Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34144, 34291, 34647, 34880 u 35315 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti, inizjattivi u avvenimenti li l-Gvern ikun qed jieħu jew jorganizza minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, avvenimenti eċċ.
Filwaqt li fit-tabella ta’ hawn taħt hemm l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.
Ministeru / Awtorita’
TV
Radio
Ministry for Foreign Affairs and Tourism
€1,800.00
€3,908.50
Malta Tourism Authority
€59,280.00
Nil
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34143, 34290, 34646, 34879 u 35314 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jgħid jekk kienx hemm xi attività soċjali waqt il-ħin tax-xogħol, fejn tqassmu xi vouchers, fis-17 ta’ Marzu? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-ispiża totali ta’ din l-attività u jekk kinitx imħallsa mill-Awtorità tad-Djar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fil-ġurnata msemmija ma ġiet organizzata ebda attività ta’ team building jew attività soċjali mill-Awtorità tad-Djar waqt il-ħin tax-xogħol. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda spiża marbuta ma’ tali attività u lanqas ma ġiet imħallsa mill-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda għall-pet groomers fl-2025?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2025, kien hemm 41 stabbiliment ta’ pet groomers li ġew irreġistrati mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pet groomers liċenzjati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm 60 stabbiliment ta’ pet groomers irreġistrati mad-Direttorat għat-Trattement Xieraq tal-Annimali.
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA) s’issa fir-rigward tar-rwol tagħha bħala awtorità kompetenti għal finijiet tal-Ordni dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni taċ-Ċibersigurtà madwar l-Unjoni Ewropea (Malta), Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-kapaċità tagħha bħala awtorità kompetenti taħt l-Ordni dwar
Miżuri Għal Livell Għoli Komuni taċ-Ċibersigurtà madwar l-Unjoni Ewropea (Malta) (Leġiżlazzjoni
Sussidjarja 460.41), ħadet għadd ta’ passi biex timplimenta l-funzjonijiet tagħha skont l-imsemmija
leġiżlazzjoni.
Dawn jinkludu l-identifikazzjoni ta’ entitajiet li jaqgħu taħt il-mandat superviżorju tagħha fis-settur diġitali
(primarjament il-komunikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji (Trust Services)), kif ukoll fis-setturi
postali u tal-courier, u ngħata wkoll bidu ta’ kollaborazzjoni ma’ dawn l-entitajiet. F’dan ir-rigward, l-Awtorita
kkuntattjat għadd ta’ entitajiet fil-mandat tagħha, dan sar ukoll permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fleżerċizzju tal-Valutazzjoni Nazzjonali tar-Riskju Ċibernetiku, biex tappoġġja l-ġbir tad-dejta u ssaħħaħ ilfehim tagħha tar-riskju u l-maturità settorali.
L-Awtorita stabilixxiet ukoll arranġamenti ta’ governanza interna biex tappoġġja r-rwol superviżorju tagħha,
inkluż id-deżinjazzjoni ta’ funzjonijiet responsabbli, u bħalissa qed tiżviluppa gwida biex tassisti lillentitajiet jiddeterminaw l-ambitu u l-klassifikazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41.
Barra minn hekk, l-Awtorità qed tistabbilixxi qafas superviżorju bbażat fuq ir-riskju, li se jappoġġja lmonitoraġġ u l-valutazzjoni tal-konformità tal-entitajiet fil-mandat tagħha. Dan il-proċess se jinkludi miżuri
superviżorji u awditjar xieraq, f’konformità mas-setgħat ta’ nfurzar tagħha taħt il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja
460.41.
Fl-istess ħin, l-Awtorita qed tipparteċipa f’mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni nazzjonali mal-awtorità kompetenti
nazzjonali maħtura u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra fir-rigward tar-rappurtar ta’ inċidenti u l-allinjament
superviżorju. L-Awtorità qed tikkontribwixxi wkoll għal gruppi ta’ ħidma u inizjattivi rilevanti fil-livell
Ewropew biex tiżgura allinjament mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni u l-aħjar prattiki.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ħadet l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) s’issa fir-rigward tar-rwol tagħha bħala awtorità kompetenti għal finijiet tal-Ordni dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni taċ-Ċibersigurtà madwar l-Unjoni Ewropea (Malta), Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji hija l-awtorita’ kompetenti għal finijiet tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (magħruf aħjar bħala r-Regolament DORA) kif provdut f’Artiklu 4 ta’ Avviż Legali 166 tal-2024. Għaldaqstant, l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji hija kompetenti fil-kuntest tal-entitajiet li tirregola, u ta’ min wieħed jinnota wkoll li r-Regolament DORA hu meqjus bħala lex specialis, u għalhekk japplikaw il-provvedimenti stabbiliti taħhtu għall-finijiet tas-settur finanzjarju.
Dawn li ġejjin huma il-miżuri meħuda mill-Awtorita’:
1. L-Awtorita’ stabilixxiet funzjoni superviżorja orizzontali dedikata għar-reżiljenza operazzjonali diġitali li illum il-ġurnata għandha kompliment ta’ wieħed u għoxrin (21) persuna.
2. Din il-funzjoni taħdem id f’id ma’ funzjonijiet superviżorji oħra kemm vertikali kif ukoll orizzontali sabiex is-sorveljanza issir b’mod ħolistiku fil-konfront tal-entitajiet finanzjarji awtoriżżati.
3. L-Awtorita’ stabilixxiet proċess superviżorju li bih tissorvelja entitajiet finanzjarji biex tassigura li huma konformi mar-Regolament, billi tuża diverżi għodot superviżorji għad-dispożizzjoni tagħha bħal ma huma spezzjonijiet.
4. L-Awtorita’ stabilixxiet proċess sabiex entita’ tiġi analizzata’ fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament anke qabel tiġi awtorizzata biex tassigura li meta entita’ tiġi awtorizzata tkun stabilixxiet il-miżuri neċessarji b’konformita’ mar-Regolament.
5. L-Awtorita’ stabilixxiet proċess li fih jiġi rrapurtat theddid ċibernetiku sinifikanti jew inċidenti li jilħqu ċertu kriterji. L-Awtorita’ tibqa’ issegwi l-andament ta’ kull rapurtaġġ sakemm jiġi riżolt b’mod sodisfaċjenti.
6. L-Awtorita’ stabilixxiet proċess li bih tkun tista’ tissorvelja ittestjar avvanzat permezz tat-TLPT.
7. L-Awtorita’ stabilixxiet process li bih tiġġestixxi r-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi.
8. L-Awtorita’ tipparteċipa f’diverżi laqgħat fuq livell Ewropew u wkoll fuq livell Internazzjonali aktar wiesa sabiex tassigura li il-miżuri meħuda huma tal-għola livell imma fl-istess ħin b’mod proporzjonat.
9. L-Awtorita’ tpoġġi fin-National Cyber Security Steering Committee u hija parteċipi fit-tħejija tal-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċibersigurta’.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli sabiex japplika u jikseb il-permess meħtieġ għall-użu ta’ krejn f’żona residenzjali jew urbana, jekk hux ir-resident/sid tal-proprjetà jew inkella l-operatur tal-krejn jew il-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-responsabbiltà legali ta’ kull parti involuta f’dan il-proċess?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-permessi għall-użu ta’ krejnijiet ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta’ Transport Malta. Ir-rwol tal-Awtorita f’dan il-proċess huwa limitat għall-għoti ta’ kummenti tekniċi relatati mal-impatt li tali użu jista’ jkollu fuq it-triq partikolari, b’mod speċjali meta t-triq tkun parti min-network tat-toroq nazzjonali jew taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Awtorità.
Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli sabiex japplika u jikseb il-permess meħtieġ għall-użu ta’ krejn f’żona residenzjali jew urbana, jekk hux ir-resident/sid tal-proprjetà jew inkella l-operatur tal-krejn jew il-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-responsabbiltà legali ta’ kull parti involuta f’dan il-proċess?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor Interpellanta għal dak li tiddisponi l-leġislazzjoni sussidjarja 441.04 cioe r-Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsilli Lokali.
Skema ta’ ċediment volontarju tal-liċenzja tas-sewqan – Rekwiżiti/dokumentazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti kollha meħtieġa sabiex persuna tkun eliġibbli għall-iskema biex iċċedi l-liċenzja tas-sewqan għal €25,000? Jista’ jgħid ukoll liema dokumentazzjoni hija meħtieġa?
Jista’ l-Ministru jindika meta beda x-xogħol fuq il-pjazza ta’ Ħal Tarxien, meta huwa mistenni li jitlesta u x’xogħol għad fadal isir biex il-proġett ikun konkluż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-pjazza ta’ Ħal Tarxien beda f’Awwissu 2025. Il-maġġor parti tax-xogħlijiet se jkunu tlestew qabel il-festa ta’ Marija Annunzjata. Xogħlijiet addizzjonali fiż-żona ta’ wara l-knisja, huma ppjanati li jsiru wara l-festi tar-raħal.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka, f’Ħaż-Żabbar, tiġi żona pedonali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali sabiex ikun jista’ jibda il-proċess biex din iż-żona tiġi pedonali.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol relatat mal-kiri u bini tal-unit fi ħdan il-kumpless Ecohive relatat mat-tender ‘CT2231/2024 Tender for Rental and operation of treatment unit for leachate generated from Landfills at EcoHive Complex’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unità għat-trattament tal-leachate ġiet installata u kummissjonata fl-aħħar ta’ Frar u t-tħaddim regolari tal-impjant beda fit-2 ta’ Marzu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ speċjalizzazzjonijiet mediċi permanenti hemm fir-Residenza San Vincenz de Paule (SVPR) u jindika jekk, apparti l-ġerjatrija, hemmx ukoll speċjalizzazzjonijiet oħra bħal ENT, newroloġija, eċċ.?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fir‑Residenza San Vinċenz de Paul joffru numru ta’ speċjalizzazzjonijiet mediċi permanenti lil residenti u anzjani mill‑komunità. Dawn jinkludu kliniċi f’diversi oqsma bħall‑
Vascular, ENT, Audiology, Ophthalmic, Psychiatry,
Gynaecology
,
Cardiology
,
Gastroenterology
,
Neurosurgery
,
Dermatology
, u oħrajn relatati mal‑ġerjatrija, fosthom
Osteosarcopenia
, B
rain Health, Onco‑Geriatric
u
Frailty
. Barra minn hekk, SVPR jopera wkoll sala speċjalizzata għall‑kura palljattiva.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34129 dwar fiex wasal in-National Cancer Plan, jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-kumitat multidixxiplinarju li jiġbor flimkien il-professjonisti, kemm fih membri, min huma u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-laqghat huma ikkoordinati mid-Dipartiment tal-Cancer Care Pathways u l-Uffiċju tal-Chief Medical Officer.
Il-persuni mistiedna regolarment huma l-kapijiet tal-entitajiet kollha li huma nvoluti fil-kontroll tal-kanċer f’pajjizna, fosthom l-entittajiet responsabbli għal-prevenzjoni, skrinjar, dijagnożi, trattament, palliazzjoni, riabilitazzjoni u servizzi għal persuni li huma cancer survivors.
Jiġu mistiedna wkoll id-diversi Diretturi Ġenerali fid-Dipartiment tas-Saħħa, CEOs u d-Diretturi mediċi tal-isptarijiet Mater Dei u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Chairpersons ta’ diversi dipartimenti kliniċi, kapijiet tan-nursing u allied health professionals, id-dipartimenti tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard, il-National Screening unit, Hospice Malta u l-Malta Community Chest Fund Jiġu mistiedna wkoll rappreżentanti tal-pazjenti.
Infurmat li sa issa saru ħames laqgħat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34127, jista’ l-Ministru jipprovdi kjarifika dwar kif inhu kompost id-Direttorat tal-Allied Health Professionals u jgħid x’inhu r-rwol tagħhom? Jista’ wkoll jagħti informazzjoni dwar jekk l-impjegati humiex full-time jew part-time u jinkludi l-clerical staff?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat tal-Allied Health Professionals huwa kompost minn Direttur u tlett impjegati li jinkludu Uffiċjal fi Skala 4, Assistent Direttur, u Occupational Therapist. Dawn flimkien ma’ uffiċjali klinici jmexxu oqsma bħall-Assigurazzjoni tal-Kwalità, żvilupp tal-istaff u r-riċerka. Ir-rwol ewlieni tagħhom huwa li jikkoordinaw it-tmexxija strateġika mal-kapijiet tas-servizzi kliniċi u jippromwovu l-professjonijiet tad-Diretorrat.
L-Uffiċċjal fi Skala 4 u l-Occupational Therapist jagħmlu wkoll xogħol kliniku f’ċerti jiem.
L-Imġarr – Triq Sir Temi Zammit - Traffic Management
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34253, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min għadhom qed isiru d-diskussjonijiet dwar Triq Sir Temi Zammit, fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru laqgħat futuri u jekk hemmx pjan għal meta ser tittieħed xi azzjoni li twassal għall-konklużjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx ġie preparat kimoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u jekk hemmx faċilità biex dan isir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-kimoterapija bħala trattament parenterali se jkun possibbli li tibda tingħata meta jkun lest il-proġett tal-ispiżerija l-ġdida fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ser tiġi mgħammra għal dan il-għan.
Sadanitant ħarġet tender għad-drones sabiex meta jibda dan is-servizz jkun jista’ jitnaqqas l-iskariġġ tal-pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn ċertu tipi ta’ kimoterapija.
Pazjenti b’kundizzjonijiet ta’ ‘high risk’ - Insulin pumps
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ngħatawx insulin pumps dawk il-pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet ta’ ‘high risk’ u li jwasslu għal diversi admissions fl-isptarijiet? Jekk hemm pjan biex dawn il-pazjenti jibdew jingħataw l-insulin pumps, jista’ jgħid b’liema pjan ser jibdew jingħataw, x’se jkunu l-kundizzjonijiet u x’inhu t-timeframe?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm pjan li l-insulin pumps l-ewwel jitqasmu lit-tfal, liż-żgħażagħ u lill-pazjenti morda bil-frixa.