Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xogħol volontarju barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm individwi bbenefikaw mill-miżura li kien daħħal Gvern Nazzjonalista fl-1992 li biha individwi li jagħmlu xogħol volontarju approvat barra minn Malta jkollhom l-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali kreditata għall-perijodu taż-żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kkalkolat li ser ikun hemm 107 applikant li ser jibbenefikaw minn kreditu ta' kontribuzzjoni għal perjodu ta' żmien li dawn l-istess persuni jkunu qed jagħmlu xogħol volontarju approvat barra minn Malta. 4.10.99

Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol — Appelli

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm appelli quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol fix-xhur Ġunju, Lulju u Awissu? Kemm minnhom ġew maqtugħa mir-reġistrar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

APPELLI QUDDIEM L-AWTORITA' NAZZJONALI TAX-XOGĦOL f'Ġunju 1999 daħlu 44 appell f'Lulju 1999 daħlu 61 appell f'Awissu 1999 daħlu 46 appell Total 151 appell Ġew maqtugħa minnhom: mir-reġistrar: Ġunju 25 Lulju 37 Awissu 26 TOTAL 88 4.10.99

Employment and Industrial Relations Dept. — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru inspections mill-Employment and Industrial Relations Department (Dept. of Labour) matul ix-xhur Ġunju, Lulju u Awissu? Jista' jagħti ċ-ċifri għall-istess perjodu ta' tliet xhur għas-snin 1997 u 1998 ukoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li matul is-sena 1999 l-impjegati tad-Dipartiment ta' Relazzjonijiet Industrijali u ta' Mpjieg wettqu spezzjonijiet kif ġej: f'Ġunju - 66 f'Lulju - 64 f'Awissu - 54 Għall-istess xhur fl-1997 u 1998, jien infurmat li l-ispetturi fid-Dipartiment tax-Xogħol, għamlu average ta' 235 spezzjoni kull xahar fl-1997, filwaqt li għall-istess żmien fl-1998 għamlu 66 spezzjoni kull xahar. 4.10.99

Saħħa — Inspectors

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-inspectors li jaħdmu fit-Taqsima tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol hux: (a) qed titħallsilhom il-liċenzja tal-vettura tagħhom biex ikunu jistgħu jidħlu l-Belt Valletta; (b) qed titħallsilhom l-Insurance tal-vettura tagħhom; (ċ) qed tiġi mħallsa medical insurance minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom; u (d) qed jiġi provdut safety clothing/shoes? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-benefiċċji humiex qed jiġu offruti wkoll lil dawk l-inspectors li jaħdmu fl-Employment and Industrial Relations Department?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1) L-Ispetturi li jaħdmu fit-Taqsima tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol ma titħalsillhomx il-liċenzja tal-vettura tagħhom biex ikunu jistgħu l-Belt Valletta. 2) Ma titħallsilhomx l-insurance tal-vettura tagħhom. 3) Ma titħallsilhomx il-medical insurance minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom iżda qed jiġu pprovduti b'safety clothing/shoes skond il-ħtieġa tal-liġi. L-Ispetturi l-oħra li jaħdmu fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Mpjieg għandhom l-istess kundizzjonijiet bħal dawk l-Ispetturi msemmija hawn fuq. 4.10.99

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Lulju u Awissu 1999, fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett, lokal b'lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-aħħar ta' Lulju 1999 in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fit-tieni Distrett kien kif ġej: LOKALITAJIET LULJU 1999 Birgu 85 Isla 136 Bormla 279 Żabbar 393 Fgura 224 Kalkara 95 Xgħajra 22 4.10.99

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Awissu? Kemm minnhom huma gradwati ta' l-Universita'? Jista' jaqsam l-informazzjoni kollha f'irġiel u nisa u skond l-etajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 4.10.99

Impjiegi — Work related accidents

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn work related accidents matul l-1999 sal-lum? Kif jipparaguna ruħu dan in-numru meta mqabbel ma' dak tas-snin 1995 - 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' aċċidenti fuq ix-xogħol li saru bejn is-sena 1995 u l-1999 huma kif indikati hawn taħt: SENA JANNAR/DIĊEMBRU JANNAR/SETTEMBRU 1995 6,991 5,503 1996 6,134 4,651 1997 5,723 4,208 1998 5,430 4,134 1999 N/A 3,861 4.10.99

Impjiegi — Health and Safety Inspectors

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' health and safety inspectors? Kemm-il spezzjoni għamlu matul l-1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm Senior Health & Safety Inspector u żewġ Health & Safety Inspectors, filwaqt li hemm sitt trainee inspectors li fil-jiem li ġejjin għandu jitħabbar ir-riżultat tal-Final Examinations tal-kors li kienu qed jattendu u li jwassal għal għoti tad-Diploma in Social Studies (Helath & Safety) u li jekk jgħaddu, jiġu impjegati bħala Health & Safety Inspectors fit-Taqsima tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg. Huwa previst li terġa tinfetaħ sejħa għall-applikazzjonijiet għal numru ta' trainee inspectors fil-futur qarib, u li wara li jiksbu d-Diploma il-fuq imsemmija jiġu impjegati bħala spetturi. L-Onor Interpellant hu referut għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9747 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tieni parti tad-domanda. 4.10.99

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw persuni ġodda għax-xogħol, xahar b'xahar din is-sena u s-sena l-oħra? X'kienet l-eta' ta' dawk li bdew jirreġistraw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni ġodda li bdew jirreġistraw għax xogħol xahar b'xahar din is-sena u s-sena l-oħra huwa kif ġej: SENA XAHAR 1998 Jannar 358 1998 Frar 272 1998 Marzu 242 1998 April 240 1998 Mejju 172 1998 Ġunju 269 1998 Lulju 669 1998 Awissu 418 1998 Settembru 378 1998 Ottubru 487 1998 Novembru 298 1998 Diċembru 242 1999 Jannar 319 1999 Frar 251 1999 Marzu 260 1999 April 296 1999 Mejju 263 1999 Ġunju 289 1999 Lulju 723 1999 Awissu 679 TOTAL 7125 L-eta' ta' reġistranti hija kif ġej: ETA' 16 - 20 3355 21 - 30 1355 31 - 40 996 41 - 50 954 51 - 61 465 TOTAL 7125 29.09.99

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Miisntru jgħid kemm hemm żgħażagħ minn 16 sa 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' żgħażagħ minn 16 sa 24 sena, minn Ħal Tarxien li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Mejju 1999 kien jammonta għal 37 persuna. 28.09.99

ETC — Rapport dwar l-UE

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC għamlitx xi studju dwar il-prospetti ta' xogħol kemm-il darba Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Jekk iva, jista' jpoġġi dan l-istudju/rapport/working paper fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni Għax-Xogħol u Taħriġ twaqqfet bil-għan li tipprovdi servizzi indirizzati lejn dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol billi tħarreġ fejn ikun hemm il-bżonn ta' taħriġ u billi tidentifika l-opportunitajiet tax-xogħol adattati għal dawk li jkunu jridu jaħdmu jew inkella jkunu jridu jbiddlu x-xogħol tagħhom. Biex dawn l-għanijiet jintlaħqu, l-ETC żżomm kuntatt kontinwu mal-imsieħba soċjali biex flimkien magħhom tidentifika l-bżonnijiet preżenti u futuri ta' l-ekonomija Maltija. Fil-fatt, l-imsieħba soċjali huma rappreżentati fuq il-Bord tal-ETC stess. L-ETC għandha l-istrutturi interni tagħha stess li jippermettulha tanaliżża l-qagħda fil-qasam tax-xogħol f'pajjiżna u tidentifika x-xejriet li jkunu qiegħdin jirriżultaw. Id-deċiżjonijiet jittieħdu skond x'jirriżulta minn din l-analiżi u mid-domanda fis-suq tax-xogħol. Għalhekk, din ma tistax tkun kwistjoni ta' rapport wieħed li janaliżża l-prospetti tax-xogħol meta Malta ssir membru ta' "l-Unjoni Ewropea, iżda hi kwistjoni ferm aktar fonda u dettaljata minn daqshekk, anke għaliex pajjiżna qiegħed jiffaċċja r-realtajiet ta' l-iżviluppi teknologiċi li qedgħdin jġibu magħhom tibdiliet kbar. M'hemmx dubju li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġġib magħha opportunitajiet kbar għal pajjiżna. Dwar dan, jaqblu wkoll diversi Korpi Kostitwiti kif stqarrew pubblikament f'numru ta' okkażjonijiet tul is-snin li għaddew. L-isfida hi li jkollna ħaddiema mħarrġa biżżejjed biex jaħtfu dawn l-opportunitajiet. Huwa proprju għalhekk, li l-ETC qiegħda taħdem fil-viċin ħafna mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex pajjiżna jkollu ħaddiema preparati speċjalment fil-qasam vokazzjonali. 28.09.99

CSAs

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi mwettqa l-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista li s-CSAs ma jibqgħux jiġu kkonsidrati bħala self-employed imma jiġu kkonsidrati bħala part-time employees?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista li s-CSAs jiġu kkunsidrati bħala impjegati part-time tiġi mwettqa fil-mument opportun u għal dan il-għan qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa. 28.09.99

San Vinċenz de Paule — Refurbishing

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħidilna eżatt kemm ġiet tqum lill-Kaxxa ta' Malta, ir-refurbishing ta' l-uffiċċju tal-Medical Administrator fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-'refurbishment' tal-uffiċċju tas-Supretendent Mediku fl-SVPR kien jinkludi l-ftuħ tal-'Customer Care Unit' biswit l-uffiċċju w l-irranġar tal-kuridur u l-kamra tas-segretarji. B'hekk sar 'refurbishing' globali li jgħati dehra iktar moderna. Ir-'refurbishing' kien jikkonsisti f'tibdil ta' skrivaniji u filing cabinets, tibdil tal-art tal-uffiċċju u l-kuridur kif ukoll xiri ta' 'airconditioner'. L-iskrivaniji u l-filing cabinets ittieħdu għal użu tas-segretarji u l-'Customer Care Unit' li ma swewx spejjeż extra. Il-panelling tal-Injam li kien hemm fl-uffiċċju tas-supretendent u l-kuridur inqalgħu u hemm il-ħsieb li jintużgħaw f'post ieħor. Inqala' ukoll is-suffett li ntuża f'post ieħor fir-residenza u ma ġiex 'replaced'. L-ispejjeż globali kienu ta' madwar Lm1,700. 28.09.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet jonqos sabiex id-dar għall-anzjani ta' Bormla tkun lesta? Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se tkun tista' tilqa' fiha l-ewwel anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sabiex id-dar ta' l-Anzjani f'Bormla tkun lesta, fadal jitkomplew dawn ix-xogħolijiet: xi tikħil u tibjid, soffitti, madum u twaħħil ta' kmamar tal-banju, għamara, bibien, purtieri, il-"canopy" li se tgħatti il-bitħa ċentrali, apparat tal-Laundry u tal-kċina u tas-sistema ta' ventilazzjoni, "handrails", "lifts" u xogħol finali ta' mekkanika u elettriku. Ħafna minn dawn ix-xogħolijiet huma fi stadju avvanzat. Din id-dar tkun tista tilqa fiha l-ewwel anzjani fi ftit xhur oħra. 28.09.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, tal-persuni li applikaw biex jidħlu fid-dar għall-anzjani ta' Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi lokal b'lokal tal-persuni li applikaw biex jidħlu fid-Dar għall-Anzjani ta' Bormla. Ma dawn hemm ħames persuni oħra li jgħixu fid-djar ta' l-Anzjani u jixtiequ jiġu trasferiti fid-dar għall-Anzjani ta' Bormla. 28.09.99

Droga — Vizzju tad-droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' persuni li matul l-1998 u l-ewwel sitt xhur ta' l-1999 irrikoverew b'xi mod għal għajnuna kontra l-vizzju tad-droga u alkoħol għand l-Aġenzija Sedqa? Jista' jagħti l-etajiet tal-persuni nvoluti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 27.09.99

Djar — Appartamenti tal-gvern

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tpartat il-post li għandha f'19, Triq il-Kampnar, Bormla ma' appartament tal-gvern x'imkien qrib Tas-Sliema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi m'hemm l-ebda possibilita' ta' tpartit. Il-persuna indikata ingħatat permess tixtri l-post imsemmi bil-kundizzjoni li tmur toqgħod fih. Hi xtratu fid-29 ta' Settembru 1998. 27.09.99

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' — Xiri ta' hearing aid

Question

Peress li b'ittra tal-5 ta' Ġunju, 1999 il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' nformat li l-persuna li isimha qed tintbagħat separatament li se tingħata għajnuna biex tixtri hearing aids iżda għax m'hemmx fondi se titqiegħed fuq waiting list, kemm hemm persuni qabilha f'din il-waiting list? Meta se jerġa' jiġi kkonsidrat il-każ tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Servizzi Għajnuniet Speċjali għandu allokati s-somma ta' Lm50,000 fis-sena filwaqt li jkollu talbiet medja ta' Lm70,000 fis-sena. Dan ifisser li, sfortunatament, numru ta' applikanti ma jistgħux jinqdew. Minħabba f'hekk il-Kummissjoni ħatret bord biex jeżamina l-applikazzjonijiet kollha xahar xahar u jagħtuhom il-punti skond kriterji mfassla mill-Kummissjoni. Kull xahar tiġi allokata s-somma ta' madwar Lm4,200 (Lm50,000 maqsuma fi tnax) u dawk li jġibu l-iżjed punti jingħataw l-għajnuna finanzjarja waqt li l-oħrajn jidħlu f' waiting list. Din il-waiting list għalhekk tinbidel kull xahar. Għal din ir-raġuni ma nistax nagħti l-posizzjoni f'din il-waiting list ta' fejn qegħda l-persuna msemmija f'din l-Mistoqsija Parlamentari. 27.09.99

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies ta' aktar min 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies minn 25 sena 'l fuq, minn Ħal Tarxien li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Lulju 1999 kien jammonta għal 101 persuna. 27.09.99

ETC — Għajnuna lil żgħażagħ bla xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 8591?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tagħraf il-bżonn li żgħażagħ li huma bla xogħol jingħataw kull għajnuna possibli biex kemm jista jkun malajr jiġu ntegrati fid-dinja tax-xogħol. Dan biex ikun ta' benefiċċju mhux għalihom biss iżda wkoll għas-soċjeta' kollha. Kull żgħażugħ jew żgħażugħa li jibdew jirreġistraw jiġu assessjati minn uffiċjali tal-Korporazzjoni fejn jiġu stabbiliti l-kompetenzi jew in-nuqqas tagħhom ta' kull individwu. Skond il-każ partikolari reġistrant jiġi riferut kemm għal taħriġ kif wkoll/jew għal xi xogħol li jkun adattat. 27.09.99