipartiment ta' l-ambjent jgħin fl-iżvilupp għal park reġjonali fejn illum hemm masġar taż-żebbuġ (ħdejn Girdle Road) jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal dan il-proġett min-naħa tad-dipartiment tiegħu, kif wkoll f'hiex tikkonsisti l-għajnuna tad-dipartiment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija pprepara d-dettalji biex tinħareġ l-offerta għall-bini ta' boundary wall. Xogħol ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ u żbir tas-siġar ser isir ukoll min-nies tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #24359 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Granmastru De Vilhena — Monument

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġunijiet kelli jiġi mċaqlaq il-monument tal-granmastru De Vilhena sabiex jiġi restawrat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett ta' restawr u konservazzjoni tal-monument De Vilhena fil-Floriana kien jipprevedi li jsir dan kemm minn barra u kemm minn ġewwa. Kien għalhekk neċessarju li jinqala' minn postu biex isir dak kollu li hemm bżonn isir fil-monument minn ġewwa. Barra minn hekk parti mill-kuntratt, li qiegħed isir mid-ditta speċjalista fil-bronż ta' Sante Guido Restauri, tipprevedi wkoll ir-restawr tal-pedestall ta' l-irħam.
Leg 9 PQ #23814 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Fondazzjoni Gaia

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta' kif il-Fondazzjoni Gaia nefqet il-fondi allokati lilha fis-snin 1999-2000? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mal-Fondazzjoni Gaia datat 29 ta' Lulju, 1998?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mal-Fondazzjoni GAIA datat 29 ta' Lulju 1998 u kopja tar-rendikont finanzjarju għas-sena 1999 flimkien ma' kopja taċ-ċertifikat maħruġ mill-awdituri Ernst & Young. Kif jiġi ffinalizzat ir-rendikont finanzjarju għas-sena 2000, jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Skond il-ftehim hawn anness ir-rendikont finanzjarju jrid jiġi mibgħut sa l-aħħar t'April.
Leg 9 PQ #24116 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Xbiex — Bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax issir bankina fil-parti ta' wara ta' Watar Street, Ta' Xbiex billi il-kunsill lokali iħoss li din mhiex responsabbilta tiegħu billi hemm encroachment ma bini privat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #24019 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima Xogħlijiet — Latrini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Taqsima Xogħlijiet matul din is-sena hux se tibni xi latrini ġodda? Jekk fl-affermattiv fejn se jinbnew u kemm se tiswa kull latrina? Hemmx talbiet oħra pendenti għal bini ta' latrini u jekk fl-affermattiv għalfejn saru dawn it-talbiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23900 (Seduta 505).
Leg 9 PQ #24005 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Unit għal Ambjent Aħjar

Question

Jista' l- Ministru jgħid meta hu maħsub li l-unit għal Ambjent Aħjar tibda l-bini ta' culvert ġdid ta' l-ilma tax-xita fi Triq il-Kanun, il-Ħamrun, billi dak eżistenti ma baqax ilaħħaq ma' l-ilma tax-xita wara li minnu għadda cable ta' l-elettriku u billi dan qed jikkawża dannu għar-residenti ta' l-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qed ikun ikkunsidrat..
Leg 9 PQ #24108 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Floodlighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswa il-floodlighting tal-bastjuni u swar tal-Imdina? Jista' jgħid minn min sar ix-xogħol u kemm ġie jiswa? Jista' jgħid jekk inħarġietx tender jew inġabrux kwotazjonijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid wkoll min ikkwota u minn ittenderja għal dan ix-xogħol u f'kull każ kemm kienet l-offerta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina għamel floodlights temporanji għall-faċċata tas-swar ta' l-Imdina. Dawn ġew imneħħija għaliex issa ħierġa t-tender għas-sistema kompluta. Is-sistema ta' floodlights temporanji saret b'tender li għaliha applika biss Vincent Mifsud Ltd. In-nefqa totali telgħet għal Lm6,880.
Leg 9 PQ #24173 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Playing Field

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23810 dwar il-bini ta' playing field fl-area magħrufa bħala tal-Blat II f'Ħal Qormi, li kien intqal li kellha ssir Triq il-Imħażen c/w Triq l-Industrija, peress li fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Ċensu Galea irriferini għall-ministru konċernat.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-sit imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jinsab f'qasam tad-djar tal-Gvern u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23914 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq Dun Ġorġ Fenech

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex fi Triq Dun Ġorġ Fenech, Ħal Qormi, jispiċċa l-iżdingar, issir it-triq u titneħħa dik li qed tiġi żviluppata fi scrapyard?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #23915 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq Carmelo Camilleri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex it-Triq Carmelo Camilleri, Ħal Qormi, tiġi mnaddfa biex jitneħħa l-iżdingar u tiġi meħlusa mill-ġrieden?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #23928 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Power Station — Precipitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa sabiex jinxtraw u jitwaħħlu precipitators fil-power station tal-Marsa? Hemm xi ħsieb jew ħtieġa li jitwaħħlu aktar precipitators?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23949 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata il-problema li hemm tal-ispiera tad-drenaġġ kantuniera ma' block 15A Fl.2, Stefanotis Str, San Ġwann.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tappiera tad-drenaġġ li hemm kantuniera ma' Blokk15A Flat 2, Stefanotis Street, San Ġwann, ser tinbidel fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla ma' waħda mill-ġodda peress illi dawn jissiljaw aktar u mistennija tispiċċa r-riħa fl-inħawi kull meta tferra l-pompa tal-Pumping Station ta' San Ġwann.
Leg 9 PQ #23962 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Ġiorni — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex is-soft areas li hemm fi Triq Eric Brockman, Triq Hans Stumme u Triq Carlo S Zabarella f'Ta Ġiorni issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa, jiġu mnadfa u s-siġar li hemm fl-area jiġu miżbura?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).