Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9776 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti b'diżabilita' li fl-istaġun skolastiku 1999/2000 se jattendu fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern u tal-Knisja? X'faċilitajiet se jkollhom dawn l-istudenti sabiex ikun assigurat li jiġu ntegrati mal-bqija ta' l-istudenti sħabhom? Kemm saru laqgħat preparatorji mal-ġenituri u l-għalliema ta' dawn l-istudenti u x'kienu l-konklużjonijiet finali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti b'diżabilita` li fis-sena skolastika 1999/2000 ser jattendu fl-iskejjel primarji u sekondarji statali huma kif ġej: Stat Knisja Total Skejjel 66 Kinder 4 Kinder 70 Primarji 328 Primarji 86 Primarji 414 Skejjel 83 13 98 Sekondarji Total 477 103 580 Fil-waqt li l-proċess fih innifsu għandu l-għan li jintegra lill-istudenti kollha, l-livell ta' faċilitajiet u servizzi offruti jiddependu mill-bżonnijiet partikulari ta' l-istudenti u biex dawn ikunu jistgħu jsegwu programm edukattiv effettiv skond il-potenzjal tagħhom. Il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva kien talab lill-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni fl-Universita` biex tagħmel MAPS lil studenti bi bżonnijiet speċjali u li kienu se jgħaddu mill-iskejjel primarji għall-iskejjel sekondarji. Waqt dawn il-laqgħat, sew il-ġenituri kif ukoll l-għalliema u l-facilitators iddiskutew x'inhuma l-bżonnijiet tat-tfal. Informat li l-MAPS ittieħdet in konsiderazzjoni fit-tqassim ta' support staff lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali. Madanakollu mhux dejjem ikun possibli li l-ġenituri jkunu mgħarrfa min ikun se jagħti support lit-tfal tagħhom. Fl-aħħarnett informat ukoll li fil-bidu tas-sena skolastika l-ġenituri ta' studenti b'diżabilita` jiddiskutu ma' support staff il-bżonnijiet tat-tfal tagħhom.
Leg 9 PQ #9777 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Nazzjonali ta' l-Isparar bil-Plattini

Question

B'riferenza għat-talbiet pendenti ta' l-Għaqdiet Nazzjonali ta' l-Isparar bil-Plattini u sewqan bil-Muturi u l-Karozzi fi tracks lokali għal sportivi żgħażagħ taħt it-18-il sena, jista' l-Ministru jinformani xi żviluppi kien hemm wara dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm saru laqgħat dwar din in-natura u ma' min saru dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kemm is-Segretarjat Parlamentari kif ukoll il-Ministeru ma rċieva ebda talba speċifika mill-Għaqdiet Nazzjonali ta' l-Isparar bil-Plattini u Sewqan bil-Muturi u Karozzi rigward il-prattika ta' l-isport tagħhom minn sportivi żgħażagħ ta' taħt it-18. Informat ukoll li l-kwistjoni ta' xi forma ta' liċenzja għall-prattika ta' sparar minn żgħażagħ taħt it-18 f'kompetizzjoni jew taħriġ sportiv qegħda tkun kunsidrata fl-abbozz ta' liġi li għandu jirrevedi l-Ordinanza ta' l-Armi. Rigward is-Sewqan bil-Muturi u l-Karozzi, bħalissa qegħda titħejja politika li għandha tindirizza l-issues kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dawn id-dixxiplini sportivi.
Leg 9 PQ #11022 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Warrants ta' għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li bħalissa għandhom: (a) warrant permanenti; (b) warrant temporanju fl-iskejjel 1. Ta' l-istat; 2. Tal-Knisja; u 3. Privati?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #11036 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Naxxar - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex fl-iskola primarja tan-Naxxar jiġu mmoderati l-eċċessi fis-Sitt Klassi peress li f'dik "A" lit-tfal iħaddmuhom ħafna qishom fabbrika għall-eżamijiet tal-Junior Lyceum u ftit għandhom ħin għall-isports u ħruġ, waqt li fil-klassi "B" lit-tfal iħaddmuhom mill-inqas, joħorġuhom ħafna u jagħmlu ħafna sports għax iqisuhom li ma tantx se jaslu għall-Junior Lyceum?

Response (GALEA, LOUIS)

Bagħat il-kummenti ta' l-Onor. Membru għall-konsiderazzjoni tal-kapijiet rispettivi ta' l-iskejjel konċernati.
Leg 9 PQ #11037 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li min jieħu ħsieb Kinder 2, li isimha qed jintbagħat separatament, fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar sabtet xi tifel fil-klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta saret l-investigazzjoni instab li dawn l-allegazzjonijiet huma infondati.
Leg 9 PQ #11038 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attard - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attenda skola fl-ewwel xahar tas-sena skolastika l-għalliem, li ismu qed jintbagħat separatement, li jgħallem Year 6 fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard? X'qed jiġri mit-tfal tal-klassi fl-assenza tiegħu, x'attenzjoni qed jingħataw? Peress li għandi informazzjoni li meta jattendi skola juża t-telecell fil-klassi, iwaddab il-pitazzi lit-tfal u jgħid kliem bħal "li ma jibża' minn ħadd", jista' l-Ministru jinvestiga dawn l-ilmenti u jittieħdu l-passi neċessarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul ix-xahar ta' Ottubru l-għalliem imsemmi ma attendiex 9 darbiet mis-27 jum ta' l-iskola għax kien fuq sick leave. Fl-assenza tiegħu t-tfal qed jitqassmu fi klassijiet oħra skond l-abilitajiet tagħhom u b'hekk ikunu jistgħu jsegwu f'ambjent li joqgħod għalihom. Tlabt lid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni jistħarreġ fid-dettall l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' dan l-għalliem u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa.
Leg 9 PQ #11005 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw l-għajnuna meħtieġa l-istudenti li isimhom qed jintbagħtu separatament fl-iskola primarja tal-Fgura? Jista' jinvestiga rapporti li dawn it-tfal ġew ittrattati ħażin f'din l-iskola minflok ma ġew mgħejjuna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ż-żewġ studenti msemmija fl-iskola primarja tal-Fgura ilhom xi żmien jingħataw għajnuna, kemm permezz ta' counselling flimkien mal-ġenituri tagħhom kif ukoll permezz ta' assessment minn diversi servizzi fosthom is-CDAU. L-Iskola flimkien mal-ġenituri irriferiet dawn l-istudeti lill-iStatementing Board. Fil-każ taż-żgħir il-proċess ġie ffinalizzat, filwaqt li l-assessment tal-kbir għadu sejjer. Iż-żgħir ġie riferut lil Specific Learning Difficulties Centre. Minn naħa tal-Guidance and Counselling Unit l-għajnuna għadha qed tingħata.
Leg 9 PQ #11078 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Verdala - Skola G. Despott

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-Gvern li titwaqqa' l-iskola G. Despott (magħrufa bħala Verdala) u tinbena oħra aktar moderna? Meta hemm il-ħsieb li dan isir? Fejn se jintbagħtu l-istudenti waqt li jkun qed isir ix-xogħol? Kemm ġew ivvotati flus biex dan il-proġett isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Din l-iskola hi waħda minn dawk li dwarha qed isiru pjanijiet.
Leg 9 PQ #11105 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Qormi - Skola Danny Cremona

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-istudenti fl-iskola Danny Cremona ta' Ħal Qormi jinsabu bla għalliem ta'l-arti? Veru li ilhom hekk għal madwar xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Danny Cremona ta' Ħal-Qormi hemm sitt lezzjonijiet ta' l-arti nieqsa. Fin-nuqqas ta' dan, l-istudenti konċernati qegħdin jingħataw lezzjonijiet fil-letteratura bħala parti mill-programm Art/Music/Literature kif hemm maħsub fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali. Ta' min isemmi wkoll li l-istudenti fis-sena skolastika preċedenti ingħataw il-mużika u fis-sena skolastika li jmiss jingħataw l-arti.
Leg 9 PQ #11106 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Furjana - Skola Girolomo Cassar

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-istudenti fl-iskola Girolomo Cassar tal-Furjana m'hemmx teacher tas-science minflok ieħor li kien hemm qabel u li ma ġiex replaced? X'se jsir dwar dan? Veru li ilhom hekk madwar xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola msemmija bħalissa hemm nuqqas ta' għalliema tas-Science. Madanakollu informat ukoll li għalliema oħra fl-istess skola qed jutilizzaw il-ħin li fih ma jkollhomx lezzjonijiet sabiex jgħallmu dan is-suġġett temporanjament, sakemm jinstab għalliem tas-Science.
Leg 9 PQ #11107 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bighi

Question

B'riferenza għall-iskola ta' Bighi, jista' l-Ministru jgħid: (a) fuq liema kriterji ntgħażel l-istaff; (b) kemm hemm instructors/għalliema; (ċ) fiex waslet it-tender għal kċina li se tiswa madwar Lm26,000; u (d) kemm hemm studenti bħalissa f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-persuna responsabbli hi imsiefra fuq xogħol tal-Gvern, u t-tagħrif għad irid jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10965 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bighi - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Maltin u barranin fl-iskola ta' Bighi? Hemm vakanzi ta' teachers f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għad irid jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10968 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Chairman

Question

Wara li ċ-Chairman tal-Public Broadcasting Services ġie maħtur ukoll chairman tal-Maltacom, jista' l-Ministru jgħid jekk hux sejjer jinħatar chairman ġdid tal-PBS u jekk fil-pożittiv meta se jinħatar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħatra taċ-Chairman preżenti tal-PBS hi għal sena b'seħħ mid-9 ta' Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #11004 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FIS — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sa Ottubru 1999 kemm-il karozza xtrat il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali? Kemm swew f'kull każ? Għal-liema raġuni nxtrat? Kemm ġew installati air-conditioning units? Kemm ġew jiswew? X'passi ttieħdu biex ma jkerrħux il-bitħa ta' l-Universita' l-qadima?

Response (GALEA, LOUIS)

a) Informat li fil-perjodu in kwestjoni il-Foundation for International Studies xtrat vettura waħda, Mażda 323 (1300cc) għall-użu taċ-Chief Executive. Il-Cash purchase price tagħha kien ta' Lm6750. Il-Post ta' Direttur ta' l-Uffiċju Internazzjonali ta' l-Universita` u ta' Chief Executive tal-Foundation huwa 'conjoint', bi dritt kuntrattwali għal 'fully serviced vehicle'. b) Informat ukoll li inxtraw 4 air conditioners għall-prezz totali ta' Lm1640. Il-parir tekniku kien li minħabba li l-bejt jinsab ħafna għoli mill-kmamar fejn twaħħlu l-air conditioners, l-outside units kien aħjar jitwaħħlu barra t-twieqi tal-kmamar konċernati. Jekk meta jsir ix-xogħol meħtieġ fuq ir-restawr tal-bitħa (li tinsab fi stat diżastruż), jinħass li jkun aħjar li l-units jitpoġġew band'oħra dan ikun possibli bla ħafna diffikulta` jew dannu għall-ambjent.
Leg 9 PQ #11050 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena sarx management report fuq il-Pixxina Nazzjonali? Jekk iva, min għamlu u kemm tħallas? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba motgħija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8453.
Leg 9 PQ #11074 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Racing Club ħatarx persuna bħala Technical Director? Jekk iva, min huwa u kemm qed jitħallas? Saret sejħa pubblika, jekk le għaliex u kif saret l-għażla? Xi kriterji ntużaw fl-għażla? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma nħatar ebda Technical Director fil-Marsa Racing Club.
Leg 9 PQ #11075 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Polo Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Polo Club kemm iħallas kera fis-sena lill-Malta Racing Club? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il Malta Racing Club għandha ħlas b'lura lill-Gvern ta' l-istess kera?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Malta Polo Club tħallas Lm500 kera fis-sena lill-Marsa Racing Club. Informat ukoll li l-Kera ta' Lm4000 fis-sena (li għandha l-Malta Racing Club mal-Gvern) ilha ma' titħallas mill-1987.
Leg 9 PQ #11077 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Handaq Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-iskola tal-Junior Lyceum f'Tal-Ħandaq (li qabel kienet tas-Servizzi Ingliżi) hux se terġa' tinbena mill-ġdid? Meta hemm il-ħsieb li dan isir? Kemm ġie vvotat biex dan isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva hemm il-ħsieb li din l-iskola jsirilha dak li għandha bżonn. Il-proġett hu fi stat ta' ippjanar.
Leg 9 PQ #10930 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Rabat - Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux veru li t-tifla, li isimha qed jintbagħat separatament, fl-ewwel klassi fl-Iskola Primarja Paul Xuereb fir-Rabat, Malta, se jirtirawlha l-facilitator li għandha u li l-ġenituri tagħha huma nkwetati li t-tifla se taqa' lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Onor Membru għandu informazzjoni żbaljata għaliex qatt ma kien hemm il-ħsieb li din it-tifla jirtirawlha l-facilitator.
Leg 9 PQ #10932 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sliema Primary

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiltaqa' l-istatementing board biex jiddiskuti lit-tifla fil-Kinder 2 fil-Primarja f'Tas-Sliema, u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jistgħu jittieħdu passi biex l-adulta li qiegħda ma' din it-tifla ma tkomplix tgħaddi kummenti negattivi fuq din it-tifla għax tkompli taqbad lit-tifla fin-nassa tal-low self exteem u low achievement?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tieni mistoqsija hi t-tweġiba ta' l-ewwel waħda għaliex biex it-tifla għandha l-appoġġ imsemmi bilfors li ġiet statemented kif fil-fatt ġara fil-11 ta' Ġunju 1999. Ma jidhirlix li l-kummenti kontenuti fit-tieni parti tal-Mistoqsija għandhom isiru b'dan il-mod u jkolli niddubita l-mitivi. Fl-Iskola u fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm il-makkaniżmu biex jittratta kwestjonijiet bħal dawn.