Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dawl/ilma — Unit cost

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hi l-unit cost ta' produzzjoni: a) ta' unit ta' konsum ta' dawl; u b) unit ta' konsum ta' ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u r-risposta se tinghata f seduta ohra.

MDC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għall-perjodu msemmi saru sitt trasferimenti fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta. Dawn it-trasferimenti kienu jinvolvi impjegati tal-Korporazzjoni li rritornaw minn diversi Ministeri u Dipartimenti wara perjodu ta' Secondment. It-trasferimenti jsiru skond l-esigenzi tal-Korporazzjoni.

IPSE — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Institute for the Promotion of Small Enterprises? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għall-perjodu msemmi ma sar ebda trasferimenti fl-Entita msemmija. It-trasferimenti jsiru jekk il-ħtieġa tkun titlob hekk.

WSC — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa f'overtime u allowances id-driver taċ-chairman tal-Water Services Corporation minn Marzu 1997 s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn Marzu 1997 sa Settembru 1998 ix-xufier taċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tħallas is-somma ta' Lm6425.06c f'sahra u allowances. Dan l-ammont jinqasam f'on call allowance ta' Lm2.00 kuljum, Lm13.12c għall-Ħdud u Festi u sahra.

WSC — Sholarships

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk li bbenefikaw minn scholarships, kemm ħarġet flus il-Water Services Corporation għal kull individwu u taħt liema policy ingħataw mill-1992 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #536 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perijodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għall-perjodu msemmi ingħataw erba' ordnijiet għall-ġarr ta' għamara ta' uffiċini taħt forma ta' 'direct order' għar-raġunijiet segwenti:- 1. twaqqaf l-Uffiċċju tal-Ministeru 2. twaqqfu l-uffiċini ta' żewġ Segretarji Parlamentari fil-Berġa ta' Aragona kif ukoll fil-bini tal-Kamra tad-Deputati. 3. l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u l-istaff tiegħu ġie trasferit minn Palazzo Verdelin għal house of Catalunya. Minħabba l-urġenza biex il-Ministeru jibda x-xogħol tiegħu ma kienx hemm żmien biex jintalbu kwotazzjonijiet.

WSC — Unaccounted for water

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jippjana ġdid l-Ministeru biex il-proporzjon ta' ilma li m'hemmx kont tiegħu (unaccounted for water) jitnaqqas? X'qiegħed isir fil-preżent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 839.

Raħal Ġdid — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-dawl f'Paola Hill, Raħal Ġdid fejn kien sar il-proġett ta' ħdejn ir-roundabout ta' Sare'? Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid diġa' ħa ħsieb li jgħaddi l-pipes biex ma jkunx hemm problemi tat-traffiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Riċentement il-Korporazzjoni Enemalta ħadet ħsieb li jsir xogħol ta' manutenzjoni fl-inħawi msemmija fil-mistoqsija ta' l-Onor.Interpellant. L-Enemalta ma fadlilha l-ebda talba pendenti għal iktar dawl f'dawn l-inħawi.

Enemalta — Enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-ogħla domanda għall-enerġija elettrika (maximum peak demand)? Jista' jgħid kemm kienet id-domanda f'din l-okkażjoni? Jista' jgħid f'liema ħin kienet din id-domanda? Kemm kienet is-surplus capacity dak inhar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-għola domanda għall-enerġija elettrika (maximum peak demand) kienet il-Ġimgħa 13 ta' Jannar 1995 fis-7.00p.m.. Dakinhar id-domanda kienet ta' 321 megawatts u s-surplus capacity kienet ta 26 megawatts.
Leg 9 PQ #893 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Letter box

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Maltapost tikkonsidra li twaħħal letter box fl-inħawi ta' Triq il-Baħrija, Zabbar, minħabba li f'din l-area li tinkludi wkoll fost oħrajn Triq il-Kappuċċini m'hemmx letter box? Billi dawn l-akkwati huma ferm abitati u billi din id-domanda qed issir f'isem diversi residenti, huwa possibbli li din it-talba tiġi kkonsidrata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li peress li l-eqreb kaxxa taż l-ittri għal Triq il-Baħrija tinsab fi Triq Alessio Erardi, il-Kumpanija ma tarax il-ħtieġa li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri fl-inħawi indikati.
Leg 9 PQ #1034 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Drydocks — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ħaddiema li hemm jaħdmu fil-Malta Drydocks belt belt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #1037 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista — Baċir Nru 1

Question

Peress li fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista hemm li Baċir Numru 1 isir attrazzjoni u peress li f'risposta għal domanda parlamentari numru 341 ir-risposta kienet li l-Gvern għadu qed jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar l-użu ta' l-istess baċir, jista' l-Ministru jgħid x'hemm eżattament ipprogrammat dwar il-futur ta' dan l-istess baċir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Gvern għadu ma wasalx għall-konklużjonijiet tiegħu.
Leg 9 PQ #1077 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa — Triq Santa Luċija - Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa peress li twaħħlu l-arbli ġodda għall-wires tad-dawl li minn Triq Santa Luċija, Mtarfa jitwasslu s-servizz għall-irziezet imsejħa ta' Galabardi u San Alessjo fuq ir-Riħ ta' Wied il-Qlejja - issa l-wires li għadhom fuq l-arbli l-qodma jiġu trasferiti għall-arbli l-ġodda peress li dawk l-arbli l-qodma qegħdin fi stat perikoluż ħafna (vide pjanta unita)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-korporazzjoni Enemalta diġa ttrasferiet il-linji fuq l-arbli ġodda li hemm fl-inħawi msemmija mill-Onor. Interpellant. Ix-xogħol biex jinbidlu l-arbli qodma li fadal qed jiġi ipprogrammat flimkien ma' xogħolijiet oħra.
Leg 9 PQ #1079 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: (1) Jekk il-Gvern għandux il-Major Shareholding fil-Maltacom; (2) Jekk dan hu minnu, huwiex il-gvern li jaħtar iċ-Chairman ta' l-istess Maltacom; (3) Il-Ministru preżentement hu f'pożizzjoni li jerġa' jpoġġi f'posthom dawk il-ħaddiema ta' l-istess Maltacom (ex-Telemalta) li wara l-Elezzjoni ta' l-1996 ġew mogħtija transfers għal skopijiet li nqdew ħbieb tal-Partit li kien ġie elett fil-Gvern - jerġgħu jitpoġġew lura fix-xogħol li kienu qed jagħmlu sa dakinhar; (4) Jekk dan għandux isir immedjatament ma' dawk il-ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu fis-sezzjoni tat-Telecare fil-Furjana u mbagħad ġew trasferiti nies magħrufa għall-affiljazzjonijiet politiċi tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Gvern għandu l-Major Shareholding fil-Maltacom. Il-ħatra taċ-Chairman issir mill-Gvern. Rigward it-tielet u r-raba parti tal-mistoqsija qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.

Barrieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) jekk hemmx grading tal-materja prima li jipproduċu l-barrieri tal-qawwi; (2) Jekk issirx sorveljanza sabiex jiġi stabilit li fil-planki u/jew fil-konkos użat għas-soqfa jintużax ramel u żrar ta' kwalita' rikjesta għal tali skop?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Barrieri — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) Jekk hux qed isiru spezzjonijiet regolari tal-barrieri li jinsabu fil-kampanja tagħna; (2) jekk hux qegħdin isiru spezzjonijiet u verifiki sabiex jiġi aċċertat li l-barrieri kollha huma mdawra b'ħitan skond il-liġi; (3) Jekk qattx kien hemm xi każ fejn irriżulta li xi sidien tal-barrieri għalqu art proprjeta' tal-gvern jew formanti parti minn toroq pubbliċi; (4) Jekk qatt saru tali verifiki u spezzjonijeit meta kien l-aħħar li tali saru; (5) Jekk hux qed isiru inspections sabiex jiġi stabilit jekk ċerta sidien tal-barrieri humiex qed jabbużaw u jkissru u jaqtgħu blat proprjeta' ta' l-Istat; (6) Jekk monumenti storiċi qrib tali barrieri humiex qegħdin jiġu spezzjonati sabiex jiġi stabilit jekk hux qed issir ħsara lil tali monumenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Enemalta — Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' enerġija mit-total ġenerat fil-pajjiż użata mill-impjanti tar-Reverse Osmosis, sena b'sena, mill-1993 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-persentaġġ ta' enerġija mit-total ġenerat fil-pajjiż użata mill-impjanti tar-Reverse Osmosis bejn l-1 ta' Ottubru ta' sena u t-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara, mill-1993 'il hawn huwa kif ġej: SENA Persentaġġ 1992-93 12% 1993-94 13.20% 1994-95 13.04% 1995-96 11.26% 1996-97 9.11% 1997-98 8.28%

Maltacom — Bord maniġerjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 643 li kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid x'effett kellu t-tibdil li sar mal-bidla tal-Gvern il-Bord maniġerjali tal-Maltacom fuq il-prezz tax-shares tal-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda tibdil fil-Bord Maniġerjali tal-Maltacom.

Enemalta — Meters tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra r-raġuni wara deċiżjoni li ttieħdet mill-Elezzjoni 'il hawn biex surprise inspections fuq il-meters tad-dawl elettriku fid-djar ma jsirux bejn il-5.00 p.m. u d-9.00 p.m.? Din kienet xi miżura biex jitnaqqas l-overtime? Jaħseb il-Ministru li fiċ-ċirkostanzi din il-miżura hija tant produttiva?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-deċiżjoni li jonqsu s-'surprise inspections' wara l-ħin normali tax-xogħol ittieħdet f'Awissu 1998. Ninsab ċert li l-Onor. Interpellant jifhem il-għan li għalih isiru dawn l-ispezzjonijiet u għalhekk ma jkunx prudenti li nagħti dettalji dwarhom.
Leg 9 PQ #1226 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kumpannija Texaco - Ishma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 689?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħdidiet imsemmija għadhom għaddejjin u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji.