Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-kartuna r-roża? Kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tat-telecare? Kemm hemm persuni li jieħdu servizz tal-home help? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal persuni minn Ħal Tarxien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul is-sena li bdiet fl-1 ta' Awwissu 1998 u spiċċat fil-31 ta' Lulju 1999 saru 7,390 talba għall-karta roża li minnhom 7,300 ġew aċċettati filwaqt li 90 ġew miċħuda.
Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika li turi kemm hu n-numru ta' dikjarazzjonijiet validi f'xi żmien partikolari u mil-liema lokalita' dawn ikunu ġejjin. B'danakollu tinżamm statistika dwar in-numru ta' talbiet li jkunu saru ġodda kull sena.
Barra dan, in-numru t'Anzjani li jieħdu s-servizz tat-Telecare f'Ħal Tarxien huwa 159. In-numru t'Anzjani li jieħdu s-servizz tal-Home Help f'Ħal Tarxien huwa 66.
27.09.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk billi l-liġi dwar diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilita' jew aħjar Drittijiet Indaqs, għadha ma għaddietx mill-Parlament, jista' social worker, il-persuna stess jew il-ġenituri jagħmlu użu mis-servizz ta' pariri tekniċi jew għajnuna legali mill-avukati tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', l-Uffiċċju ta' l-Avukat tar-Repubblika għall-interpretazzjoni tal-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tikkunsidra talbiet (li fil-fatt isiru diġa b'mod regolari) talbiet mingħand aġenziji u taqsimiet oħra tal-Gvern u Mhux Governattivi li jkollhom bżonn pariri legali dwar opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilita'. Kull talba tiġi kkunsidrata fuq il-merti tagħha u fuq ir-riżorsi tal-Kummissjoni.
27.09.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif fil-preżent, meta titwieled tarbija b'diżabilita', xi kwalita' ta' support jingħataw il-ġenituri tat-tarbija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Meta titwieled tarbija b'diżabilita' l-ġenituri u l-familja tat-tarbija jkollhom bżonn ta' sapport. Fil-preżent dan it-tip ta' sapport qed jieħu ħsiebu t-Taqsma ta' Child Development Assessment Unit tad-Diviżjoni tas-Saħħa, u għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Is-Social Work Development Programme għandhom sezzjoni bl-isem ta' SAPPORT li tieħu ħsieb ukoll ħidma soċjali ma' persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom. Din it-taqsima għadha qed tiżviluppa u meta jkollha r-riżorsi neċessarji trid tagħti sehemha f'dan il-qasam. Dan il-Unit tqis dan il-qasam bħala prijorita' fil-ħidma li għad trid tiżviluppa.
27.09.99
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sa Mejju 1999: 1) kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru; 2) f'liema oqsma; 3) min tqabbad iħejji dawn ir-rapporti f'kull każ; 4) kemm tħallsu dawk li ħejjew ir-rapport; 5) kemm hemm rapporti li ġew mitmuma; u 6) x'passi ttieħdu dwar kull rapport li ġie mitmum u mressaq lill-Ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
28.7.99
Jista' l-Ministru jgħid x'policy kurrenti qed jaddotta l-Gvern preżenti sabiex xi pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli jiġu megħjuna sabiex jiġu allokati: 1) post fejn joqogħdu; u 2) post fejn jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar għandha fis-seħħ ftehim mal-Kummissjoni dwar ir-Riforma fis-Saħħa Mentali, li jipprovdi għall-allokazzjoni ta' ħames (5) residenzi f'lokalitajiet differenti f'Malta. Dawn il-postijiet huma
ntenzjonati għal dawk il-persuni bi problemi mentali li jkunu jistgħu jiġu ntegrati fis-soċjeta'. Anke d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jipprova jgħin lil din il-kategorija ta' persuni dment li dawn ikunu f'pożizzjoni li jiffirmaw ftehim u jħallsu l-kera.
Dwar l-għajnuna li tingħata lil dawn il-persuni sabiex isibu mpjieg, l-uffiċjali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ iżommu kuntatt regolari ma l-isptar Monte Carmeli u permezz ta' dan kemm Psikjatri, "Social Workers" u anke "Occupational Therapists" jirreferu pazjenti lill-ETC. Ġaladarba dawn jirreġistraw bħala persuni b'diżabilita' u jirreġistraw għax-xogħol, l-uffiċjali tal-Korporazzjoni li huma responsabbli minn din il-kategorija ta' nies ikunu jistgħu jagħtuhom għajnuna aktar personaliżżata, għajnuna li tiġi msarrfa b'kuntatti personali ma "employers" u bi tħaddim ta' skemi ta' sussidju fuq l-impieg/taħriġ.
L-ETC tipprovdi wkoll opportunitajiet ta' taħriġ għal persuni b'mard mentali.
28.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qabdet nies jaħdmu illegalment il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena u f'liema settur jispikka l-aktar l-abbuż? Kemm mill-persuni maqbuda kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom kienu barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra numru ta' dokumenti li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
28.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inxtara għad-djar ta' l-anzjani b'sistema diretta b'kwotazzjoni, jew permezz ta' tenders mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Tista' l-informazzjoni tiġi mifruda fuq bażi ta' kull dar? Jista'jgħid kemm swew u mingħand min inxtraw l-oġġetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, fid-djar eżistenti ta' l-anzjani nxtraw dawn l-oġġetti bi kkwotazzjoni.
DAR TA' L-ANZJANI SUPPLIER OĠĠETT VALUR
Lm
Msida Michael Balzan Telephone System 598
Gzira Alex Mercieca Audio Video System 345
28.7.99
Engagement of Staff for Private Secretariats — Dokument
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru, b'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, mill-Prim Ministru, jagħti l-ismijiet ta' l-individwi li huma membri tas-Segretarjat Privat tiegħu bil-grad tagħhom kif ukoll il-lokalita' reġistrata bħala l-indirizz tagħhom fuq il-karta ta' l-identita' li tappartjeni lilhom kif ukoll jgħid jekk għandhomx għall-użu tagħhom xi vettura jew xi telefon ċellulari provdut lilhom mill-Ministeru jew minn xi enti li taqa' taħtu jew inkella b'kirja għall-pożizzjonijiet ta' Ministry Communications Co-ordinator, Ministry Policy Co-ordinator, Ministry Projects Co-ordinator, l-erba' membri tas-Secretariat Pool, l-erba' Secretariat/Messengers/Charwomen u ż-żewġ Drivers/Security Officers kif ukoll jagħti rendikont tal-fuel kollu minfuq u ta' kontijiet ta' telefons ċellulari kemm dawk li huma sejħiet, kiri jew xiri ta' settijiet għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil-Onor. Membru għat-Tweġibiet li diġa' tajt għall-Mistoqsijiet Nru. 3451, 5840, 6623 u 8997, li kollha huma dwar is-suġġett ta' din il-Mistoqsija partikolari.
Minn mindu ngħatat it-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 6623 fis-Seduta 117 tat-8 ta' Ġunju, 1999, ġiet ingaġġata persuna oħra fis-Segretarjat tiegħi. Din hija s-Sinjorina Christine Theuma, li hija "Social Worker" impjegata mal-Programm Ħidma Soċjali (SWDP) u li ġiet assenjata l-pożizzjoni ta' "Policy Co-ordinator".
Ma naħsibx li jkun prudenti li nipprovdi, kif talab l-Onor. Membru, xi dettalji dwar ir-residenza tal-membri tas-Segretarjat tiegħi.
Informazzjoni dwar spejjeż fuq "mobile phones" u servizz ta' telefon b'xejn diġa' ngħatat fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 6623 u ma naħsibx li huwa prattikabbli li din l-informazzjoni tiġi aġġornata wara perjodu ta' ftit ġimgħat.
Informazzjoni dwar spejjeż għal "fuel" minn membri tas-Segretarjat tiegħi li huma ntitolati għall-użu ta' karozza għadha qed tinġabar u għalhekk tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra.
28.7.99
Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati - Telefons ċellulari
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat Privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' telefon ċellulari kif ukoll iqiegħed fu qil-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontijiet rispettivi ta' kull telefon ċellulari għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 6623 li parti minnha hija dwar dawk il-membri tas-Segretarjat tiegħi li huma ntitolati għall-użu ta' "mobile phone" u dwar l-ispiża għal dawn il-"mobile phones".
Irrid inżid li ntitolat ukoll għall-użu ta' "mobile phone" huwa l-Assistent Personali li, għalkemm diġa' identifikat u l-ħatra tiegħu diġa' ġiet approvata skond il-proċeduri stabbiliti, għad irid jiffirma l-kuntratt meħtieġ.
Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kontijiet ta' kull telefon ċellulari.
28.7.99
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' — Persuni li qed jistennew għajnuna finanzjarja
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-waiting list quddiem is-servizz għajnuniet speċjali tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li qed jistennew għajnuna finanzjarja? X'tip ta' għajnuna qed jistennew? X'fondi hemm disponibbli? Kif titfassal il-waiting list u kif tiġi deċiża l-gradwatorja u min jingħata iżjed importanza minn ħaddieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
a) In-numru ta' applikanti li jinsabu fuq il-"waiting list tas-Servizzi Għajnuniet Speċjali, sat-23 ta' Lulju 1999 hu ta' 87.
b) It-tip ta' għajnuna li talbu hi biex jixtru kompjuters, hearing aids, siġġijiet speċjali, siġġijiet tar-roti, buggies speċjali, żraben speċjali, pjanu, cushions speċjali, walkers, lifters, imwejjed speċjali, faxes ilbies speċjali, sodod speċjali u exercise machine.
c) Il-fond allokat huwa ta' Lm50,000 fis-sena.
Barra dan għall-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li jien tajt f'Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 2262 u 7669.
27.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed isir biex residenti f'appartamenti ma jrabbux ċertu tip ta' annimali bħal, per eżempju, klieb kbar jew għadd ta' annimali, li joħolqu inkonvenjent serju u kultant ta' periklu wkoll għar-residenti l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din ir-risposta lill-Ministru kkonċernat.
27.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti ma' dawk li għamlu l-konvenju madwar sena ilu biex jixtru l-appartament tal-gvern li jgħixu fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Meta l-Awtorita' tad-Djar tiffirma konvenju mal-inkwilin biex jixtri r-residenza Governattiva tiegħu hi titlob lill-Kummissarju ta' l-Art biex jagħtiha l-provenjenza ta' l-art li fuqha hemm mibnija l-proprejta' li fuqha sar il-konvenju. Kif l-Awtorita' tad-Djar tirċievi din l-informazzjoni, tibgħat id-dettalji lill-Uffiċċju ta' l-Attorney General biex jippubblika Legal Notice fil-Gazetta tal-Gvern għat-trasferiment lil-Awtorita' tad-Djar ta' din il-proprjeta'.
27.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk żgħażagħ li huma illitterati u bla snajja' jew inkella semi-skilled jew li għandhom livell ta' edukazzjoni medju, hux se jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea, jekk kemm-il darba Malta tissieħeb bħala membru sħiħ? X'inhuma l-possibbiltajiet li nibdew nipparteċipaw minn issa f'dawn il-programmi, u dan bħalma ġara anke fi żmien meta l-Partit Laburista kien fil-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Programmi Edukattivi ta' l-Unjoni Ewropeja ma jispeċifikawx il-kwalifiki u l-ħiliet li jrid ikollu bniedem biex jipparteċipa fihom. L-importanza tal-kwalifiki u l-ħiliet tiddependi mill-Programm u l-proġett partikolari li Malta tkun trid tieħu sehem fih. Il-gvern irid li l-organiżżazzjonijiet Maltin jipparteċipaw bħala sħab f' "networks" Ewropej bl-iskop li nikkumbattu l-illitteriżmu u ntejbu l-ħiliet tal-ħaddiem Malti. Il-gvern huwa npenjat li jikseb il-parteċipazzjoni ta' Malta f'dawn il-Programmi u diġa qed isiru sforzi diplomatiċi biex jintlaħaq dan il-għan.
27.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' housing soċjali tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata qed tkun ikkunsidrata flimkien ma oħrajn simili. Ta' min isemmi li f'dawn l-aħħar għaxar xhur, l-applikanta kkonċernata ġiet offruta żewġ postijiet terrani, wieħed ġo Bormla u ieħor fl-Isla stess iżda rrifjutathom.
27.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' monitoring qed isir min-naħa tad-dipartiment tal-housing soċjali jew l-Awtorita' tad-Djar biex jiġi assigurat li x-xogħol li jsir għall-gvern bħal maanutenzjoni ta' proprjeta' residenzjali jsir sewwa?
Jaf il-Viċi Prim Ministru li wara li saru t-twieqi mill-gvern fi Blk D f'Tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera, lanqas biss sar it-tikħil kif suppost bil-konsegwenza li jidħol l-ilma tax-xita u ssir il-ħsara lill-proprjeta'?
Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex ix-xogħol li sar fuq it-twieqi fi Blk D fl-area msemmija jsir kif suppost?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu nies apposta sabiex jissorveljaw il-manutenzjoni li ssir fil-bini tal-Gvern. L-ilment imsemmi mill-Onor. Interpellant ser jiġi mgħoddi lid-Dipartiment ikkonċernat.
27.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk stima dwar appartamenti tal-gvern li saret fl-1998 tibqax valida? Bħala regola, kemm idumu validi l-istimi li jagħmel il-gvern tal-proprjeta' tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar tagħmel stima ta' appartament wara li l-inkwilin tiegħu jagħmel talba biex jixtrih taħt xi Skema biex tħajjar inkwilini jsiru sidien ta' darhom. Normalment l-istima tibqa sakemm tkun "in vigore" l-iskema li taħtha tkun saret l-applikazzjoni.
27.7.99