Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MEUSAC – għajnuna lil għaqdiet volontarji u kunsilli lokali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ għajnuna tingħata mill-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) sabiex għaqdiet volontarji u Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea? L-għajnuna hi ristretta biss għall-għaqdiet volontarji u Kunsilli Lokali?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta reġa’ twaqqaf f’Lulju tal-2008, il-MEUSAC ingħata mandat biex jassisti lill-kunsilli lokali u NGOs u jiffaċilita l-aċċess ta’ dawn l-entitajiet għal programmi ta’ fondi tal-UE. L-assistenza tikkonsisti filli tingħata informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ fondi lil dawn l-entitajiet, jiġu identifikati programmi adatti, jitħejjew proġetti u tiġi sottomessa applikazzjoni għal finanzjament minn fondi tal-UE. B’mod konkret dan issir billi: · Il-MEUSAC jorganizza laqgħat individwali ma’ kunsilli u NGOs li potenzjalment jistgħu jibbenefikaw minn fondi tal-UE billi jiddiskuti l-proposti tal-proġetti u kif ukoll jiġu identifikati liema l-iktar programm ta’ fondi hu addattat; · Il-MEUSAC joffri pariri prattiċi waqt l-ippjanar tal-proġetti filwaqt li jkun assigurat l-eliġibilità tal-proġett skont ir-rekwiżiti tal-programm ta’ fondi tal-UE li taħtu tkun ser issir l-applikazzjoni; · Il-MEUSAC joffri assistenza teknika fil-mili tal-applikazzjoni għall-fondi tal-UE; · Il-MEUSAC jorganizza diversi laqgħat ta’ informazzjoni għall-kunsilli lokali u NGOs fuq diversi programmi ta’ fondi tal-UE; · Il-MEUSAC jiċċirkola emails informattivi lill-kunsilli lokali kollha u kif ukoll lill-NGOs li juru interess. Il-MEUSAC jassisti wkoll lil kumpaniji privati u individwi billi jipprovdi informazzjoni relata u aġġornata dwar programmi u fondi tal-UE u jasssisti wkoll biex jiġi identifikat liema programm ta’ fondi jkun addattat skont il-proġett. Il-MEUSAC jassisti Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet oħra pubbliċi fil-mili tal-applikazzjoni għall-fondi tal-UE.

MEUSAC – proġetti li ntgħażlu biex jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il proġett intgħażel biex jibbenefika minn Fondi tal-UE bis-saħħa tal-ħidma tal-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC)? Kemm kienu l-ammonti fi flus mirbuħa permezz ta’ dawn il-proġetti?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li minn Novembru tal-2008 sa Marzu 2016, bis-saħħa tal-assistenza li joffri l-MEUSAC, 105 proġetti ġew implimentati mill-Kunsilli Lokali. Dawn ammontaw għal €12,997,986 f’fondi mill-UE. Fil-każ tal-NGOs, saru 155 proġett li ammontaw għal €8,083,655. Il-MEUSAC assista wkoll ministeri, dipartimenti u entitajiet pubbliċi sabiex jitwettqu 23 proġett differenti li ammontaw għal €10,480,849. It-total ta’ proġetti mirbuħa bis-saħħa tal-MEUSAC hu ta’ 283 proġett li jammonta għal €31,562,491.

MEUSAC – attivitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk isirux xi tip ta’ attivitajiet biex il-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) iressaq l-UE aktar qrib iċ-ċittadin Malti?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ewlieni tal-MEUSAC hu li jqarreb lill-UE lejn iċ-ċittadin Malti u Ewropew; fost oħrajn, billi b’mod regolari jorganizza attivitajiet li jolqotu firxa wiesa’ tas-soċjetà Maltija. Il-MEUSAC jorganizza laqgħat ta’ Informazzjoni, djalogi pubbliċi, laqgħat ta’ konsultazzjoni, konferenzi, lectures pubbliċi u dibattiti. Il-MEUSAC jaħseb ukoll biex iwassal l-UE eqreb lejn it-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. Il-MEUSAC ħoloq żewġ karattri f’sensiela ta’ episodji orġinali bl-isem ta’ Tommy u Rosy. Fost ħafna nformazzjoni dwar l-UE imwassla b’mod sempliċi direttament għat-tfal, dawn l-episodji jfissru l-istorja tal-UE, jispjegaw l-Istituzzjonijiet tal-UE u kif taħdem l-istess UE. Il-MEUSAC joħloq attivitajiet fl- istituzzjonijiet frekwentati miż-żgħażagħ, bħal skejjel post sekondarji, l-MCAST u l-Università. Fl-2013 u fl-2015 il-MEUSAC kien ukoll il-kordinatur nazzjonali f’Malta tas-sena Ewropea għaċ-Ċittadin u tas-sena Ewropea għall-Iżvilupp rispettivament. Tul dawn is-snin saru wkoll youth debates u kif ukoll sessjonijiet speċjali fil-Parlament nazzjonali bejn membri parlamentari, membri parlamentari Ewropej, membri tal-Core Group tal-MEUSAC u ta’ għaqdiet affiljat mal-MEUSAC. Fil-qasam tal-fondi tal-UE il-MEUSAC jieħu ħsieb jinforma lil dawk l-għaqdiet volontarji u lill-Kunsilli Lokali permezz ta’ emails u telefonati b’mod dirett. Fl-2014 il-MEUSAC beda sensiela ta’ laqgħat fuq il-programmi ta’ Fondi tal-UE għall-perjodu 2014 – 2020. Wara dawn il-laqgħat ġie ppubblikat ktejjeb b’kull tip ta’ informazzjoni simplifikati biex dawk kollha interessati f’fondi tal-UE jkunu jistgħu jgħamlu użu minnhu.

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu ċertifikati ta' makkinarju, cranes jew lifts matul l-2015 u fuq kemm minn dawn kellha tittieħed azzjoni dwarhom mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul l-2015, l-OHSA rċeviet 6899 ċertifikat dwar krejnijiet, lifts u makkinarju ieħor, maqsuma kif ġej: 3218 ċertifikat dwar lifts , 877 ċertifikat dwar cranes , 1192 ċertifikat dwar forklift trucks u 1612 ċertifikat dwar makkinarju ieħor. L-OHSA interveniet bi spezzjonijiet f’112 ’il każ minħabba nuqqasijiet ta’ saħħa u sigurtà indikati fiċ-ċertifikat tal-inġinier jew tal-Authorised Conformity Assessment Body (ACAB).

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol — multi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu multi mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) matul l-2015? Kemm minn dawn tħallsu u kemm minnhom kellhom jittieħdu passi aktar minn hekk mill-Awtorità?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul l-2015, inħarġu 187 ittra mill-OHSA dwar multi mposti fuq ksur ta’ liġijiet tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Mill-multi mposti tħallsu 158. Fil-każ tad-29 każ li ma tħallsux il-multi, inbdew proċeduri fil-Qorti f’28 każ. Il-każ l-ieħor kien irtirat peress li l-persuna mħarrka mietet.

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol — korsijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanati korsijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) matul l-2016?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-OHSA torganizza u diġa għandha skedati awareness raising sessions f’dawn is-suġġetti: · Intro. to Occupational Health & Safety · Principles of Risk Assessment · The Workers’ Health & Safety Representative · Ergonomics…adapting Work Practice to the Worker · First Aid & Safety at Work · Manual Handling & Lifting · Health & Safety in the Construction Sector · The role of the Project Supervisor in construction · Workplace Health & Well-being · Fundamentals in Ionising Radiation Protection Barra minn hekk, l-OHSA torganiżża wkoll korsijiet fuq talbiet speċifiċi u li mhumiex koperti fil-lista t’hawn fuq. Il-korisjiet msemmija ma jinkludux seminars jew konferenzi li l-OHSA torganiżża minn żmien għal żmien. Sad-data tar-risposta, l-OHSA għandha ftehim ma’ kumpaniji għal 5 korsijiet ta’ taħriġ, li wħud minnhom diġa bdew.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lll-Onor. interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità dwar il-Mediċini — trainees

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm trainees fl-Awtorità dwar il-Mediċini bħalissa?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li bħalissa fl-Awtorità dwar il-Mediċini hemm għaxar trainees. L-Awtorità qed tagħti l-opportunità lil dawn il-gradwati biex waqt li jistudjaw biex jilħqu l-għola livell akkademiku dak ta’ Dottorat Livell 8 u b’hekk il-quddiem jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom fl-oqsma kollha ta’ xjenza farmaċewtika inkluża dik klinika u dik ta’ xjenzi regolatorji.

Awtorità dwar il-Mediċini – laqgħat dwar il-kontroll tal-mediċini

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir mill-Awtorità dwar il-Mediċini biex tipprepara għal numru ta’ laqgħat importanti dwar il-kontroll tal-mediċini li jridu jiġu organizzati mill-istess Awtorità meta Malta se jkollha l-Presidenza tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2017?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorità dwar il-Mediċini qed tippjana li ġewwa Malta jsiru laqgħat bejn Jannar u Ġunju tal-2017 fir-rigward tal-Presidenza Ewropea biex dawn il-laqgħat jiswew kemm għall-Ewropa kif ukoll għal Malta. Saret kollaborazzjoni kemm ma’ entitajiet lokali kif ukoll dawk Ewropej. Minnħabba l-livell għoli li mistenni jintlaħaq f’dawn il-laqgħat li huma importanti biex jigi assigurat biex il-mediċini kollha li jinbiegħu fl-Ewropa jkunu ta’ kwalità, sigurta u effikaċja, l-impjegati ta’ l-Awtorià ġew imħarġa kemm lokalment kif ukoll f’pajjiżi Ewropej oħra dwar kif jitmexxew laqgħat ta’ dan il-livell għoli. Twaqqaf ukoll unit fuq il-kwalità, l-affarijiet tal-Unjoni Ewropea u dawk internazzjonali, li huwa immexxi minn kap responsabbli għal dan il-qasam li qegħdha wkoll tikkoordina flimkien mad-diretturi u kapijiet oħrajn fl-Awtorità. Qed jsiru wkoll preparamenti biex meta Malta se tospita il-kapijiet tal-aġenziji Ewropej, xjenzati u professjonisti fil-qasam regolatorju tal-mediċini jsiru laqgħat bilaterali bejn l-Awtorità Maltija u l-aġenziji Ewropej.

Awtorità dwar il-Mediċini

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi rwol kellha l-Awtorità dwar il-Mediċini biex il-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament setgħet tespandi l-ħidma tagħha daqshekk malajr u fl-istess ħin iżżomm standards għoljin?

Response (DALLI, HELENA)

L-Awtorità tal-Mediċini qed timxi maż-żminijiet u `l fuq mill-irwol tagħha importanti, li tassigura l-istandards għoljin ġo kull fabbrika tal-mediċini f’pajjiżna, u anke permezz ta’ spezzjonijiet regolari hija tagħti pariri xjentifiċi bil-quddiem u fil-ħin dwar kif wieħed jista` jilħaq dawn l-istandards. B’hekk jitħaffef l-ippjanar u x-xogħol. Huwa preċiżament dak li ġara fil-fabbrika indikata mill-Onorevoli Interpellant.

Awtorità dwar il-Mediċini – inizjattivi favur l-ambjent

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ inizjattivi qed jittieħdu favur l-ambjent fi ħdan l-Awtorità dwar il-Mediċini?

Response (DALLI, HELENA)

L-Awtorità dwar il-Mediċini ikkommetiet li timmodernizza it-transport tal-Awtorità u li tuża karozzi li huma favur l-ambjent. Dan sar permezz ta’ xiri ta’ karozza tal-elettriku u vettura oħra ibrida. L-Awtorità għaddejja wkoll fuq proġett biex is-sottomissjonijiet ikunu elettroniċi. Il-kwotazzjonijiet għal dan il-proġett fl-2010 kienu bejn €600,000 u 6 miljuni. Illum l-Awtorità qed tagħmel dan ix-xoghol billi fost affarijiet ħarrġet l-istaff tagħha biex jagħmel dan ix-xogħol u l-ispiża naqset għal €100,000. Barra minn hekk l-Awtorità ser tmexxi l-uffiċini tagħha għall-Life Sciences Park li huwa mfassal bi ħsieb favur l-ambjent fl-istrutturi tiegħu.

MEUSAC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol qed isir mill-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) biex iċ-ċittadin Malti jkun infurmat fuq dak li qed jiġri fl-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rwol importanti tal-MEUSAC hu li jqarreb l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea(UE) u l-proċessi li jsiru fi ħdan l-istituzzjonijiet tiegħu lejn iċ-ċittadin Malti. Il-MEUSAC joffri: · Forum għal konsultazzjoni dwar liġijiet u politiki tal-UE · Informazzjoni dwar l-UE · Għajnuna dwar Programmi ta’ Fondi tal-UE Il-MEUSAC imexxi u joffri diversi servizzi biex iċ-ċittadin Malti jkun infurmat fuq dak li qed jiġri fl-UE. Fost dawn insibu: Sit Elettroniku Il-MEUSAC għandu sit elettroniku aġġornat b’mod regolari b’aħbarijiet relatati mal-UE li jkunu qed iseħħu kemm f’Malta u kif ukoll fil-bqija tal-UE. Is-sit elettroniku joffri aċċess għal informazzjoni vasta fuq il-MEUSAC kif ukoll fuq materji relatati mal-UE, fosthom Programmi ta’ Fondi tal-UE u Liġijiet u Politika tal-UE. Matul l-2015, is-sit elettroniku kien aċċessat 227,259 darba. Media Soċjali Il-MEUSAC għandu paġna fuq Facebook u Twitter rispettivament li jiġu aġġornati l-ħin kollu b’aħbarijiet u avvenimenti ta-UE. Il-Media soċjali tintuża wkoll biex il-MEUSAC iwassal il-messaġġ tiegħu. Il-MEUSAC għandu wkoll il-paġna tiegħu fuq il-YouTube. MEUSAC News Il-MEUSAC News hu fuljett li jiġi ppubblikat darba fix-xahar b’diversi ġrajjiet kurrenti relatati mal-UE. Jiġi mqassam b’xejn ma’ gazzetta lokali u jintbagħat ukoll b’mod elettroniku u jista’ jitniżżel minn fuq is-sit elettroniku tal-MEUSAC. Ġurnali Stampati B’mod frekwenti jkun hemm artikli differenti preparati minn uffiċjali tal-MEUSAC fuq suġġetti varji tal-UE f’diversi ġurnali differenti Maltin. Attivitajiet Pubbliċi Minn żmien għal żmien il-MEUSAC jieħu ħsieb jorganizza diversi tipi ta’ laqgħat ta’ informazzjoni kif ukoll djalogi pubbliċi dwar materji kurrenti tal-UE. Sehem fuq il-Mezzi tax-Xandir Uffiċjali tal-MEUSAC ta’ spiss ikunu mistiedna jieħdu sehem f’diskussjonijiet fuq l-UE waqt programmi televiżivi u tar-radju. Minn żmien għal ieħor, il-MEUSAC itella’ spots informattivi relatati mal-UE waqt programmi ewlenin ta’ diskussjoni. L-UE mwassla lil etajiet żgħar Il-MEUSAC jaħseb ukoll biex iwassal l-UE eqreb lejn it-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. Il-MEUSAC ħoloq żewġ karattri f’sensiela ta’ episodji orġinali bl-isem ta’ Tommy u Rosy. Fost ħafna informazzjoni dwar l-UE mwassla b’mod sempliċi direttament għat-tfal, dawn l-episodji jfissru l-istorja tal-UE, jispjegaw l-Istituzzjonijiet tal-UE u kif taħdem l-istess UE. European Years Fl-2013 u fl-2015 il-MEUSAC kien ukoll il-kordinatur nazzjonali f’Malta tas-Sena Ewropea għaċ-Ċittadin u tas-Sena Ewropea għall-Iżvilupp rispettivament.

MEUSAC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol isir mill-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) biex jikkonsulta u jwassal l-informazzjoni fuq leġislazzjoni li tkun qed tiġi mfassla fl-istrutturi tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

MEUSAC jagħmilha possibbli li jkun hemm firxa wiesgħa ta’ nies li kemm jista’ jkun jagħtu l-kontribut tagħhom waqt it-tfassil tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Biex dan isir kien hemm bżonn ta’ struttura li fiha ssir din il-konsultazzjoni, b’mod iffaċilitat u mal-persuni kkonċernati fit-tfassil tal-pożizzjoni tal-Gvern Malti qabel din tgħaddi għall-approvazzjoni tal-Kunsill tal-UE. Il-proċess ta’ konsultazzjoni tal-MEUSAC isir fuq tlett livelli: il-Core Group, il-Kumitati Settorjali u konsultazzjonijiet miftuħa għall-stakeholders partikolari. Il-Core Group immexxi mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Libertajiet Ċivili u Affarijiet tal-Konsumatur, Onor. Helena Dalli, hu magħmul minn dawn il-membri: il-Kap tal-MEUSAC, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Libertajiet Ċivili u Affarijiet tal-Konsumatur, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, il-kap tas-Segretarjat tal-UE fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, iċ-Ċhairperson u s-Segretarju Esekuttiv tal-MCESD, Diretturi Esekuttivi tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE fl-2017, it-tlett partiti politiċi, korpi kostitwiti, tlett rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u rappreżentanti oħra nominati mill-Gvern. Dan il-grupp jiltaqa’ darba fix-xahar u jiddiskuti proposti ta’ liġijiet jew Direttivi tal-UE li jkollhom impatt nazzjonali. Fost dawn il-laqgħat il-Core Group jiltaqa’ darbtejn fis-sena mal-Prim Ministru qabel il-Kunsill Ewropew li jsir f’Ġunju u Diċembru rispettivament. In-numru ta’ laqgħat tal-Core Group li saru mill-2013 sisa: Laqgħat tal-Core Group 2016 3 Laqgħat tal-Core Group 2015 10 Laqgħat tal-Core Group 2014 10 Laqgħat tal- Core Group 2013 10 Hemm disa’ kumitati settorjali li b’mod ġenerali jirriflettu l-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill tal-UE li huma: il-Kumitat għall-Affarijiet Ġenerali; il-Kumitat għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni; il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji; il-Kumitat għall-Ambjent; il-Kumitat għat-Trasport, it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija; il-Kumitat għall-Agrikoltura u s- Sajd; il-Kumitat għax-Xogħol, il-Politika Soċjali u s-Saħħa; il-Kumitat għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur; u l-Kumitat għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Sport. Dawn il-Kumitati huma magħmula minn rappreżentanti ta’ għaqdiet tas-soċjetà ċivili skond is-settur li huma nvoluti fih bħala għaqdiet. Il-MEUSAC jibgħat ukoll e-newsletter darba kull ġimagħtejn skond il-Kumitati lill-għaqdiet konċernati fejn dawn jinkludu tagħrif fil-qosor tal-liġijiet li jkunu għadhom kemm ħarġu mill-Kummissjoni Ewropea u aġġornamenti ta’ żviluppi li jkunu saru dwar liġijiet jew direttivi tal-UE diġa’mressqa u diskussi fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill tal-UE. Dawn l-aġġornamenti jkun fihom tagħrif ieħor fosthom opportunitajiet ta’ fondi tal-UE u oħrajn li jistgħu jkunu utli għal dawn l-għaqdiet biex ikunu dejjem aġġornati ma’ dak li tkun qed twettaq l-UE f’setturi partikolari. Barra mill-Core-Group u l-laqgħat tal-Kumitati Settorjali, il-MEUSAC huwa nvolut ukoll fl-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ konsultazzjoni miftuħa għal dawk li għandhom interess fuq materji li huma meqjusa li għandhom appell iktar wiesgħa u li jħallu effett fuq diversi setturi fis-soċjetà. Dawn is-sessjonijiet huma ta’ nteress għal firxa wiesa’ ta’ partijiet interessati, skond is-suġġett li dwaru tkun qed issir il-konsultazzjoni. Matul dawn il-laqgħat miftuħa ta’ konsultazzjoni, stakeholders ikkonċernati jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom u jistgħu jgħaddu wkoll il-fehmiet tagħhom lill-uffiċċjali relevanti wara l-laqgħa sabiex dawn imbagħad jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-proċess li tkun qiegħda tiġi fformulata l-pożizzjoni tal-Gvern fi preparazzjoni għal meta s-suġġett jiġi diskuss fil-Kunsill tal-UE.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid dettaljatament fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar s’issa fil-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Tista’ tqiegħed il-programm tax-xogħlijiet li se jsiru minn issa sa Lulju li ġej fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa sar xogħol preparatorju, saret konsultazzjoni pubblika, kif ukoll konsultazzjoni mal-komunita kumerċjali, saru ukoll preparamenti fid-dokument tat-tenders li uħud minnhom ġew ippublikati u qegħdin fi stadju ta’ aġġudikazzjoni. Oħrajn ser jiġu ippublikati fil-ġimgħat li ġejjien. Inqalgħu s-siġar u fuq parir ta’ l-esperti u bi qbil mal-ambjentalisti, dawn inqalgħu matul ix-xitwa sabiex ma jmutux. Filfatt mir-rapporti li għandna joħroġ ċar li dan l-intervent kien suċċess. Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtiega sabiex jinfetaħ l-aċċess għal Ġnien il-Mediterran li eventwalment ser jgħaqqad il-pjazza mal-istitut tal-MCAST. Fil-preżent qiegħed issir ukoll ir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ li hemm fl-istess ġnien. Hu maħsub li għal li ġej jibda x-xogħol fuq il-latrina pubblika kemm dik ta’ Triq il-Foss kif ukoll f`dik li hemm fil-Pjazza.