Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji u s-sajjieda li huma ntitolati għal duty free fuel sabiex jaħdmu u/jew jistadu fil-kosta tas-sajd tal-gzejjer tagħna?
Kemm ħadu duty free fuel, kumpanija kumpanija, matul din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kull min għandu bastiment "F", jiġifieri li jistad kummerċjalment fl-ibħra kostali, kontigwi u adjacent (ibħra tal-konvenzjoni UNCLOSS 1982) hu ntitolat għall-allokazjoni ta' duty free fuel marbuta ma' valur tal-qabda. L-ammonti totali ta’ duty free fuel kienu 1,761,477 litri. Dan ifisser li s-sajjieda bbenifikaw minn għajnuna li tfisser madwar Lm107,500 f'sena waħda biss.
Produtturi tal-Majjal Lokali — Żidiet fil-Prezzijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li filwaqt li l-produtturi tal-majjal lokali qed jitolbu 3c żieda fil-prezz tal-laħam li jiproduċu, l-gvern qed jitlobhom jbaxxi l-prezz bi 20c fil-kilo?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lil Onor Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda numru 30340.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bdiewa li jiproduċu prodotti bħal ħass, ħjar, tadam, patata, eċċ se jieħdu 7 milleżmi-il kilo bħal sussidju?
X'inhuwa r-ristrutturar li jridu jwettqu u kemm se jiswa dan lill-bdiewa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lil Onor Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda numru 30340.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-produtturi u l-proċessuri tal-laħam tat-tiġieġ se jkun possibbli għalihom li jirristrutrutturaw bis-sussidju ta' 3.5 mils fil-kilo kontra t-tneħħija tal-protezzjoni tal-levy?
Fil-fatt, x'inhuwar-ristrutturar li dawn iridu jwettqu bejn is-sena 2002 u 2008 u kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Response (ZAMMIT, NINU)
Preżentement qed isiru diskussjonijiet mall-partijiet konċernati fir-rigward ta' l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture li qed jitħejja għas-settur agrikolu. It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jintemmu dawn il-konsultazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jkun possibbli għall-produtturi tal-majjal lokali li jistrutturaw bis-sussidju ta' 1c fil-kilo li jitla' sa 16 fil-kilo meta jridu jbasru l-prezz b'20c l-kilo?
X'inhuwa r-ristrutturar li jridu jwettqu l-produtturi u l-proċessuri u kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lil Onor Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda numru 30340.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-prezz medju li fuqu ikkalkulat is-sussidju fuq il-laħam tal-majjal huwa ta' 80c meta l-prezz huwa ta' 82c u 84c u hemm talba mill-kooperattiva sabiex il-prezz jgħola bi 3c u jiġi għall-87c fil-kilo?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li fuq il-laħam tat-tiġieġ qed jingħata
sussidju ta' 3 1/2mils u fuq il-laħam tal-majjal 1c?
Hija fil-fatt kwestjoni tal-perjodu taż-żmien, jew xorta oħra?
Jista' l-Ministru jgħid kif lill-produtturi tal-bajd frisk lokali se jibdew jirristrutturaw bis-sussidju ta' 4.5 milleżmi fuq kull tużżana bajd?
U fil-fatt x'inhuwa r-ristrutturar li dawn iridu jwettqu bejn is-sena 2002 u 2008?
Kemm hija kkalkulata n-nefqa f'ċifra ta' flus għal dan l-istrutturar li l-produtturi l-hatchers jridu jwettqu?
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm diskussjonijiet ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-Agrikoltura bejn Malta u New Zealand matul dawn l-aħħar tlett snin?
Jekk iva x'kienu u fliema stadju waslu?
Jekk le jista' jikkunsidra li jibdew?
Jekk fl-affermattiv meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jiena nfurmat li ma kien hemm l-ebda diskussjonijiet formali ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-Agrikoltura bejn Malta u New Zealand matul dawn l-aħħar tliet snin.
Hekk kif ikun hemm interess reċiproku biex jibdew xi diskussjonijiet formali mhux se nonqos milli nappoġġjahom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex se titneħħa l-protezzjoni tal-levies li tiproteġġi lill-bdiewa, raħħala u l-agro-industrija lokali, imbagħad se ndaħlu l-kwoti biex niproteġu l-bdiewa, raħħala u l-Agro-Industrija ta' l-UE? Jista' jgħidli liema huma dawk l-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u l-agro-industrija li jaqblu ma din is-sistema tal-Gvern Nazzjonalista?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu interpretazzjoni ħażina tal-fatti. Dawn ġew spjegati lilu f'diversi tweġibiet għall-mistoqsijiet li diġa' għamel. Fi ftit kliem, dak li qed jagħmel il-Gvern hu li jipprepara s-setturi għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt kif issa jaf kulħadd, it-tneħħija tal-levies tieħu medda ta' snin u għal kull tnaqqis, tingħata għajnuna lill-bdiewa, raħħala u produtturi fl-agroindustrija. Hu importanti li dan kollu jsir taħt is-sorveljanza ta' Monitoring Unit tad-Dipartiment li jassigura li ma jkunx hemm impatti mhux mixtieqa. Din l-istrateġija, maħduma minn esperti f'dan il-qasam, ġiet diskussa, b'mod formali u iniformali, mal-partijiet interessati kollha.
Fil-fatt is-Special Safeguards ta' l-UE huma forma ta' protezzjoni għas-settur tal-biedja tal-pajjiżi membri?
Peress li skond il-Ministru, l-protezzjoni trid tispiċċa, jista' jinformani meta l-UE se tneħħi il- 539 Special Safeguards?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tista' tinkiseb mid-Direttorat-Ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea fi Brussel.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li s-siġar tal-frott ġew importati meta matul dawn l-aħħar tlett snin setgħu ġew imkabbra fiċ-Ċentru tal-Micropropagazzjoni? X'kienet in-nefqa għas-siġar li nxtraw din is-sena u kemm kwantita?
Response (ZAMMIT, NINU)
Peress li din kienet l-ewwel sena li dan iċ-Ċentru beda jipproduċi s-siġar tal-frott u d-domanda kienet kbira ħafna għalhekk ġie deċiż li jiġu mportati siġar sabiex inkunu nistgħu naqdu aħjar id-domanda l-kbira mill-bdiewa.
Il-kwantita' ta' siġar li ġew importati kif ukoll in-nefqa kienet hekk:
Kwantita': Siġar tal-frott 50,000
Rootstock 67,400
Valur: 102,067 Euros
Inżid ngħid li kif stqarrejt fil-Parlament, din l-importazzjoni ser tibda tiġi sostitwita bi produzzjoni lokali mis-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Gvern ma talabx ukoll supply measure kif l-importazzjoni tal-laħam abjad ġejja mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE? Peress li l-Ministru jgħid li l-protezzjoni trid tispiċċa, jista' jinfurmani meta l-UE se tneħħi dawn il-87 kwota u tariffa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispecial supply measure tintalab għal dawk il-prodotti li huma impurtati fi kwantita kbira u li d-differenza fil-prezz tista' teffettwa l-għoli tal-ħajja. Għar-rigward tat-tariffi li l-Unjoni Ewropea għandha taħt il-WTO, Malta tkompli tgawdi bħall-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ispiza tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena kienet ta' Lm 1,862.70.
L-ispiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena kienet hekk:
1997 Lm 68.57
1998 Lm 1,548.59
1999 Lm 3,507.43
2000 Lm 3,578.61
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas tal-konsulenti dwar il-qasam tas-sajd li għandu l-Ministeru u/jew id-Dipartiment tas-Sajd matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena? X'benefiċċji u fringe benefits għandhom u kemm swew lid-Dipartiment u/jew lill-Ministeru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ħlas ta’ salarju u fringe benefits tal-konsulenti dwar il-qasam tas-sajd għal dawn l-aħħar tliet snin, sena b’sena, kien kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
KONSULENTI DWAR IL-QASAM TAS-SAJD
SALARJI:
Isem tal-Konsulent
1999
2000
2001
Rimarki
Dr Alain Le Breton
Lm 8,820
Lm 2,035 *
Nil
* Paga għal kull ġurnata xogħol.
Mr Matthew Camilleri
Lm 6,747
Lm 6, 737
Lm 8,438 *
* Dan jinkludi l-
bonuses
ta’ sena sħiħa, inklużi xi żidiet li jiġu approvati.
Dr Simeon Deguara
Nil
Nil
Lm 8,438 *
* Dan jinkludi l-
bonuses
ta’ sena sħiħa, inklużi xi żidiet li jiġu approvati.
Dr Robert Vassallo Agius
Nil
Nil
Lm 8, 438 *
* Dan jinkludi l-
bonuses
ta’ sena sħiħa, inklużi xi żidiet li jiġu approvati.
Dr Zarco Peric
Nil
Nil
Lm 5,063 *
* 60% ta’ l-iskala 5 u jiddependi fuq kemm il-ġurnata jaħdem fiċ-Ċentru tal-MCFS.
BENEFIĊĊJI:
Isem tal-Konsulent
1999
2000
2001
Rimarki
Dr Alain Le Breton
Lm3,800 bħala
Professional Insurance
, Lm650 bħala
National Insurance
fi Franza. Lm100 kull xahar bħala
expatriate allowance
u pagamenti għall- edukazzjoni ta’ uliedu f’Malta.
Lm876 kull sena bħala
Professional Insurance
fi Franza. Lm150 bħala
National Insurance
u pagamenti għall-edukazzjoni ta’ uliedu f’Malta sa’ Marzu.
Nil
Il-benefiċċji laħqu massimu ta’ Lm 6,850 fl-1999.
Mr Matthew Camilleri
Lm 80 *
Lm 80 *
Lm 80*
*
Allowance
u spejjeżta’ fuel u telefonati minn fuq il-mobile.
Dr Simeon Deguara
Nil
Nil
Lm 80*
*
Allowance
u spejjeżta’ fuel u telefonati minn fuq il-mobile.
Dr Robert Vassallo Agius
Nil
Nil
Lm 80*
*
Allowance
u spejjeżta’ fuel u telefonati minn fuq il-mobile.
Dr Zarko Peric
Nil
Nil
Lm 80*
*
Allowance
u spejjeżta’ fuel u telefonati minn fuq il-mobile.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas lill-konsulenti tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd matul dawn l-aħħar tlett snin sena b'sena? X'benefiċċji u fringe benefits għandhom u kemm swew sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 30125 u nżid:
KONSULENTI DWAR IL-QASAM TA’ L-AGRIKOLTURA
SALARJI U BENEFIĊĊJI:
Isem tal-Konsulent
1999
2000
2001
Rimarki
Mr Joseph Borg
Nil
* Lm 1,798
* Lm 1,226
* 20 hrs per week
Ms Radmila Vujicic
Nil
Nil
* Lm 1,193
*30 hrs per week
Mr Everaldo Attard
Nil
* Lm 335
* Lm 1,710
* 15 hrs per week
Mr David Dandria
Nil
Nil
* Lm 1,231
* Full-time
Mr Arnold Grech
* Lm 3,329
* Lm 3,368
* Lm 3,661
* 30 hrs per week
Mr Joseph Pirotta
Nil
* Lm 2,694
* Lm 5,422
* 30 hrs per week
Jista' l-Ministru jgħid jekk studenti l-ESTS li temmew b'suċċess il-kors ta' orticulture hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati mal-Gvern?
Response (ZAMMIT, NINU)
Meta sar il-ftehim ma’ l-istudenti ta’ l-Extended Skills Training Scheme dawn ma ngħatawx garanzija li jiġu mpjegati mal-Gvern. Jekk 'il quddiem joħorġu applikazzjonijiet għal Farmers jew Gardeners minn barra s-Servizz Pubbliku, l-istudenti li jkunu temmew b’suċċess il-kors tagħhom ikunu f’pożizzjoni vantaġġjuża li jiksbu dawn l-impjiegi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern se jneħħi l-protezzjoni għas-settur tal-biedja lokali bejn Malta u l-UE u l-UE le? Jista' jgħid għaliex l-UE se tkompli issostni l-protezzjoni tagħha għall-biedja tal-pajjiżi membri meta l-Gvern Malti se jneħħi l-protezzjoni tiegħu sabiex jakkomoda lill-istess UE u ċioe minħabba l-applikazzjoni tas-sħubija sħiħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li l-fatti m'humiex kif qed jinterpretahom. Il-protezzjoni li għandna għas-settur tal-biedja fil-kwadru tar-regoli tat-WTO se tibqa' kif inhi. L-unika bidla fil-mument hi li nħejju rwieħna, gradwalment, mingħajr skossi u bil-prudenza, għall-integrazzjoni fis-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea meta nissieħbu ma' l-Unjoni Ewropea. Dan jieħu numru ta' snin u fl-istess waqt il-biedja tagħna se tibbenefika minn skemi kif tħabbar fil-Budget.