CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services
Question
B’referenza għas-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni f’din l-iskema, kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
SPD3/2025/068 - FRAMEWORK CONTRACT FOR THE PROVISION OF COMMERCIAL BOAT WITH SKIPPER FOR WASTE TRANSFER FROM COMINO TO GOZO AND THE LEASING OF A LOW-EMISSION WASTE COLLECTION PICKUP TRUCK WITH DRIVER
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34398, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar is-sejħa ‘SPD3/2025/068 - FRAMEWORK CONTRACT FOR THE PROVISION OF COMMERCIAL BOAT WITH SKIPPER FOR WASTE TRANSFER FROM COMINO TO GOZO AND THE LEASING OF A LOW-EMISSION WASTE COLLECTION PICKUP TRUCK WITH DRIVER’? Jista’ jgħid ukoll meta ħarġet l-aħħar din is-sejħa pubblika biex jiġi pprovdut dan is-servizz u min kien qed jipprovdi dan is-servizz f’dawn l-aħħar ġimgħat u xhur u fil-preżent?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena - Rendikont
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm ġew jiswew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-kuntratturi u jekk tqabbdux b’direct order jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena huma organizzati minn G7 Events, wara li dawn ġew magħżula permezz ta’ sejħa pubblika għal ‘Ftehim ta' Sħubija għall- Avvenimenti fuq Skala Kbira’, liema sejħa pubblika kienet imnedija mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Id-dettalji kollha ta’ din is-sejħa, inkluż l-ammont massimu li jista’ jintefaq minn G7 taħt din is-sejħa, jinsabu naturalment disponibbli għall-pubbliku minn fuq is-sit tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet introdotta t-tallinja Card? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-ispiża biex tagħmel tallinja Card ġdida u kemm kienet tiswa tallinja Card ġdida meta ġiet introdotta?
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qed jieħu biex itejjeb is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna u jiżgura li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies)?
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qed jieħu biex itaffi t-traffiku f’Malta, fid-dawl tal-fatt li skont l-indiċi tat-TomTom, it-traffiku f’Malta huwa t-tieni l-agħar fid-dinja?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji bejn is-sena 2020 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu femiċidji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 33635, li turi wkoll kif l-omiċidji mill-2018 ‘il quddiem f’pajjiżna kienu kollha solvuti. Dwar kemm kien hemm każi ta’ femiċidji, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-liġi kienet ippubblikata fit-28 ta’ Ġunju 2022. Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn Lulju 2022 u l-aħħar ta’ Diċembru 2025, ġew irreġistrati tliet każi fejn kien hemm femiċidju. F’wieħed minn dawn il-każi, l-persuna responsabbli ma tressqitx quddiem il-qorti peress li kienet mejta, filwaqt li fiż-żewġ każijiet l-oħra, persuni tressqu quddiem il-qorti fuq akkużi u provedimenti ta’ din il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx valutazzjoni dwar l-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija minn reati relatati ma’ ħasil ta’ flus identifikati fl-aħħar ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi - Nuqqasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx osservati nuqqasijiet jew sfidi fir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi (STRs) li affettwaw il-progress tal-każijiet ta’ ħasil ta’flus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Money Laundering – Investigazzjonijiet u kollaborazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet tal-Istat (bħal CFR, FIAU, Pulizija, MFSA, Dwana), kienu involuti f’investigazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus, u kemm-il darba saret kollaborazzjoni inter-dipartimentali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus – Miżuri ta’ monitoraġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus li għalihom ġew introdotti miżuri ta’ monitoraġġ aktar stretti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux analiżi jew rapporti li juru l-konformità tal-investigazzjonijiet u proċeduri taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 mar-rekwiżiti tal-MONEYVAL jew l-FATF?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.