Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10739 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex tinġabar lura mingħand l-għalliema/librara nkarigati mill-kotba skolastiċi fl-iskejjel tal-gvern il-lista ta' kotba li wriet qabża sostanzjali fil-prezzijiet tal-kotba? Intbagħtet xi lista ġdida ta'dawn il-kotba bil-prezzijiet kif għandhom ikunu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-15 ta' Ottubru 1999, f'kull skola ntbagħtet Memo li tikkonferma bil-miktub il-lista ta' prezzijiet tal-kotba li qed tintuża mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hija dik li intużat għal dawn l-aħħar numru ta' snin. Numru sostanzjali ta' skejjel kienu diġa' ġew ikkuntattjati bit-telefon u sar kuntatt dirett ma' ħafna librara. Sabiex ma tinħoloqx konfużjoni b'xi lista oħra, il-messaġġ li ntbagħat fl-iskejjel kien li għandhom jużaw il-lista oriġinali bil-prezzijiet li ilhom fis-seħħ għal numru ta' snin.
Leg 9 PQ #10740 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żurrieq - Art għall-bini ta' skola

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittri li permezz tagħhom iż-żewġ predeċessuri tiegħu nfurmaw lill-familja Briffa li l-art tagħhom fin-Nigret, fiż-Żurrieq, mhux se tingħatalhom lura għax fuqha trid tinbena skola sekondarja tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li miż-żewġ predeċessuri tiegħi, kien wieħed biss, cioe` l-istess Onor. Membru li kiteb lill-familja Briffa li l-art tagħhom fin-Nigret iż-Żurrieq mhux se tingħatalhom lura għax fuqha trid tinbena skola sekondarja tal-Gvern. Kopja ta' din l-ittra ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub.
Leg 9 PQ #10741 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti - Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tinżamm il-wegħda li għamel fis-7 ta' April, 1999 li l-istudenti universitarji li bdew il-kors f'Ottubru 1997 jieħdu l-arretrati minn Jannar 1999 bir-rata l-ġdida ta' l-istipendju? Kemm huma maħsub li jammontaw dawn l-arretrati b'kollox?

Response (GALEA, LOUIS)

Dawn l-istudenti ser jieħdu l-għotja ta' għajnuna kapitali ta' Lm400 sħiħa, u mhux imnaqqsa pro rata għas-snin li għaddew, kif diġa' spjegajt fil-pubbliku. F'kull każ l-ammont aktar milli jkopri l-arretrati tad-differenza fl-għotja kull xahar tal-manteniment.
Leg 9 PQ #10742 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Naxxar - Skola Giovanni Curmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskola Giovanni Curmi tan-Naxxar li qed isegwu kors ta' "A" Level u ġew aċċettati bi 3 "O" Levels biss? Kemm suppost li kellhom "O" Levels biex jiġu aċċettati għal dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ebda student bi 3 'O' Levels ma ġie aċċettat għall-kors ta' 'A' Level fl-iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi Naxxar. Biex jiġu aċċettati għal dan il-kors, l-istudenti irid ikollhom mill-anqas 4 'O' Levels.
Leg 9 PQ #10733 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum Sir Adrian Dingli

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi biex studenti Mellieħin li jmorru l-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli ma jinġabrux kmieni ħafna (6.45 a.m. - 7.00 a.m.) mill-Mellieħa meta l-iskola tibda fit-8.30 a.m. u l-istudenti qed ikollhom jistennew iżjed minn siegħa barra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa diffiċli li t-trasport jibda aktar tard mis-sebgħa ta' filgħodu sabiex jiġi assigurat li ħadd ma jasal tard għal-lezzjonijiet. Hemm Working Group li x-xogħol tiegħu li jżomm taħt attenzjoni kontinwa s-sitwazzjoni tat-trasport ta' l-istudenti.
Leg 9 PQ #10734 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Knisja - Tfal b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Knisja, skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru tat-tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Knisja Skola bi Skola sa issa huwa hekk: SKOLA NUMRU TA' TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI St Benilds School 2 St Dorothy's Żebbuġ 5 St Elizabeth Sliema 3 St Francis Cospicua 3 St Francis Msida 4 St Joseph B'Bajda 7 St Joseph Sliema 3 St Monica B'Kara 3 St Monica Gżira 4 St Monica Qormi 1 De La Salle College 12 Mater Boni Consiglii 5 Our Lady Immaculate 11 St Francis B'Kara 1 Sacred Heart St Julians 5 St Augustines College 3 St Albert College 3 Stella Maris Balzan 7 Stella Maris College 7 Theresa Nuzzo Ħamrun 2 Theresa Nuzzo Marsa 7 Bishop Conservatory 2 St Michaels School 1 St Theresa School 2 St Vincent School 1 104 Din il-Figura ma tinkludiex il-każijiet pendenti li l-Istatementing Board għandu f'idejh bħal issa.
Leg 9 PQ #10735 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Naxxar - Student b'diffikultajiet

Question

Jista' l-Ministru jara x'passi qed jittieħdu biex l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament u li jattendi l-iskola tan-Naxxar li għandu diffikultajiet biex jitgħallem jingħata l-għajnuna biex jibbenefika tassew mill-edukazzjoni li hu ntitolat għaliha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-talba għal-Facilitator għal din it-tifla waslet ftit ilu għaldaqstant dan il-każ għadu qed ikun evalwat mill-Istatementing Board.
Leg 9 PQ #10736 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College - Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema suġġetti għad hemm lecturers nieqsa fil-Junior College? Se jimtlew il-vakanzi kollha jew se jkun hemm suġġetti bħal Ingliż (intermediate) li taw x'jifhem lill-istudenti li jridu jwaqqgħuh għax mhux se jkun hemm min jgħallimulhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Junior College għad fadal dawn is-suġġetti li fihom għad hemm lecturers nieqsa: 1. Ingliż (16-il siegħa) 2. Home Economics (6 siegħat) 3. Marketing (4 siegħat) u 4. Information Techology (sagħtejn). Qed isiru l-isforzi kollha sabiex jinstabu għalliema anke part-time għal dawn is-suġġetti. Informat ukoll li ebda student ma kien imġiegħel iwaqqa' xi suġġett minħabba dan in-nuqqas.
Leg 9 PQ #10737 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors fil-B.Pharm - Studenta

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif l-istudenta, li isimha qed jintbagħat separatament, fl-ewwel sena tal-B.Pharm fl-Universita' ta' Malta ġiet promossa għat-tieni sena meta weħlet f'eżami bħal sħabha u sħabha qed ikollhom jirrepetu l-ewwel sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux korrett li jingħad li l-istudenta indikata weħlet bħal sħabha. L-istudenta għaddiet mill-eżamijiet kollha - wieħed għaddiet f'Ġunju u r-riżultat kien ippublikat dak iż-żmien u tlett eżamijiet oħra għaddiet f'sessjoni supplementari (re-sit) f'Settembru.
Leg 9 PQ #10887 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Gan Franġisk Abela — Għalliem

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm għalliem fl-ewwel sena tas-6th Form fl-iSkola Gan Franġisk Abela fis-suġġett ta' l-intermediate English?

Response (GALEA, LOUIS)

Minkejja l-isforzi kollha li saru mill-awtoritajiet tal-Junior College, s'issa għadha ma nstabitx persuna kwalifikata li sservi fuq bażi part-time. Sadanittant qed jittieħdu miżuri temporanji biex tittaffa l-problema tant li fadal biss tmien (8) siegħat ta' tagħlim fil-ġimgħa f'dan is-suġġett li baqgħu skoperti.
Leg 9 PQ #10659 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Watchmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum x'sorveljanza saret biex jiġi vverifikat jekk il-watchmen humiex qed ikunu fl-iskejjel fejn suppost ikunu xogħol? X'instab minn din is-sorveljanza? Per eżempju, kif qed jiġi żgurat li l-iskola Umberto Colosso qed tkun issorveljata bil-lejl?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandhiex ir-riżorsi biex tagħmel sorveljanza fuq l-iskejjel kollha kuljum, fejn hemm il-watchmen. Biss, meta jidħol xi rapport dwar in-nuqqas ta'xi watchman f'xi skola partikulari, isiru arranġamenti għal speżżjonijiet ad hoc. S'issa, dwar l-iskola Umberto Colossa, għad ma daħlu ebda rapporti dwar xi nuqqas minn naħa tal-watchmen li huma stazzjonati hemmhekk.
Leg 9 PQ #10660 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Nuqqas ta' għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-lum f'liema skejjel sekondarji u post-sekondarji hemm għalliema neqsin u f'liema suġġetti? X'qed isir biex jinstab rimedju għal nuqqasijiet ta' għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10664 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata facilitator lit-tifel li ismu qed jintbagħat separatament li suppost jattendi fit-tielet sena ta' l-iskola primarja tar-Rabat u għadu sal-lum ma ngħatax dak li ġie mwiegħed u għadu mill-bidu tas-sena skolastika m'attendiex skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ir-rapport ta' l-Istatementing Board, it-tifel konċernat għandu jingħata shared help. Fil-fatt dan it-tifel ġie pprovdut b'facilitator li qed tgħin ukoll tifla oħra.
Leg 9 PQ #10880 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Management Report

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena ntalabx li jsir management report? Jekk iva, min għamlu, u kemm tħallas? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ġie kkommissjonat ebda management report f'din l-aħħar sena.
Leg 9 PQ #10881 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana F.C. — Titlu legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Floriana F.C. għamlux xi talba sabiex ikollhom titlu legali ta' l-art, bħalma ngħataw u se jingħataw clubs u assoċjazzjonijiet sportivi oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata meta t-tagħrif mitlub jiġi verifikat.
Leg 9 PQ #10882 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Ċelebrazzjonijiet tal-millennju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet hemm marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju se jsiru fuq ix-Xagħra tal-Furjana? Meta se jsiru dawn l-attivitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-attivitajiet marbuta maċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju li hu maħsub li jsiru fl-Arena ta' l-Indipendenza fl-aħħar jiem tas-sena huma: Il-Ħadd, 26 ta' Diċembru: Spettaklu ta' Kant Korali It-Tnejn, 27 ta' Diċembru: "2000 Rythms" - spettaklu ta' mużika, ritmi u danza It-Tlieta, 28 ta' Diċembru: Kunċert Orkestrali - mill- Klassiku għall-Kontemporanju L-Erbgħa, 29 ta' Diċembru: "Passi" - spettaklu ta' Danza fid-diversi forom tagħha Il-Ħamis, 30 ta' Diċembru: "Ma Jintesew Qatt" - Mitt sena ta' Mużika Il-Ġimgħa, 31 ta' Diċembru: Żewġ Spettakli bit-titlu - "Millennium Live" - kollegamenti internazzjonali bis-satellita biex il-Maltin isegwu t-twelid tat- Tielet Millennju f'diversi nħawi tad-dinja; u "Saħħa u Merħba" - il-poplu Malti jsellem lill- Millennju l-Qadim u jagħti Merħba lill-Millennju l-Ġdid.
Leg 9 PQ #10883 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana F.C. — Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'alternattivi u/jew proposti ngħataw lill-Floriana F.C. minħabba l-użu tax-Xagħra tal-Furjana għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija pubblika li tittratta s-suġġett.
Leg 9 PQ #10653 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema tal-Life Skills

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li huma kwalifikati biex jgħallmu l-Life Skills fl-iskejjel ta' l-Istat? Kemm hemm għalliema ta' dan is-suġġett f'dawn l-iskejjel: (1) Kulleġġ San Alwiġi; (2) Kulleġġ De La Salle; (3) Kullegg St. Edwards; (4) Skola ta' St.Martin's (5) Skola ta' St. Catherine; u (6) Skola ta' San Anton? Il-Life Skills huma parti obbligatorja tal-kurrikulum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel ta' l-Istat hemm 117 l-għalliem li huma kwalifikati biex jgħallmu l-Life Skills. Informat li n-numru ta' għalliema kkwalifikati biex jgħallmu l-Life Skills/PSE f'dawn l-iskejjel huwa kif ġej: SKOLA GĦALLIEMA FULL TIME PART TIME Kulleġġ San Alwiġi 4 x Kulleġġ Del La Salle 2 x Kulleġġ St Edwards x 39 Kulleġġ St Martin's 2 1 Skola St Catherine's 1 x Skola San Anton 3 x Informat ukoll li dan is-suġġett jifforma parti mill-programm tal-Personal and Social Education (P.S.E.) li sa issa huwa parti mill-kurrikulu fl-ewwel u fit-tieni sena fil-Junior Lyceums u fl-ewwel tlitt snin ta' l-iskejjel Sekondarji. Skond il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali ġdid, il-Programm ta' Persona and Social Development (kif jirreferu għalih ġeneralment fil-qasam edukattiv internazzjonali) se jkun obbligatorju mill-ewwel sal-ħames sena ta' l-iskejjel sekondarji kollha. (Vide Abbozz Finali paġna 49) Fil-livell Primarju, il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali ġdid idaħħal il-"Life Skills" b'mod integrat ma' l-esperjenzi l-oħra tat-tagħlim. (Vide Abbozz Finali paġna 45) Id-Dipartiment tal-Kurrikulu se jappoġġja dan it-tagħlim permezz ta' grupp ta' Peripatetic Teachers' għal-P.S.D. fil-Primarja.
Leg 9 PQ #10657 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Giovanni Curmi, Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġie deċiż li jinbidel l-avviż legali li ħareġ dwar il-manteniment ta' l-istudenti post-sekondarji biex issa 407 student li qed isegwu l-Ordinary Level Revision Course fil-Higher Secondary Giovanni Curmi tan-Naxxar se jitilfu l-għajnuna li kienu se jingħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru, l-Ordinary Level Revision Course m'huwiex kors post-sekondarju għaliex huwa repetizzjoni ta' l-istudju sekondarju li jwassal għal 'O' Level. Ta' min ifakkar li dan il-Ministeru kien ħareġ avviż għall-istampa fis-6 ta' Ottubru fejn il-pubbliku ġie mgħarraf b'dan li ġej: "Ir-Regolamenti ta' l-1999 dwar Għotjiet ta' Manteniment għal Studenti Post-Sekondarji u Terzjarji - Avviż Legali 165 ta' l-1999 - qed jiġu korretti minħabba żvista waqt l-inputtjar tat-test fuq il-kompjuter. Għaldaqstant, f'Parti B ta' l-Iskeda dwar Għotja ta' Manteniment Speċjali qed jiżdiedu l-korsijiet tal-B.Sc Nursing u B.Sc. Midwifery, waqt li minn Parti 1 dwar Studenti Post-Sekondarji qed jitneħħa l-kors ta' Ordinary Level Revision li huwa kors li jirrepeti l-Form V u mhuwiex kors post-sekondarju."
Leg 9 PQ #10658 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum, kemm kien hemm minor staff, skola bi skola, li ġew ittrasferiti lejn xi skola oħra u f'kemm kull każ ġew ikkonsultati il-kapijiet ta' l-iskejjel biex isir iċ-ċaqlieq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum ġew trasferiti wieħed u għoxrin (21) persuna fil-gradi ta' Minor Staff. It-trasferimenti saru kif jidher fil-lista li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhix il-policy li jkunu kkonsultati l-kapijiet, sakemm ma jkunux il-Kapijiet ta' l-iskejjel infushom li jitolbu li xi impjegat ikun trasferit.