Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Venera — Palazz l-Aħmar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tal-common parts, barra u ġewwa, tal-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern f'Tal-Palzz l-Aħmar, Santa Venera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ix-xogħol huwa approvat, dan isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment. 27.7.99

Kulleġġ ta' St. Edward's — Tkeċċija ta' ħaddiema

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8458, peress li t-tliet ħaddiema fil-Kulleġġ ta' St. Edward's ingħataw ittra li l-impjieg tagħhom spiċċa u dehru avviżi fil-gazzetti li sejħu għal min hu interessat biex jingħata kuntratt ħa jipprovdi l-ikel fil-kulleġġ, jista' l-Ministru jikkonferma li l-manager u żewġ koki spiċċaw? Jaf b'ittra li s-surmast ta' l-istess skola bagħat lill-ġenituri dwar dan u li issa l-istudenti se jkollhom jħallsu għal ikel, fejn dan qabel kien inkluż fil-miżata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ġejt infurmat mill-uffiċjal tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg li, wara nvestigazzjonijiet li saru, ma jirriżultax li nħarġu xi "notices" tat-tkeċċija lit-tlett impjegati msemmija fid-domanda parlamentari. Id-Dipartiment infurmani li qed isegwi din is-sitwazzjoni biex ikun żgur li ma jkunx hemm xi ksur tal-liġi tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. 27.7.99

ETC — Xogħol għaż-żgħażagħ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC għamlitx xi studju jew hux beħsieba li tagħmel xi rapport dwar l-"opportunitajiet" ta' xogħol li l-Gvern Nazzjonalista spiss isemmi għall-persuni li qed ifittxu x-xogħol, b'mod speċjali ż-żgħażagħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-5 ta' Settembru sallum diġa nħolqu aktar minn 1,000 impieg li minnhom gawdew dawk li qed iffittxu x-xogħol, fosthom u b'mod speċjali ż-żgħażagħ. Ta' min wieħed jgħid illi l-ETC tagħmel "monitoring" kontinwu w għalhekk din mhix sempliċiment kwistjoni ta' rapport. L-ETC għandha l-inkarigu li żżomm ruħha nfurmata dwar l-opportunitajiet ta' xogħol li jinħolqu għal kull kategorija ta' ħaddiema. 26.7.99

Impjiegi — Qgħad reġistrat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-qgħad reġistrat xahar b'xahar minn Settembru 1998 u kemm minnhom kienu żgħażagħ taħt it-30 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-qgħad reġistrat xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Mejju 1999 kien hekk: XAHAR TOTAL TA' PERSUNI ŻGĦAZAGĦ TAĦT IT-30 JIRREĠISTRAW GĦAX- SENA JIRREĠISTRAW GĦAX- XOGĦOL XOGĦOL Settembru '98 7,184 2,835 Ottubru '98 7,288 2,918 Novembru '98 7,371 2,916 Diċembru '98 7,437 2,898 Jannar '99 7,528 2,981 Frar '99 7,653 3,062 Marzu '99 7,663 3,071 April '99 7,402 2,907 Mejju '99 7,301 2,838 26.7.99

ETC — Kuntratt Grant Thornton

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minnu l-kuntratt ta' Grant Thornton biex jiżviluppaw programm ta' re-training u assessment tal-membri ta' l-ispettorat fl-ETC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 26.7.99

Servizzi Soċjali — Telecare/Home help

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8927?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' Anzjani mill-Lokalita' tar-Raħal Ġdid li għandhom it-Telecare huwa 404. In-numru ta' Anzjani mill-Lokalita' tar-Raħal il-Ġdid li għandhom is-servizz tal-Home Help huwa 219. 26.7.99

Ministeru għall-Politika Soċjali — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 23.7.99

Persuni b'diżabilita' — Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies li jieħdu l-pensjoni tad-diżabilita'? Kemm minn dawn għandhom diżabilita' fiżika u kemm minnhom għandhom diżabilita' mentali? Kemm hu t-total ta' pensjoni li l-gvern iħallas għad-diżabilita' mentali u kemm għal diżabilita' fiżika? Kif ivarjaw l-etajiet ta' dawk li jirċievu l-pensjoni tad-diżabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher aktar 'l isfel. In-numru ta' persuni li jieħdu l-Pensjoni tad-Diżabilita' huwa ta' 1,813. Minn dawn 180 għandhom Diżabilita' Fiżika filwaqt li 1,633 għandhom Diżabilita' Mentali. It-total ta' Pensjoni li l-Gvern iħallas għal Diżabilita' Mentali huwa ta' madwar Lm173,000 kull erba' ġimgħat. L-ammont imħallas għal Diżabilita' Fiżika huwa ta' madwar Lm18,000 kull erba' ġimgħat. L-etajiet ta' dawk li jirċievu l-Pensjoni ta' Diżabilita' huma: Bejn sittax u sittin sena 1,781 'l fuq minn sittin sena 32 23.7.99

Ċentru Detox — Każi ta' persuni b'overdose

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8926 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħlu nies minn Raħal Ġdid b'overdose fid-Detox Centre fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni li jkunu qed ibatu minn 'overdose' ma jiddaħlux fid-Detox, iżda fis-sezzjoni tal-Emergenza ta' l-Isptar San Luqa. 23.7.99

Anzjani — Servizz ta' home help

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu l-home help? Kemm hemm anzjani li għandhom is-servizz tat-telecare fil-lokalita' tal-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' Anzjani li bħalissa qed jirċievu l-'home help' huwa ta' 2,603. Fil-lokalita' tal-Marsa hemm 154 persuna li għandha s-servizz tat-telecare. 23.7.99

Vjolenza fil-familja — Każijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ ta' vjolenza fil-familja kienu rrapportati mill-1990 sa l-1999 (sal-lum)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' każijiet ta' vjolenza fil-familja li ġew irrappurtati mill-1992 sa' Ġunju 1999 kien ta' 3,133. Ma hemmx records għas-snin 1990-1991. 23.7.99

Persuni b'Diżabilita' — Adult training

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema lokal ġejjin il-persuni b'diżabilita' li jmorru l-Adult Training taċ-Ċentru l-ġdid ta' Wied il-Għajn? Kemm hemm imorru f'dan iċ-ċentru f'dan il-perjodu tas-sajf?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuni b'diżabilita' li jattendu ċ-Ċentru ta' Taħriġ ta' Wied il-Għajn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: LOKAL JATTENDU Cospicua 9 Fgura 9 Kalkara 2 Lija 1 Luqa (SVPR) 4 Marsa 3 Marsascala 4 Paola 1 Qormi 2 Senglea 2 Siġġiewi 3 Siġġiewi (Dar tal-Providenza) 4 Sta. Lucia 1 Vittoriosa 3 Żabbar 14 Żebbuġ 2 Żejtun 1 __________________________________ TOTAL 65 Il-medja ta' l-attendenza fil-perjodu tas-Sajf huwa ta' 55. 23.7.99

Djar — Requisition No. 19252

Question

Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li r-requisition order No. 19252 li ħareġ fis-17 ta' Diċembru, 1983, fuq il-fond 85, Mater Boni Consiglii Street, Raħal il-Ġdid jitneħħa sabiex is-sid tiegħu tkun tista' tieħu lura l-pussess tal-fond minħabba li r-raġel tagħha huwa marid serjament u jixtieq jerġa' lura mill-Awstralja u joqgħod fih? Jista' l-Ministru jinformani fejn kienet qed tiġi depożitata l-kera matul dan iż-żmien kollu, jekk qatt kienet imħallsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi t-talba ma tistax tiġi kkunsidrata peress li l-fond indikat hu abitat regolarment u l-inkwilin mhux rikonoxxut mis-sidien. L-inkwilin qiegħed iħallas il-kera regolarment fid-Dipartiment. 23.7.99

Sigurta' Soċjali — Ħlasijiet żejda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jieħu s-snin biex jinduna bi ħlasijiet żejda li jsiru minħabba żbalji ta' l-istess dipartiment, bil-konsegwenza li t-tbatija tintefa' fuq l-individwi li jkollhom iħallsu lura arretrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex kemm jista' jkun, r-rata ta' benefiċċju li titħallas tkun korretta. Meta wieħed iqis in-numru kbir ta' assessments dwar id-diversi benefiċċji soċjali li jitħallsu mid-Dipartiment, u li jlaħħqu mijiet ta' eluf kull sena, n-numru ta' żbalji minn naħa ta' l-uffiċċjali tad-Dipartiment, għalkemm dejjem mhux mixtieq, huwa wieħed relattivament żgħir. Irrid ngħid li ma jkunx dejjem tort tad-Dipartiment li jsiru dawn l-iżbalji. Barra dan, meta jirriżulta li l-iżball li jittieħed ikun minn-naħa tad-Dipartiment, id-Direttur jara li l-ħlas lura ma jkunx ta' piż finanzjarju qawwi fuq dawn il-persuni. 23.7.99

ETC — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il spezzjoni għamlu l-membri ta' l-ispettorat ta' l-ETC minn Settembru 1999 sal-lum, ġimgħa, ġimgħa? Fejn saru dawn l-ispezzjonijiet? F'liema spezzjonijiet marru żewġ persuni u f'liema marret persuna waħda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-Numru ta' spezzjonijiet li saru bejn Settembru 1998 (u mhux kif indikat fil-Mistoqsija Parlamentari jiġifieri minn Settembru 1999) u Ġunju 1999 kien hekk: Settembru 1998 242 Ottubru 1998 978 Novembru 1998 852 Diċembru 1998 519 Jannar 1999 395 Frar 1999 362 Marzu 1999 592 April 1999 721 Mejju 1999 714 Ġunju 1999 558 ______________________________ TOTAL 5,933 Mhix il-prattika tal-Korporazzjoni li tagħti l-ismijiet tal-postijiet fejn saru l-ispezzjonijiet. Min naħa l-oħra hija fil-prattika tal-Korporazzjoni li kull spezzjoni ssir mill-anqas minn żewġ spetturi. 23.7.99

Djar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8881, il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħid lil min se jingħataw il-postijiet li qed jitwaqqgħu numri minn 16 sa 23 fi Srejdek Lane, Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-preżent ma hemm xejn x'inżied mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8,255. 23.7.99

Persuni b'diżabilita' — Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9050, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien is-servizz ta' għajnuna finanzjarja li kienet tingħata għall-computers qabel ma saru t-tibdiliet imsemmija fir-risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 23.7.99