Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hu n-numru ta' nies bla xogħol li qed jirreġistraw għax-xogħol għal kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
23.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm intilfu mpjiegi xahar b'xahar u settur b'settur minn Settembru, 1998 sa tmiem Marzu 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' kemm kienu r-"redundancies" xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa tmiem Marzu 1999 maqsumin f'setturi kif mitluba.
21.7.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6163, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li s-seba' applikanti għall-vakanza ta' Assistant Manager fil-Co-operative Support Unit (ETC Permit 36/96) li kienu applikaw regolarment sad-data ta' l-għeluq ta' l-applikazzjonijiet kien dawn li isimhom qed jintbagħat separatament?
Jista' l-Viċi Prim Ministru wkoll jikkonferma li l-applikazzjoni li ntlaqgħet tliet xhur wara d-data ta' l-għeluq ta' l-applikazzjonijiet, u li l-Viċi Prim Ministru qal li kienet ġiet aċċettata bħala late application, kienet tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, illum membru tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS, u li din kienet il-persuna li ngħatat l-impjieg ta' Assistant Manager mal-Bord tal-Korperattivi?
Jista' jgħid min kien jew kienu dawk li ħadu d-deċiżjoni jew min ta l-istruzzjonijiet li l-applikazzjoni ta' din il-persuna li kienet daħlet tliet xhur tard kellha tiġi aċċettata bħala late application?
Jista' jgħid ukoll minn min kien iffurmat l-Bord ta' l-Għażla li kien responsabbli għal ħatra ta' din il-persuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li s-seba' applikanti għall-vakanza ta' "Assistant Manager" fil-"Co-operative Support Unit" kienu dawk indikati mill-Onor. Membru. Nikkonferma wkoll li l-applikazzjoni li ntlaqgħat wara d-data ta' l-għeluq ta' l-applikazzjonijiet kienet dik tal-persuna, indikata wkoll mill-Onor. Membru, li sussegwentement ħadet il-ħatra.
Jien infurmat li jidher li d-deċiżjoni li tiġi aċċettata din il-"late application" kienet ta' l-istess Bord ta' Għażla li kien kompost kif jidher hawn taħt:
CHAIRMAN
Professor Edward L. Zammit, Chairman tal-Bord tal-Koperattivi
MEMBRI
Is-Sur Godfrey Baldacchino, Membru, Bord tal-Koperattivi
Is-Sur Joe Gambin, Uffiċjal fis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Koperattivi
Is-Sur Joe Saliba, Chief Executive, Co-operative Support Unit
Is-Sur Clive Zammit, Segretarju, Bord tal-Koperattivi
Il-karigi ndikati jindikaw il-karigi li kienu fis-seħħ dak iż-żmien.
21.7.99
Il-Viċi Prim Ministru jara li hija ħaġa flokha skond il-prassi taċ-Ċivil u l-etika fiċ-Ċivil li koppja miżżewġa jaħdmu flimkien bħala fattigi fulltime fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Safejn huwa possibbli, d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani jimxi mal-prassi taċ-Ċivil u ta' l-Etika. Kulltant, ikun hemm każi ġustifikati fejn koppja jaħdmu fl-istess post tax-xogħol bħal dan il-każ fid-dar ta' l-Anzjani tal-Furjana. Dan id-Dipartiment għandu nuqqas ta' persuni li jagħmlu dan ix-xogħol. Il-gradi ta' dawn il-persuni huma ta' assistant care worker u health attendant u ilhom jaħdmu hemm numru ta' snin.
21.7.99
Jista' l-Ministru jgħid min hu s-sid tal-Gymnasium ta' l-Imtarfa? Lil min hu mikri? Għal kemm żmien hu mikri? Kemm qed titħallas kera jew ċens fis-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond Kuntratt datata 15 ta' Ġunju 1998, fl-atti tan-Nutar Pierre Falzon, l-Awtorita' tad-Djar tagħat b'enfitewsi temporanju għal disa' u erbgħin (49) sena b'effett mid-data ta' att lir-Rabat Depiro Basketball Club il-gymnasium, biċċa art biswit il-gymnasium u 2 tennis courts fl-Imtarfa u dana versu ċ-ċens annwu ta' Lm2,000 u taħt kundizzjonijiet oħra riżultanti mill-istess att.
21.7.99
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab rikoverata fl-Isptar Sir Paul Boffa tiġi trasferita fir-Residenza San Vinċenz de Paule fejn hemm oħtha, li isimha wkoll qed jintbagħat separatament, li hija persuna b'diżabilita' għax ma titkellimx u oħtha hija waħda mill-uniċi persuni li kapaċi tikkomunika magħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li dan il-każ ta' dawn iż-żewġt aħwa qiegħed jingħata priorita' fil-konsiderazzjoni mill-Admission Board ta' San Vinċenz de Paule. Dwar dan il-każ ġie nfurmat personalment anke s-Segretarju Parlamentari f'dan il-Ministeru li wkoll qiegħed isegwih. Nista' nassigura lill-Onor. Interpellant li għalkemm jiena nittama li jkun hemm soluzzjoni għal dan il-każ fil-ġranet li ġejjin, tajjeb li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversita' u l-urġenza tal-ħafna domandi għall-amissjoni li jkollu l-Bord quddiemu għall-konsiderazzjoni. Wieħed japprezza li mhux faċliti tiddeċiedi liema hi priorita' l-akbar jekk hux każijiet bħal dawn, li almenu tajjeb u ħażin iż-żewġ aħwa qegħdin rikoverati u mgħotija l-għajnuna neċessarja jew każijiet li jeżistu ta' anzjani li qegħdin jgħixu fil-komunita' u m'għandhom lil ħadd min idur bihom u jgħatihom l-għajnuna meħtieġa.
21.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni f'kull day centre (Adult Training Centre) f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma subien u kemm bniet f'kull każ? X'inhuma l-etajiet f'kull ċentru? Kemm minn dawk li jattendu d-day centres huma: a) physically handicapped; b) mentally handicapped; u c) physically u mentally handicapped?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
21.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qam lill-gvern kull day centre (Adult Training Centre) fis-sena finanzjarja 1998? Kemm hu stmat li se jqum fis-sena finanzjarja 1999? Kemm minn din l-ispiża hija dovuta: a) għat-trasport; b) għas-salarju ta' l-impjegati; c) għall-manutenzjoni; u d) amministrazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul is-sena finanzjarja 1998, il-Ministeru tiegħi nefaq l-ammonti murija hawn taħt, fuq iċ-ċentri tal-adulti (Adult Training Centres):
(a) Trasport Lm 95,651
(b) Salarji ta' l-impjegati Lm451,707
(c) Manutenzjoni Lm 30,547
(d) Amministrazzjoni li jinkludu
fihom l-ikel ta' nofsinhar u
bonus lill-persuni b'diżabilita' Lm 80,680
Mhux possibbli f'dan l-istadju li ngħid kemm qam lill-Gvern kull ċentru ta' l-adulti għax l-ispejjeż taċ-ċentri jitħallsu minn 'Cost Centre' wieħed kif deher fl-Estimi tas-sena 1998 u biex tinġabar din l-informazzjoni irid isir ħafna xogħol manwali.
Matul is-sena finanzjarja 1999, huwa stmat li l-fondi approvati fl-Estimi tal-1999 jintnefqu kollha jiġifieri:
(a) Trasport Lm102,000
(b) Salarji ta' l-impjegati Lm523,000
(c) Manutenzjoni Lm 21,000
(d) Amministrazzjoni Lm 73,000
Dawn l-ammonti ma jinkludux l-ispiża kapitali.
21.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid illum kemm hawn persuni li għandhom permess mill-ETC biex jaħdmu part-time? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom għandhom job ieħor u kemm minnhom għandhom ix-xogħol part-time bħala l-uniku xogħol tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
21.7.99
Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li jwaqqaf kummissjoni li tevalwa l-istat tal-familja Maltija u l-isfidi li din qed taffaċċja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali bħalissa qed jistudja x'għandu jkun l-aħjar mekkaniżmu nazzjonali biex l-politika kollha tagħti attenzjoni sħiħa lill-familja.
21.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi eżatt il-policy fir-rigward ta' l-għoti ta' reserved parking spaces quddiem residenzi ta' persuni bi bżonnijiet speċjali? Jista' jgħid jekk ġar ta' persuna bi bżonn speċjali jistax iwaqqaf l-għoti ta' parking space bħal din? Għaliex hemm dewmien biex jingħataw ir-reserved parking lil persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Servizz Parkeġġ Riservat quddiem residenti ta' persuni b'diżabilita' jingħata mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra formola li fuqha hemm indikati il-kriterji li fuqhom jiġi mgħoti dan il-benefiċċju.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, din hi kompitu tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u għalhekk il-Mistoqsija trid issir lil Ministru responsabbli.
Rigward it-tielet parti, il-Kummissjoni qed tirċievi numru kbir ta' applikazzjonijiet li ħafna minnhom mhumiex ta' persuni li għandhom diżabilita' severa ħafna ta' mobilita'. Dan il-fatt qed ifisser li, barra li qed ikollna nirrifjutaw ħafna talbiet għal dan is-servizz, qed ifisser ukoll li r-riżorsi tal-Kummissjoni mhux qed jintużaw bl-aħjar mod u min verament għandu bżonn qed idum jistenna. Barra minn hekk, kulħadd jifhem li l-problema ta' parkeġġ in ġenerali hi waħda kbira u mhux possibbli li jingħata parkeġġ risrvat lil min ma għandux problemi kbar ta' mobilita'.
21.7.99
Persuni bi bżonnijiet speċjali — Facilitators Għawdxin
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: 1) kemm hemm facilitators Għawdxin li jaħdmu ma' persuni bi bżonnijiet speċjali f'Malta; 2) kemm hemm facilitators li jaħdmu f'Għawdex; 3) kemm hemm talbiet pendenti għal facilitators minn ġenituri Għawdxin; 4) kemm hemm vakanzi għal facilitators f'Għawdex; 5) meta se jimtlew dawn il-vakanzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Membru tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru responsabbli, jiġifieri lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
21.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħarġu persuni għomja bil-guide dogs mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'eta' għandhom u kemm qed iħalli frott dan il-pass? Kemm intnefqu flus għal dan it-taħriġ u kemm hemm flus allokati għal dan it-taħriġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bil-għan illi jiġu mħarrġa klieb gwida għall-persuni għomja fil-gżejjer Maltin u Għawdxin, f'Ġunju ta' l-1997 twaqqfet il-Fondazzjoni ta' Klieb Gwida u Servizzi għall-Persuni Neqsin mid-Dawl. Din il-Fondazzjoni ġiet imwaqqfa bi statut u identita' legali awtonoma.
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienet ivvutat is-somma ta' Lm8,000 bħala 'seed money', liema somma kienet ser tkun ħlas ta' darba. Il-Kummissjoni tat ukoll l-għajnuna tagħha sabiex il-Fondazzjoni tissottometti 'project proposal' lill-NGO Project Selection Committee, biex issir talba għal fondi tal-Gvern, kif jagħmlu għaqdiet u fondazzjonijiet oħrajn. Sfortunatament, sa fejn taf il-Kummissjoni, l-ebda għaqda ta' persuni għomja lokali, jew internazzjonali, m'offriet sapport finanzjarju għal dan il-proġett siewi.
Preżentament, il-Bord ta' din il-Fondazzjoni huwa magħmul mis-sinjuri:
ISEM U KUNJOM RAPPREŻENT/A TA'
Lilian Miceli Farrugia Guide-Dogs and Services for the Blind
Foundation (Malta)
Joseph Zammit Tabona (Teżorier) Guide-Dogs and Services for the Blind
Foundation (Malta)
Alfred Sant Fournier (Segretarju)Guide-Dogs and Services for the Blind
Foundation (Malta)
Sylvia Zrinzo (President) nominata mill-Kummissjoni Nazzjonali
Persuni b'Diżabilita'
Ramon Borg Bartolo nominat mill-Kummissjoni Nazzjonali
Persuni b'Diżabilita'
Charles F Borg nominat mill-Kummissjoni Nazzjonali
Persuni b'Diżabilita'
Waldemar Beck Malta Society of the Visually Impaired
Andrew Camilleri Torball Blind Association
Epifanio Vella Retinitis Pigmentosa Association
Raymond Chircop (co-opted) Lions' Club (Sliema)
Leon Hornsby (co-opted) International Federation of Guide Dog
Schools for the blind
F'Jannar 1999 il-Kummissjoni rċeviet rapport mingħand il-President ta' din il-Fondazzjoni fejn ġejna nfurmati li s-somma ta' Lm8,000 ġiet depożitata f'bank lokali biex, fi żmien opportun, il-flus jintużaw għal l-għan hawn fuq imsemmi.
Billi, kif diġa' ntqal, din il-Fondazzjoni għandha identita' distinta u awtonoma mill-Kummissjoni, mistoqsijiet li jirrigwardjaw it-tmexxija u s-servizzi offruti minnha għandhom jiġu ndirizzati diretti lejn il-President, jew is-Segretarju ta' l-istess Fondazzjoni c/o iċ-Ċentru Ħidma Soċjali, Sta. Venera HMR 18.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitressaq fil-Kabinett memorandum dwar proposta li jsir arranġamanet bejn il-gvern u s-settur privat għat-tmexxija tad-djar ta' l-anzjani li bih jiġi mħares kemm l-investiment ta' l-imprenditur privat kif ukoll l-aspett soċjali tal-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jidhirlix li għandi ngħid x'ser jiddiskuti l-Kabinett u meta. Madanakollu nikkonferma li d-Dipartiment Għall-Ħarsien tal-Anzjani qiegħed jagħmel l-analiżi neċessarji.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex jiftaħ Day Centre għall-anzjani fil-Mellieħa? Min se jkun involut fit-tmexxija ta' dan id-Day Centre?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħalissa m'hu jsir l-ebda xogħol fuq Day Centre għall-Anzjani fil-Mellieħa.
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun ikkonsultat dwar dan iċ-Ċentru.
20.7.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8392, wara li l-Viċi Prim Ministru kkonferma li l-intenzjoni oriġinali tat-turġien u l-iskirting fid-dar ta' l-anzjani f'Bormla kellha tkun tal-mużajk (in sito), jista' jgħid issa x'se jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-turġien u l-iskirting tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla se jsir "in sito" tal-mużajk skond ir-rakkomandazzjoni tal-perita nkarigata.
20.7.99
Peress li fl-ispecifications u fil-bill of quantities tal-proġett tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hemm li s-sollijiet tal-bibien, iz-zuklatura u t-turġien iridu jkunu slabs manufatturati u hydraulically pressed qabel ma jiġu mpoġġija, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk hux se jinħadmu skond l-offerta jew inkella (in sito)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iva, is-sollijiet tal-bibien, iz-zuklatura u t-turġien tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla se jinħadmu "in sito".
20.7.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8390, peress li l-Viċi Prim Ministru qal li l-fili ta' dawn il-postijiet ġew imkaħħla normalment u wara sar il-kisi bil-gypsum, jista' jgħid jekk dan il-kisi bil-gypsum sarx għax kien previst fl-offerta u/jew għax huwa aħjar mill-kisi li jsir normalment jew biex jgħatti l-ħniżrijiet fil-bini jew għal xi raġuni oħra? Jekk għal xi raġuni oħra, x'inhi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kisi bil-gypsum ma kienx previst fl-offerta iżda deherilna li kisja tal-gypsum tagħti dehera aħjar u jkun hemm 'finishing' aktar pulit. Fit-tikħil ta' bejn il-fili ma kienx hemm kisi u jekk titħalla fuq il-ġebla ma kienx se jkun hemm il-finishing ta' kwalita' mixtieqa.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-budget oriġinali tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla u kemm jiġi jiswa llum? Jekk saru variation orders jew extras, x'ammonti huma u min huma l-kuntratturi nvoluti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.
20.7.99