Legislature:
Category:
Reset
Active:

EU — ETC - Impjiegi

Question

Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tal-gvern li jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea se jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' impjiegi, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern ikkummissjonax jew se jikkummissjona rapport jew rapporti/studji fuq dan ir-rigward mill-ETC? Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titwaqqaf sezzjoni speċjalizzata fi ħdan l-ETC fuq din il-materja hekk importanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Membru hu mitluba jara t-Tweġiba li jiena tajt għal Mistoqsija 9333.

Persuni b'Diżabilita' — Servizzi taħt is-60/61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' taħt il-60/61 il-sena li qed jibbenefikaw minn xi forma ta' servizz għall-anzjani? Kemm hemm, f'kull każ, servizz, servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Anzjani jagħti dawn is-servizzi lill-persuni b'diżabilita' li għandhom anqas minn 60/61: Servizz ta' għajnuna fid-Djar 282 persuna; Servizz ta' Inkontinenza 538 persuna; Servizz ta' Telecare 256 persuna; Servizz ta' Handyman 146 persuna.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fis-Sebgħa Distrett Elettorali, kull lokalita' separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awissu 1999 fis-sebgħa distrett elettorali kien kif ġej: LOKALITA' AWISSU 1999 _________ ___________ Żebbuġ 220 Siġġiewi 168 Attard 74 Dingli 45 Qrendi 72

Aġenzija Sedqa — Budget

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-budget ta' l-aġenzija Sedqa fis-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Budget ta' l-Aġenzija Sedqa għal dawn l-aħħar snin kien hekk kif ġej: Għall-1996 Government Recurrent Grant Lm700,000 Government Capital Grant Lm 19,000 Għall-1997 Government Recurrent Grant Lm665,008 Government Capital Grant Lm 20,000 Għall-1998 Government Recurrent Grant Lm700,000 Government Capital Grant NIL Għall-1999 Government Recurrent Grant Lm740,000 Government Capital Grant NIL

Aġenzija Sedqa — Klijenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klijenti ta' l-aġenzija Sedqa li matul l-1997, 1998 u 1999 għamlu użu mir-Rapid opiate Detoxification bin-Naltrexone? Huwa possibbli li jingħad x'inhi l-eta' medja tal-pazjenti li għamlu użu minn din is-sistema ta' detoxification?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' klijenti li għamlu użu mill-metodu ta' ditossifikazzjoni magħruf bħala "Rapid Opiate Detoxification" ġewwa Dar l-Impenn kien hekk: - 78 klijent fl-1997 - 79 klijent fl-1998 - 41 klijent sa Awissu ta' l-1999 L-eta' medja ta' dawn il-klijenti kienet ta' 26 sena.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Xogħol nutarili

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukol f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Impjiegi — Persuni jaħdmu bla permess

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena u li kienu barranin? Minn fejn kienu? Kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena li ħadmu dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 9595. Kif diġa' għidt f'dik it-Tweġiba, il-persuni ndikati kollha ttieħdu passi kontrihom bil-pulizija. Il-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ tirreferi dawn il-każi lill-pulizija sabiex jittieħdu passi bil-Qorti.

Valletta — Triq l-Ibjar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jistax jieħu ħsieb li ssir it-triq fejn il-binja ġdida fi Triq l-Ibjar, il-Belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hijiex responsabilita' tal-Ministeru tiegħi li jsiru toroq bit-tarmak anke fejn hemm bini tal-Gvern, peress li qabel ikun sar il-bini, l-Awtorita' tad-Djar tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet kollha mitluba inkluż ir-"Road Contribution".

Impjiegi — Ħaddiema llegali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema li nqabdu jaħdmu llegalment matul l-perjodu Mejju - Settembru 1999? Kemm minnhom kienu barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn Mejju sa Awissu ta' din is-sena, l-Ispetturi tal-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ, qabdu 884 persuna li kienu qed jaħdmu llegalment. Dawn kienu mqassmin hekk: Persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol 120 Persuni li ma kellhomx il-'part-time' irreġistrat mal-ETC 56 Persuni li ma kienux irreġistrati mal-ETC (mingħajr ktieb tax-xogħol) 632 Persuni li kienu taħt is-16-il sena 24 Barranin 52

Programm FEJDA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega fiex jikkonsisti l-programm FEJDA? Meta twaqqaf u kemm hemm persuni jipparteċipaw fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Programm Fejda huwa programm residenzjali terapewtiku għal tfajliet bejn it-13 il-sena u 19 il-sena bi problemi gravi fuq livell psikoloġiku u emozzjonali. Fil-maġġoranza tal-każijiet id-disturb tant hu profond li jkollhom bżonn ta' għajnuna psikjatrika wkoll. Programm Fejda joffri wkoll servizz ta' Emergenza lil tfajliet li ma jsibux post f'djar oħra residenzjali minħabba problemi dovuti għall-imġieba tagħghom jew minħabba abbuż gravi li jkun twettaq fuqhom. Programm Fejda joffri wkoll "after care service" lil tfajliet li jkunu spiċċaw il-programm tagħhom u jkun għad baqgħalhom bżonn ta' min isegwihom sakemm jissetiljaw mill-ġdid fil-komunita'. Programm Fejda kien inawgurat uffiċċjalment fi Frar 1997 u laqa' l-ewwel residenti f'Lulju ta' l-istess sena. Il-programm għandu kapacita' ta' disa' sodod u preżentament huwa mimli.

Djar — Akkomodazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Istat jipprovdix akkomodazzjoni għal tfal (kemm bniet u subien) li huma homeless? Kemm huwa stmat li huwa n-numru ta' dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istat ma jipprovdix akkomodazzjoni speċifikament għal bniet u subien minuri li huma "homeless". Jeżistu provvedimenti ġo Programm Fejda għal każijiet ta' emerġenza għal bniet li minħabba problemi familjari jsibu ruħhom barra t-triq. Għal każijiet li jirrigwardaw is-subien kien hemm każijiet fejn dawn ġew milqugħa għal xi żmien ġewwa djar residenzjali mhux governattivi għal minuri. Preżentament, minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja, in-numru ta' subien jew guvintur li huma "homeless" huwa ta' sitta u kollha qegħdin joqgħodu proviżorjament f'"hostel" immexxija mill-Knisja. Dan huwa arranġament proviżorju f'nuqqas ta' post adattat għal dawn il-persuni. Bħalissa, l-Ministeru qiegħed jevalwa proposta biex dan is-servizz jibda jiġi provdut għal każijiet ta' emergenza għas-subien.

Kumpanniji privati — Ħarsien fuq is-saħħa tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rakkomandazzjonijiet li saru mid-dipartiment sabiex kumpanniji privati jħarsu s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? Kemm saru spezzjonijiet sabiex ikun assigurat li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu attwati u meta huwa pprogrammat li dawn il-kumpanniji jiffinalizzaw dawn it-talbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol għamlet is-segwenti spezzjonijiet fil-perjodu msemmi f'postijiet tax-xogħol immexxija mill-privat. Qed jiġi muri wkoll in-numru ta' "follow-up inspections" tul l-istess perjodu. XAHAR SPEZZJONIJIET "FOLLOW-UP INSPECTIONS" Jannar 65 1 Frar 64 1 Marzu 39 10 April 47 3 Mejju 49 9 Ġunju 19 2 Spettur tas-Saħħa u Sigurta' fuq ix-Xogħol jista' jagħmel kemm rakkomandazzjonijiet verbali, kif ukoll bil-miktub. Fil-fatt il-maġġor parti ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet isiru waqt il-ħin tal-ispezzjoni, u allura ma tinżammx statistika dwar in-numru totali ta' rakkomandazzjonijiet li jsiru. Il-perjodu indikat minn Spettur biex fiħ isiru dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru, jvarja ħafna. Jingħataw rakkomandazzjonijiet li jkunu jesiġu implimentazzjoni mmedjata, iżda jingħataw oħrajn li jkunu jeħtieġu "time frame" itwal, bħal per eżempju rigward bdil ta' apparat jew inġenji, l-introduzzjoni ta' sistemi ta' inġineriji (eż. ventilazzjoni ecc.). 4.10.99

Impjiegi — Ħaddiema li weġġgħu fuq ix-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema rrapportati li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu rġiel, nisa u żgħażagħ taħt il-35 sena? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn Jannar u Ġunju tal-1999 id-Dipartiment irċieva talba minn 2,447 persuni li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol għal benefiċċju tal-korriment. FUQ IL-35 SENA IRĠIEL NISA TOTAL 1,209 85 1,294 TAĦT IL-35 SENA IRĠIEL NISA TOTAL 988 165 1,153 Fil-perjodu msemmi mietu ħames persuni wara inċidenti li ġraw fuq ix-xogħol. 4.10.99

Fabbriki — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki li ssensjaw ħaddiema bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? Kemm fil-fatt issensjaw ħaddiema xahar b'xahar u f'liema xogħlijiet/skills? Kemm minn dawn il-ħaddiema ssensjati sabu mpjieg mill-ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) In-numru ta' fabbriki li ssensjaw ħaddiema bejn Jannar u Ġunju kien ta' 130. b) Is-sensji xahar b'xahar kienu kif ġej: Jannar 49 Frar 43 Marzu 46 April 124 Mejju 110 Ġunju 18 TOTAL 390 c) Ix-xogħolijiet/skills li dawn il-ħaddiema kellhom kien kif ġej: Senior Officials and Managers 18 Professionals 7 Technicians and Associate Professionals 12 Clerks 14 Service Workers and Shop and Sales Workers 13 Craft and related trade workers 36 Machine Operators and Assemblers 190 Elementary Occupations 100 d) Mit-390 ħaddiema li ħadu s-sensja 141 sabu xogħol full-time 21 sabu xogħol part-time --- 162 TOTAL --- 4.10.99

ETC — Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' barranin li nqabdu jaħdmu Malta kontra l-liġi? Liema xogħol kienu qegħdin jaħdmu? Mil-liema pajjiżi kienu? Dawn kollha ttieħdu passi bil-liġi kontrihom? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri minn Jannar 1999 sa Settembru, maqsuma xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 4.10.99

ETC — Żgħażagħ jaħdmu kontra l-liġi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, matul Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru, kemm-il żagħżugħ taħt l-eta' ta' 16-il sena nqabad jaħdem meta dan hu kontra l-liġi? F'liema xogħol u f'liema lokalitajiet? X'passi ttieħdu kontra s-sidien li impjegawhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fix-xahar ta' Ġunju nqabdu tmienja (8), f'Lulju nqabdu hamsa (5) u f'Awissu nqabdu erba' (4) żagħżagħ taħt l-eta' ta' 16-il sena. Dawn inqabdu f'diversi postijiet tax-xogħol: ĠUNJU 1 f'aġenzija ta' xorb - Sliema 1 ġewwa garaxx - San Gwann 1 f'kiosk tal-ġelati - Paceville 1 f'ristorant - Sliema 1 ma' kumpanija ta' l-indafa - Naxxar 1 f'ħanut ta' laħam - Paola 1 ma' kumpanija ta' tekniċi - Ta' Xbiex 1 f'ħanut tal-ħwejjeġ - Valletta LULJU 1 f'xogħol ta' kostruzzjoni - Ricasoli 1 f'ħanut tal-merċa - Qormi 1 ma' kumpanija ta' l-indafa - B'Buġia 2 ġewwa lukanda - Għajn Tuffieħa AWISSU 1 f'xogħol ta' kostruzzjoni - Luqa 1 f'ħanut tax-xorb - Baħar iċ-Ċagħaq 1 f'ħanut tal-merċa - Qormi 1 ġewwa lukanda - Bugibba Ser jittieħdu passi legali kontra l-imgħallem. 4.10.99

Impjiegi ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħolqu mpjiegi ġodda, xahar b'xahar mis-sena l-oħra 'l hawn? X'tip ta' xogħlijiet kienu dawk ġodda li nħolqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi xahar b'xahar minn Lulju 1998 sa Lulju 1999 kemm inħolqu mpjiegi ġodda u mill-liema setturi (bħala xogħolijiet) ġew dawn l-impjiegi. 4.10.99

ETC — Gradwati mill-Universita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn gradwati mill-Universita' jirreġistraw illum? X'tip ta' degree universitarju għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Lulju 1999, in-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 94. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi x'tip ta' degree għandhom. 4.10.99