Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna se tingħata t-tifla li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi l-ħames sena ta'l-iskola primarja Alfred Buhagiar tar-Rabat, Malta, u għandha bżonn l-għajnuna biex ma tkomplix taqa' lura fl-edukazzjoni tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifla konernata għad trid tiġi evalwata mill-Istatementing Board. Tlabt li l-każ ikun segwit.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa biex jinvestiga x'bażi kien hemm dwar ilmenti li waslulu minn studenti li qagħdu għall-eżamijiet silettivi taċ-Ċentru tar-Restawr biex jikkwalifikaw għal xi kors? Għaliex l-istudenti ntalbu jħallsu Lm30 għar-reviżjoni tal-karti ta' l-eżami? Min ħa d-deċiżjoni u kif wasal għad-deċiżjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Sa nhar is-Sibt, 25 ta' Settembru, saru żewġ ilmenti mingħand żewġ studenti li weħlu fl-Eżami tad-Dħul taċ-Ċentru tar-Restawr. Tlabt rapport mingħand il-Bord of Governors taċ-Ċentru Malti tar-Restawr, li ingħata fis-27 ta' Settembru. Sat-12 ta' Ottubru saru lmenti mingħand żewġ studenti oħra u erġajt tlabt rapport fuq il-każijiet rispettivi tagħhom. Ir-rapporti fuq iż-żewġ każijiet waslu fit-13 ta' Ottubru. Ir-rapporti sostnew li ma hemmx bażi ġustifikata għall-ilmenti.
Ġejt informat li l-istudenti intalbu jħallsu Lm30 għar-reviżjoni tal-karta ta' l-eżami biex ikopru parti mill-ispejjeż involuti biex jerġa' jitlaqqa' l-Bord ta' l-Eżaminaturi din id-darba biż-żieda ta' l-eżaminatur ġdid meħtieġ f'dawn iċ-ċirkostanzi. Id-deċiżjoni fuq il-ħlas mitlub għar-reviżjoni tal-karti ittieħdet mill-Board of Governors taċ-Ċentru Malti tar-Restawr wara li ġew ikkunsidrati l-ispejjeż meħtieġa u n-numru ta' studenti involuti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mara li kienet tnaddaf tant tajjeb il-kindergarten taż-Żurrieq ġiet trasferita lejn parti oħra tal-bini ta' l-iskola biex issa nħolqot problema biex jinstab min jagħmel xogħol tajjeb fl-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna konċernata talbet it-transfer hi stess. Dan ġie mogħti lilha b'effett mil-11 ta' Ottubru 1999 għall-iskola Sekondarja tas-subien fiż-Żurrieq (Mons Pietru Paul Saydon).
Informat ukoll li persuna oħra marret minn flokha.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna se jingħata t-tifel li ismu qed jintbagħat separatament li jattendi r-raba' sena ta' l-iskola primarja tan-Naxxar u għandu bżonn attenzjoni partikolari biex jitgħallem jikteb u jaqra sew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifel konċernat għadu ma ġiex evalwat mill-Istatementing Board, għar-raġuni li t-talba waslet fl-14 ta' Settembru. Id-dipartiment ikun jista' jagħti l-għajnuna meħtieġa meta jitlesta r-rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fir-rigward ta' mistoqsija parlamentari numru 10189?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan il-post jaqa' taħt ir-responsabbilta` tad-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Id-Dipartiment tal-Mużewijiet m'għandu ebda oġġezzjoni li tinfetaħ din il-Kappella u fiha ssir il-quddiesa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda għal technician's course fil-Fellenberg? Jista' jgħid ukoll kemm hemm studenti fuq il-waiting list għall-istess course?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti ġodda li daħlu għal tehnician's course fil-Fellenberg hu 40.
In-numru ta' studenti li hemm fil-waiting list hu 34.
31 mill-istudenti li kienu fil-waiting list, ingħataw it-tieni għażla tagħhom u ntbagħtu f'korsijiet oħra, iżda dawn xorta jżommu d-dritt li jekk ikun hemm vakanzi, imorru l-Fellenberg skond il-mertu tal-kwalifiki tagħhom.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9905?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Iskola Sekondarja tas-Subien Lorenzo Gafa' fil-Birgu, ingħata bidu għal xogħol ta' landscaping u tkabbir tal-faċilitajiet sportivi fuq in-naħa ta' wara, inbniet kamra li diġa' qiegħda tintuża fuq is-sala ta' l-iskola li eventwalment sejra sservi bħala "games room", filwaqt li fuq in-naħa ta' quddiem ta' l-iskola twaqqgħet parti qadima biex tagħmel spazju għal blokka ġdida li sejra toffri numru ta' "special rooms" lill-iskola. Hu pprogrammat li x-xogħol kollu jitlesta sa Awissu 2001.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar fuq l-istat tal-bini tal-Portes des Bombes?
Hemm xi ħsieb li r-rapport jekk qiegħed jirrakkomanda li dan il-bini jiġi restawrat meta sejjer jitwettaq ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru għall-Ambjent.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intnefqu flus sena b'sena f'kotba bil-lingwa Franċiża għal-libreriji pubbliċi tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dawn l-aħħar ħames snin intefqet is-somma ta' Lm2215 f'kotba bl-ilsien Franċiż, mil-Librerija Pubblika. Din kienet maqsuma hekk:
1995 - Lm610
1996 - Lm550
1997 - Lm475
1998 - Lm310
1999 - Lm270
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-librerija pubblika tal-Furjana tiġi mċaqilqa għal post akbar u aktar aċċessibbli?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt mogħti l-parir li ma tkunx xi ħaġa ideali li l-Librerija Pubblika tiċċaqlaq minn fejn hi wara li sar tant attrezzar u immodernizzar fuq l-istess bini sabiex il-pubbliku jinqeda aħjar.
Infatti informat li f'dawnl-aħħar ħames snin sar ħafna titjib kif se nispjega hawn taħt:
a) xogħol estensiv fl-infrastruttura, fejn fost l-oħrajn
inbena blokk ieħor ġdid li qed jakkomoda numru ta'
servizzi u oqsma.
b) sar aċċess tajjeb għal kulħadd permezz ta' rampi u
"railings" ġodda.
c) ġew installati l-lifts
d) sar tqassim aħjar tal-kmamar fil-blokk amministrattiv
e) saru l-"parking bays" b'postijiet riservati għal persuni
bi bżonnijiet speċjali.
f) upgrading ta' faċilitajiet sanitarji
g) xogħol ta' tibjid u soffitti.
Ma' dawn ta' min iżid li fil-preżent hemm diskussjonijiet għaddejin sabiex:
a) ir-rotta 98 tibda tgħaddi minn quddiem il-Librerija Pubblika
b) tikber il-parking area eżistenti.
Jista' l-Ministru in vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3769, jgħid u jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba sarx xi studju jew rapport min-naħa tal-kultura rigward l-ispejjeż involuti fir-restawr tal-Knisja tas-Salvatur ġewwa l-Kalkara?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa' t-talba sabiex it-tifla li qed nibagħat separatament il-case summary tagħha maħruġ miċ-Child Division Assessment Unit, tingħata facilitator?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-talba għal Facilitator għal din it-tifla waslet tard (26.8.99) u għaldaqstant dan il-każ għadu quddiem l-Istatementing Board.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10482 dwar jekk jistax jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet f'kull każ, għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-uniku żewġ uffiċjali li irċevew ħlasijiet wara s-6 ta' Settembru 1998 b'deċiżjonijiet speċifiċi wara dak in-nhar tħallsu mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn kienu
Is-Sur Arben Lufi - Għalliem li ħa Lm417.13 wara deċiżjoni
ta' l-Ombudsman
Is-Sur Godwin Pulis - Ħa (Lm2,000) wara deċiżjoni li ttieħdet
fuq rakkomandazzjoni tat-Tribunal għall-
Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji.
Middle Management in Construction — Rating edukattiv
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10324?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan il-kors kien organizzat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi b'kollaborazzjoni mal-Fakulta` ta' l-Arkitettura u kien imfassal apposta skond il-ħtiġijiet tad-Dipartiment. Informat li l-kors jista' jitqabbel ma' korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali (further education) iżda mhux f'livell terzjarju.
Mill-bidu tas-sena skolastika s'issa, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kindergarten assistants u supply kindergarten assistants li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom u b'riżultat t'hekk it-tfal fdati lilhom għadhom ma jistgħux jibdew l-edukazzjoni tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-bidu ta' din is-sena skolastika irreżenjaw 2 Kindergarten Assistants u 17-il Supply Kindergarten Assistants.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara l-ittra li kitbet lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni s-supply kindergarten assistant, li isimha qed jintbagħat separatament, biex tingħata xogħol ġdid ma' tifel/tifla oħra wara li sfat imsawta diversi drabi mill-persuna li kienet fdata f'idejha?
X'qed isir biex jiġu reklutati rġiel biex jagħmlu xogħol ta' kindergarten assistants ma' tfal b'diżabilita' li jkunu aktar adattati li magħhom jintbagħtu rġiel aktar milli nisa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-talba tas-supply Kindergarten Assistant konċernata qed tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-proċess ta' reklutaġġ ġdid.
Meta jsiru s-sejħiet għall-applikazzjonijiet dawn ikunu miftuħa kemm għall-kandidati nisa u anke rġiel.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9599, jista' l-Ministru jelenka min kienu l-esperti barranin li saru laqgħat magħhom dwar dome jew xi forma ta' saqaf fil-pixxina nazzjonali? Meta saru dawn il-laqgħat? Min kien preżenti min-naħa Maltija f'kull laqgħa?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra