Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-average consumption ta' elettriku f'units kull sena ta' households b'(a) membru wieħed; (b) bi tnejn; (c) bi tlieta; (d) b'erbgħa; (e) b'ħamsa; (f) b'sitta?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-average consumption ta' l-ilma f'metri kubi, ta' households b'(a) membru wieħed; (b) żewġ membri; (c) bi tlieta; (d) b'erbgħa; (e) b'ħamsa; (f) b'sitta?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:-
Household b'membru 0.1735 metru kubu kull ġurnata
Household b'żewġ membri 0.1459 metru kubu kull ġurnata
Household bi tlitt membri 0.2089 metru kubu kull ġurnata
Household b'erba' membri 0.2587 metru kubu kull ġurnata
Household b'ħames membri 0.3183 metru kubu kull ġurnata
Household b'sitt membri 0.3483 metru kubu kull ġurnata
Jista l-Ministru ġentilment jgħid għaliex l-aħħar sejħa għall-ingaġġ ta' First Officers saret biss b'mod intern u b'hekk dawk li ma jaħdmux mal-kumpannija ġew diskriminati u tħallew barra, għalkemm għandhom il-kwalifiki meħtieġa jew aktar ukoll biex jitħarġu bħala First Officers?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Air Malta ma tingaġġax First Officers iżda Trainee Pilots li, jekk jinstabu adattati, jkunu għad iridu jikkwalifikaw għal First Officers wara li jtemmu l-kors u jkunu jippossjedu l-'Commercial Pilots Licence'.
Ma naħsibx li l-Kumpanija tkun qed tiddiskrimina ma xi ħadd meta tirriserva xi vakanzi li jista jkollha għall-impjegati tagħha.
Jista' l-Ministru jikkonferma li għall-ewwel darba l-Air Malta ma talbietx suġġetti fil-livell avvanzat bħal (science subjects) biex b'hekk setgħu jiddaħlu nies li ma jipposedux dawn il-kwalifiki?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nippreżumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Trainee Pilots li ħarġet fis-27 ta' Lulju 1998.
kif jirriżulta mis-sejħa imsemmija fuq, li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, ma ntallbux suġġetti tax-xjenza fil-livell avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex wara 'il fuq minn 25 sena ta' eżistenza ta' l-Air Malta hemm għadd sostanzjali ta' kaptani barranin (huwa mifhum li hemm 16) li mhux biss qed itellfu l-promozzjoni ta' Kaptani lil First Officers Maltin imma qed ikunu wkoll ta' ostakolu lil żgħażagħ, li għalkemm huma kwalifikati għad ma ġiethomx l-opportunita' biex jiġu ngaġġati mal-kumpannija nazzjonali? Jaħseb il-Ministru li dan qed ifisser ukoll salarji kbar u benefiċċji lil dawn il-barranin, meta jistgħu jiġu mpjegati Maltin minflokhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-preżent il-Cockpit Crews ta' l-Air Malta tikkonsisti f'116 bejn Kaptani u First Officers Maltin u 14-il Kaptan barrani.
Hija l-mira tal-Kumpanija li eventwalment il-Cockpit Crews ikunu komposti minn personnel Malti u għal dan il-għan huwa l-ħsieb tal-Air Malta li fil-futur toħroġ sejħa għal Trainee Pilots.
Issa li tħabbar li l-Air Malta se żżid il-vjaġġi lejn Dubai u wkoll tibda ttir lejn l-Indja u l-Pakistan, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol żejjed huwiex se jsir permezz ta' Maltin jew inkella jinkrew ajruplani kompluti bil-crews?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-dettalji li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant għadhom qed jiġu mistħarrġa u għalhekk ma jkunx prudenti li jingħataw dettalji f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa pubblika għall-applikazzjoni ta' ingaġġ ta' First Officers ma' l-Air Malta? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba għall-mistoqsija numru 1599.
Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet fuq l-arbli tad-dawl fil-parti tal-Wied tal-Fiddien fejn inbeda l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa? Billi dawn ix-xogħlijiet jinvolvu twaħħil ta' bozoz u billi issa l-ġurnata tidlam kmieni, jista' l-Ministru jawtorizza dawn ix-xogħlijiet immedjatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba għal dawl f`Wied tal-Fiddien ser tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.
Billi t-talba tar-residenti Rabtin sabiex tiddawwal il-bypass ta' l-Imtarfa ilha snin pendenti u billi wkoll kien hemm il-ħsieb li x-xogħlijiet isiru, jista' l-Ministru jinformani bil-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu ċioe' meta se jitwaħħlu l-arbli u l-bozoz sabiex din it-triq tiġi mdawwla? Jista' l-Ministru jikkonsidra li x-xogħlijiet isiru sa Diċembru li ġej?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex tiddawwal il-By-pass tal-Mtarfa qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi saru 9 trasferimenti sabiex jinqdew l-esiġenzi tal-Kumpanija.
Naħseb li l-Onor. Membru jifhem li t-transfers jikkostitwixxu parti ntegrali tal-management ta` kull kumpanija bħall-Air Malta u jsiru skond u meta jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Gozo Channel? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ngħata l-ebda trasferiment fil-Gozo Channel mis-6 ta` Settembru sat- 28 ta'
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Malta International Airport? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ngħata l-ebda trasferiment bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998 fil-Malta International Airport PLC.
Peress illi fix-xhur ta' qabel is-6 ta' Settembru suppost li kien qed isir eżerċizzju ta' ristrutturazzjoni, iżda ftit li xejn sar xogħol effettiv fuqu ħlief xi transfer 'l hemm u 'l hawn ta' impjegat jew tnejn, il-Malta International Airport għandha l-pjan li fix-xhur li ġejjin tagħti priorita lil dan l-eżerċizzju. Għaldaqstant il-Kumpanija tifhem li jista jkun hemm il-ħtieġa li jsiru xi trasferimenti ta' ħaddiema minn sezzjoni tal-Kumpanija għall-oħra skond l-esiġenzi tal-kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar trasferiment wieħed mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-istatistika u dan fuq talba tal-persuna konċernata.
Trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jitlob lid-dipartiment konċernat biex jittieħdu passi biex titneħħa kaxxa tad-dawl ta' żmien is-servizzi u li qegħda maġenb Block 6, Triq l-Isptar Navali, Kalkara peress li m'għadhiex tintuża u qed tkerrah l-ambjent?
Jista' l-Ministru jieħu passi wkoll biex il-high tension overhead cable li ġej min-naħa ta' Verdala, Bormla u jibqa' sejjer sa l-ex-rinella Wireless Station, Kalkara jitneħħa peress li ma hemmx użu għalih għaliex fih ħafna ħsara u qed ikerrah ħafna l-ambjent?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li wara li saret stima sabiex il-kaxxa tad-dawl titneħħa, hemm il-ħsieb li x-xogħol isir mill-iktar fis possibbli.
Il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda wkoll tieħu l-passi neċessarji biex tneħħi l-cable imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex tiġi rranġata l-pressa ta' l-ilma fi Triq il-Vitorja, l-Isla fl-akwati tad-dar numru 105?
Response (BONNICI, JOSEF)
Riċentement, żviluppaw diffikultajiet fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma fil-parti għolja tal-Isla. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet ħsieb li l-provvista tal-ilma terġa tkun regolari fl-inqas żmien possibli.
Saru diversi tentattivi mill-Korporazzjoni biex isir kuntatt mal-Konsumatur fi Triq il-Vitorja iżda ħadd ma wieġeb. Għaldaqstant sar test fil-pressa tal-ilma fir-residenza qrib fejn joqgħod il-konsumatur imsemmi. Irriżulta li l-provvista tal-ilma hija adekwata bħal mhi tar-residenti fl-inħawi.
Il-konsumatur jista jċempel lis-sezzjoni tal-Customer Care fuq il-freephone 157 u jiġi ffissat appuntament biex ikunu jistgħu isiru l-investigazzjonijiet tekniċi fir-residenza.
Jista' l-Ministru jidħol fil-każ tal-familja li toqgħod f'Delimara, u li isimha qed jintbagħat separatament, li s'issa għadhom bla dawl elettriku fid-dar tagħhom?
Jaħseb il-Ministru li lejliet is-sena 2000 hu ta' mistħija li għad għandna familja bi tfal żgħar li jridu jgħixu u jistudjaw bid-dawl tal-lampa tal-pitrolju għax ebda amministrazzjoni ma rnexxielha twassal id-dawl elettriku sa ħdejhom?
X'inhi l-problema li qed twassal lil din il-familja biex tibqa' bla elettriku? Billi qabel kien jingħad (inkluż f'diversi rappreżentazzjonijiet li għamilt jien) li kienet qed issir oġġezzjoni mid-Deutsche Welle, issa ladarba dan l-istazzjon għalaq, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li din il-familja għadha bla elettriku?
Jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni biex din il-familja ma tibqax tgħix f'dawn il-kondizzjonijiet degredanti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba għall-elettriku f'Delimara ġiet mistħarrġa mill-Korporazzjoni Enemalta u jirriżulta li ntbgħatet stima lill-applikant skond kif provdut fir-regolamenti. Meta jkun hemm risposta għal din l-istima, il-Korporazzjoni tkun f'pożizzjoni biex tieħu l-passi meħtieġa.