Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpaniji msemmijin ma ngħatawx xogħol minn dan il-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sa llum.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet, anki ta’ Segretarju) ? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija fil-Mistoqsija kienet dejjem ingaġġata bħala Ambaxxatur jew Ambaxxatur b’Residenza f’Malta. L-individwu rreżenja fl-2008 u għaldaqstant l-informazzjoni li qed tiġi ppreżentata tasal sa’ dak iz-zmien. Huwa ma kien qatt maħtur fuq xi bord imtella’ mill-Ministeru. L-informazzjoni finanzjarja mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kariga ta’ Ambaxxatur hija pożizzjoni ta’ fiduċja u, allura, dawn il-ħatriet issiru b’mod dirett u ma jinħargux sejħiet ta' applikazzjonijiet għalihom.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru direct orders, u għal liema raġuni, mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 t’April 2014? Kemm intefqu flejjes fuqhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar sat-30 t’April ta’ din is-sena ngħataw disa’ (9) Direct Orders. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jikkonfermax ir-rapporti li dehru fil-ħarġa tal-“Malta Today” tal-11 ta’ Mejju 2014 dwar il-konsolat ta’ pajjiżna fi Tripoli? Jekk iva, jista’ jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu? U jekk sar rapport intern, jista’ jpoġġieh fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li ġie rapportat jista’ jingħata diversi interpretazzjonijiet. Ninformaħ ukoll li ma jistgħu jittieħdu l-ebda passi qabel ma jkun hemm rapport tal-puliizija, l għad m’hemmx rapport, ma nistax nikkonferma jew nicħad dak li qed jintqal fil-Malta Today.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika r-raġuni għar-riżenja tagħhom u l-pożizzjoni li kienu jokkupaw?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi kien hemm persuna waħda fil-kariga ta' Assistent Direttur illi twaqqaflu il-kuntratt minħabba li ngħata kariga ġdida.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru spejjeż mill-bidu ta’ din is-sena inkonnessjoni ma’ vjaġġi minn uffiċjali mill-Ministeru? Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer u fejn u minn min kien akkumpanjat?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż fuq safar minn Jannar sal-aħħar t’April laħaq it-total ta’ €262,731.47.
Din l-ispiza tkopri (I) Safar tal Ministru (II) Safar tas-segretarjat li jakkunpanjaw il Ministru (III) Safar ta’ l-Ufficjali kollha tal Ministeru(IV) Safar ta’ Ambaxxaturi kollha akkredittati minn pajjizna, residenti u mhux residenti.
Jiena sifirt ħdax il darba u d-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
FROM
TO
GRADE/ TITLE
TO
17th January
24th January
Hon Minister & Mrs Vella
Belgium/Austria/Slovakia
Assistant Private Secretary
19th January
20th January
Director General Political, EU Affairs, Maltese Abroad
Belgium
9th February
11th February
Hon Minister
Belgium
Private Secretary
9th February
10th February
Director General Political, EU Affairs, Maltese Abroad
20th February
20th February
Hon Minister
Belgium
Private Secretary
Director General Political, EU Affairs, Maltese Abroad
5th March
7th March
Hon Minister
Rome, Italy
Private Secretary
Director General Political, EU Affairs, Maltese Abroad
10th March
14th March
Hon Minister & Mrs Vella
Germany
Assistant Private Secretary
Director Protocol and Consular Services
3rd March
3rd March
Hon Minister
Belgium
Head of Customer Care
Director General Political, EU Affairs, Maltese Abroad
16th March
17th March
Hon Minister
Belgium
Head of Customer Care
Director General Political, EU Affairs, Maltese Abroad
20th March
22nd March
Hon Minister & Mrs Vella
Rome, Italy
Chief of Staff
2nd April
3rd April
Hon Minister
Belgium
Head of Customer Care
13th April
17th April
Hon Minister
Luxembourg/Spain
Chief of Staff
13th April
15th April
Director General Political, EU Affairs, Maltese Abroad
Luxembourg
24th April
27th April
Hon Minister
Georgia
Head of Customer Care
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Xogħlijiet lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru ma' tax xogħolijiet lill-individwu msemmi fil-mistoqsija bejn l-1998 u Marzu 2013.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’arranġamenti saru għaċ-ċittadini Ukraini li jinsabu f’pajjiżna sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-visa?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq nirreferi lill Onor. Interpellant li aħna responsabli bħala Ministeru għall-aspett konsolari ta’ fejn wieħed japplika għall-visa.
Ma nistgħax nifhem il-mistoqsija għaliex min qiegħed Malta, u hu jew hija Ukren/a, digà għandu visa.
S'issa l-visi mill-Ukraina dejjem ġew minn Moska, allura lanqas tidħol il problema ta’ kif se jakkwistaw il-visi għall-Malta n-nies tal-Krimea.
Qiegħed isiru attentati biex jinstab mezz kif dan il-process jista’ jitħaffef u ma jkunx hemm bżonn li ċittadin Ukren imur Moska.
Bl-aħħar żviluppi li seħħew fl-Ukraina, dan il proċess ikollu jistenna xi ftit aktar milli kien maħsub
Diskussjonijiet fuq il-kwistjoni pendenti fl-Ukraina
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ġie diskuss meta ltaqa’ mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fiż-żjara riċenti tagħha f’Malta, partikolarment dwar il-kwistjoni pendenti fl-Ukraina? X’ġie ffirmat u x’programm ta’ kooperazzjoni se jkun hemm?
Response (VELLA, GEORGE)
Jiena nippretendi li l-Onor. Interpellant diġa qara l-Press Release, u r-rapport tal-Press Conference li saret fi tmiem il-laqgħa bejn il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall Affarijiet Barranin Natalia Gherman u jien.
Fl-10 t’April, iltqajt f’Malta mal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Moldova, l-E.T. Natalia Gherman. Din iż-żjara seħħet f'mument kruċjali f’kuntest ta’ żviluppi sinifikanti li qed iseħħu fil-Lvant tal-Ewropa.
Waqt it-taħdidiet li kelli mal-Ministru Gherman ġew diskussi għadd ta’temi bilaterali kif ukoll is-sitwazzjoni fir-reġjun, speċjalment l-aħħar żviluppi fl-Ukrajna u l-impatt li dawn kellhom fuq il-pajjiżi ġirien.
F’dan il-kuntest jiena sħaqt fuq l-importanza li Malta tagħti lill-Partenarjat tal-Lvant tal-Unjoni Ewropea (Eastern Partnership) u kif dan l-istrument jista’ jwassal lejn stabbilta’ ekonomika u politika dejjiema fir-reġjun.
Infurmajt ukoll lill-Ministru Gherman li Malta ssostni li għandu jiġi ffirmat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludi ukoll Deep and Comprehensive Free Trade Area, bejn l-UE u l-Moldova f'Ġunju ta' din is-sena, kif ġie miftiehem ukoll mill-Kapijiet ta’ Stat u Gvern waqt il-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2014.
Waqt din iż-żjara, ġew iffirmati Ftehim għall-Ħelsien mit-Taxxa Doppja, kif ukoll Joint Declaration fejn Malta lesta li tagħti għajnuna lill-Moldova f’termini ta’ taħriġ u sostenn fl-ambitu tal-aspirazzjonijiet Ewropej ta’ dan il-pajjiż. Permezz ta’ din il-Joint Declaration, Malta ser tkun qegħda:
· toffri l-appoġġ tagħha għal koperazzjoni dejjiema ta’ natura politika u settorjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova;
· taqsam l-esperjenzi tagħha f’dak li jirrigwarda integrazzjoni aktar
mill-qrib mal-Unjoni;
· tassisti lill-Moldova biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħha fi ħdan l-aġenziji u proġetti tal-Unjoni;
· tagħti kontribut fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet fil-Moldova permezz ta’ taħriġ ta’ membri tal-korp diplomatiku.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat reċentement man-Niġerja?
Response (VELLA, GEORGE)
M'għandix diffikulta npoġġi id-dokumenti mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra (kopja tal-Memorandum ta' Ftehim li ġie ffirmat man-Niġerja fit-3 ta' April 2014 dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni). Imma nfakkar lill-Onor. Interpellant li kopja ta' dan il-Memorandum ta' dan il ftehim hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Jista’ l-Minisitru jgħid kemm ġew iffirmati Memorandum of Understanding minn April 2013 sal-aħħar ta’ Marzu 2014? Jista’ jindika ma’ liema pajjiżi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Gvern Malti iffirma 35 Memorandum of Understanding/Ftehim minn April 2013 sal-aħħar ta' Marzu 2014. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dan il-ftehim fejn hemm indikat ukoll il-pajjiżi li magħhom ġie konkluż dan il-ftehim.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni qed jieħu pajjiżna fil-konfront tas-sitwazzjoni pendenti fis-South Sudan u jekk kienx hemm kuntatti u diskussjonijiet ma’ dan il-pajjiż?
Response (VELLA, GEORGE)
Malta qed issegwi l-iżviluppi fis-Sudan tan-nofsinhar u tingħaqad mas-sejħa internazzjonali għal-waqfien mill-ġlied bejn il-Gvern ta’ dan il-pajjiż u r-ribelli.
Il-Gvern Malti jkkundanna b’mod partikolari l-vjolenza etnika u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili, kif ukoll l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż. Malta, flimkien ma’ bosta membri tal-komunita’ internazzjonali taqbel li ssir inkjesta indipendenti mill-Unjoni Afrikana dwar dawn l-abbużi. Is-sitwazzjoni umanitarja hija wkoll waħda prekarja bil-figura ta’ refuġjati nterni tilħaq madwar il-miljun.
Malta tapprezza bis-sħiħ l-isforzi tal-Ġnus Magħquda u tal-Intergovernmental Authority for Development (IGAD) għall-ħarsien tal-popolazzjoni ċivili kif ukoll għall-medjazzjoni bejn il-Gvern tas-South Sudan u r-ribelli.
Il-Gvern Malti rrikonoxxa l-indipendenza tas-Sudan tan-nofsinhar fl-10 ta’ Lulju 2011 iżda ma kienx hemm kuntatti diretti mal-Gvern ta’ dan il-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni qed jieħu pajjiżna fil-konfront tal-partijiet fil-konflitt li hemm pendenti fis-Sirja in vista tal-aħħar żviluppi li kien hemm f’dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (VELLA, GEORGE)
Matul il-kunflitt fis-Sirja, Malta b’mod konsistenti saħqet dwar l-importanza tad-diplomazija bħala soluzzjoni għas-sitwazzjoni kritika f’dan il-pajjiż, bil-prijorita’ immedjata tkun il-waqfien mill-ġlied u vjolenza kontra ċ-ċivili mill-partijiet kollha ta’ dan il-kunflitt.
Il-pożizzjoni ta’ Malta fuq is-sitwazzjoni fis-Sirja hija riflessa fil-Konklużjonijiet u rapporti li ta’ kull xahar jiġu adottati mill-Ministri Għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea imlaqqajgħin fil-Kunsill għall Affarijiet Barranin.
B’mod partikolari, fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea li saret fl-14 ta’ April 2014, enfasizzajt il-kriżi umanitarja li żviluppat fi traġedja għal eluf ta’ Sirjani. Semmejt ukoll kif ir-rapporti li qed jinħarġu minn aġenżiji tal-Ġnus Magħquda huma allarmanti, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-setturi l-aktar vulnerabbli tas-soċjeta’ Sirjana, bħat-tfal.
Waqt l-istess laqgħa, sħaqt ukoll fuq l-importanza li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fis-Sirja. Il-pożizzjoni Maltija hija wkoll waħda ta’ solidarjeta’ mal-pajjżi ġirien tas-Sirja, il-Libanu, l-Ġordan, it-Turkija u saħansitra l-Iraq li fetħu l-fruntieri tagħhom lil miljuni ta’ Sirjani li qed jaħarbu mill-qilla tal-vjolenza u d-disperazzjoni.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru ma tax xogħlijiet lill-individwu msemmi fil-mistoqsija bejn l-1998 u Marzu 2013.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru ma tax xogħolijiet lill-kumpanija msemmija fil-mistoqsija, bejn it-2011 u Marzu 2013.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8326 u jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentri numru 8326.
Ministru għall-Affarijiet Barranin — PR u media events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività, kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fil-tabella hawn taħt :-
2013
Date
Event
Cost
Details
26-Jun-13
Presentation of Report by Commission on Audit of Malta Embassies Abroad
Nil
5 July 013
Concert in collarboration with the Embassy of the Republic of Ireland coinciding with the end of the Irish EU Presidency
Sponsored
17-Jul-13
Launching of the Ministry for Foreign Affairs' new Structure and Guiding Principles
€55
p
rinting of 1000 booklets at GPP
€142.66
hire of PA System - Studio 7 - Quotations
Total
€197.66
09-Dec-13
Opening of Exhibition - Slovak Celebration
Nil
19-Dec-13
Meeting with the Media
Sponsored
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari numru 8429 minħabba li rriżulta li l-Kumpaniji msemmijin f'dawn il-Mistoqsijiet fil-fatt jirreferu għall-istess kumpanija.