Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' households u intraprendituri separatament li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għall-konsum tad-dawl u l-ilma?
Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ arranġamenti li ġew iffirmati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex iħallsu l-arretrati tal- kontijiet pendenti għall-konsum tad-dawl u l-ilma, huwa hekk kif elenkat fit-tabella hawn taħt:
01/01/07
sa
17/04/07
2006
2005
2004
2003
Household Accounts
611
1,105
NA
NA
NA
Commercial Accounts
41
225
NA
NA
NA
TOTAL
652
1,330
1,235
1,587
698
Matul is-snin 2003, 2004 u 2005, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kienet tiġbor in-numru ta’ arranġamenti bħala ċifra globali u mhux kategoriżżati. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-Korporazzjoni ma tistax tgħati din l-informazzjoni għaliex mhix miżmuma skond kif inhi mitluba.
Globalment il-Korporazzjoni Enemalta għandha 77 “active agreements” li huma maqsumin kif ġej:
56 Postijiet Kummercjali
21 Postijiet Industrijali
Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta ma żżommx din it-tip ta' informazzjoni.
Jista' l-Ministru jara jekk il-proċedura li ntużat fil-promozzjonijiet li ngħataw għas-"Seniors" fil-generation roomta' l-Enemalta fil-Marsa hijiex il-proċedura korretta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-ex ħaddiema tas-Sea Malta se jieħdu n-notice money u t-terminal benefits?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-likwidaturi tas-Sea Malta huma preżentament suġġett ta' deċiżjoni tal-Qorti dwar konkors tal-kredituri li jikkontendu li għandhom privileġġ jew privileġġi skond il-Liġi.
Il-likwidaturi jiġu iggwidati biex jipproċedu kif l-Qorti ta' Malta tiddeċiedi l-meritu tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-main l-antik tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon f'Hal Luqa hux se jinbidel filwaqt li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq il-bdil tal-kanen ta' l-ilma mill-Kunsill Lokali u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma peress li din it-triq se tingħata t-tarmac mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol minħabba li riċentement reġa' kien hemm żbroff tad-drenaġġ fid-djar tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma se tagħmel survey bis-CCTV fi Triq Anton Falzon, Luqa , it-Tnejn 30 t’April biex tiġi nvestigata l-kundizzjoni tal-main
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-drenaġġ huwiex ser jiġi estiż għal Bidni limiti ta' Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn? Jekk fl-affermattiv meta ser jibda x-xogħol peress li t-toroq huma ħżiena ħafna u ma jistgħux isiru qabel ma titlesta s-sistema tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istima għal dan ix-xogħol tad-drenaġġ hija waħda sostanzjali u mhux inkluża fl-estimi tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma għas-sena kurrenti.
Il-Korporazzjoni se tinkludi din l-istima għas-sena li ġejja. Sadanittant ser isiru l-applikazzjonijiet għall-permessi meħtiega mill-MEPA biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir.
Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Lista' ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informażżjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24163, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla, saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-home għadhom qatt ma nxtegħlu. Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu? Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-dawl imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta.
Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Delegazzjonijiet ministerjali
Question
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 2006 sal-llum, il-biljetti kienu kollha maqtugħin mill-Air Malta apparti waħda. Din il-waħda kienet lejn Dubai u l-biljetti inqatgħu direttament mill-Emirates . Il-prezz tal-biljetti kien Lm1128.88.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex tissewwa s-sistema tad-drenaġġ fi Triq Viani f'Tas-Sliema għax għad hemm residenti jsofru tbatija kbira u dan anke b'dannu għas-saħħa tagħhom minħabba d-drenaġġ li għadu jiskula fil-kantini tagħhom, bħal per eżempju fir-residenzi nru. 89 u 91?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet survey bis-CCTV fil-mejn tad-drenaġġ fit-triq imsemmija, instab li dan il-mejn hu f’kundizzjoni tajba ħlief għal manhole li kellha bżonn tikħil. Dan ix-xogħol sar.
Għalkemm l-ammont tad-drenaġġ li qed jiskula naqas, xorta baqa’ l-inkonvenjent.
Għaldaqstant il-kwestjoni issa ġiet riferuta lill-Awtoritajiet Sanitarji u l-Ispettur Sanitarju responsabbli għandu jagħmel pressure tests fuq l-internal house drains privati.
Jista' l-Ministru jara li t-telephone boxli tinsab fil-kantuniera ta' Triq il-Baħrija, Ħaż-Żabbar titneħħa minn postha jew toħroġ 'il barra, jiġifieri ma tibqax mal-ħajt ta' residenza privata, u dan minħabba inkonvenjenza kbira li qed tikkaġuna lir-residenti tal-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru tiegħi mhux responsabbli għal-xogħol fuq 'telephone boxes'.
Jista' l-Ministru jara li jsir arranġament ma' l-inkwilin, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, biex jibda jħallas bin-nifs il-kont pendenti tad-dawl u l-ilma u hekk jerġa' jingħatalu s-servizz tad-dawl u l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuna li saret referenza għaliha għandha tagħti għall-elettriku u l-ilma konsumat f’ħames postijiet differenti.
Hemm ukoll kawża fil-Qorti mibdija mill-Korporazzjoni għas-Servizz ta’ l-Ilma u li għada pendenti.
Minkejja dan, jekk din il-persuna tikkuntatja s-sezzjoni tal-Credit Control tal-Korporazzjoni ikun jista jsir arrangament biex isir programm ta’ ħlas biex is-servizzi ta’ l-ilma u l-elettriku jiġu ristorati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tank cleansing farm tal-Malta Dockyard f'Ricasoli għadux jintuża? Jekk fl-affermattiv, kemm-il darba ntuża matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-Tank Cleaning Station ġewwa Ricasoli għadu jintuża mill-Malta Shipyards. F’ dawn l-aħħar ħames snin sar dan l-użu mit-Tank Cleaning Station:
Fis-sena 2002 daħlu 20 vapur direttament ġewwa t-Tank Cleaning Station filwaqt li 71 vapur ġewwa l-Malta Shipyards għamlu użu mill-istess faċilitajiet sabiex jeħilsu miż-żjut u jnaddfu t-tankijiet.
Fis-sena 2003 daħlu 11-il vapur diretti u 57 mill-Malta Shipyards.
Fis-sena 2004 daħlu 9 vapuri diretti u 55 mill-Malta Shipyards.
Fis-sena 2005 daħlu 7 vapuri diretti u 55 mill-Malta Shipyards.
Fis-sena 2006 daħlu 11-il vapur diretti u 46 mill-Malta Shipyards.
Ministeru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Bordijiet/Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta għamlet outsourcing ta' ċertu xogħol fil-qasam ta' l-IT fix-xhur li għaddew? Dan kemm ġie jiswa?
Jista' jikkonferma li dan il-kuntratt ingħata lill-kumpannija SITA aktar minn sena ilu? Liema kumpanniji oħra ġew ikkonsidrati qabel saret din l-għażla? Jista' jikkonferma jekk SITA ħadux kuntratti simili li kienu jinkludu networking, infrastructure, desktop work u applications qabel ġew magħżula għal dan il-kuntratt?
X'kienu l-problemi li nqalgħu ma' SITA riċentement fl-esekuzzjoni ta' dan il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24550 u jgħid kemm ġie jiswa r-rapport ta' KPMG u Prof. L. Briguglio dwar "Smartcity Social Economic Impact Assessment"? Ġew ikkonsidrati xi awdituri u ekonomisti oħrajn qabel saret l-għażla finali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rapport imsemmi ġie ikkummissjonat mill-Malta Government Technology Investments Ltd. fuq deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi ta’ l-istess kumpanija skond il-proċeduri stabbiliti. Ir-rapport sewa Lm 18,500 + VAT. Infurmat wkoll li minħabba li KPMG kienu involuti bħala konsulenti tal-Gvern matul il-proċess ta’ diskussjonijiet, tqabbdu huma direttament, skond il-proċeduri stabbiliti.