Legislature:
Category:
Reset

L-Isptar Mater Dei – Kura tat-tfal – Ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri tat-tfal li jkunu qed jirċievu l-kura fl-Isptar Mater Dei, jitħallewx joqogħdu ħdejn it-tfal tagħhom il-ħin kollu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li skont il-proċeduri tal-Isptar, jista’ jkun hemm il-ħin kollu ġenitur wieħed li jibqa’ mat-tfal li jkunu rikoverati l-isptar Mater Dei. Imbagħad, skont il-kundizzjoni tal-każ speċifiku, jkun hemm ħinijiet fejn iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu joqogħdu mal-wild.

Villaġġ tal-karnival - Rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fiex wasal il-proġett tal-villaġġ tal-karnival? Jista’ jgħid ukoll meta dan il-proġett hu ppjanat li jinfetaħ biex jintuża, min huwa l-kuntrattur u jekk tqabbadx b’direct order jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li x-xogħol fuq il-proġett li hu magħruf bħala l-Culture Hub li fih se jinkludi l-imħażen għall-parteċipanti tal-karnival fost l-oħrajn, jinsab għaddej. Filfatt, wara li ġie mogħti l-kuntratt tal-ewwel tender tal-iskavar, tħammil, u ppuntar (piling), wara sejħa pubblika skont il-proċeduri u r-regoli tax-xiri pubbliku, ix-xogħolijiet qed javvanzaw.  S’issa ġew demoliti l-istrutturi kollha fuq is-sit, beda l-ewwel parti ta’ tħammil u l-iskavar fuq is-sit. Wara ser jsegwu x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u dawk ta’ finitura u elettriku, skont ir-regoli ta' procurement. Il-proġett huwa parzjalment finanzjat minn fondi Ewropej u għalhekk gvernat mill-iskadenzi tal-istess.

Att kontra Money Laundering – Profil ta’ persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xejriet ġodda fil-profil tal-persuni akkużati taħt l-Att dwar Money Laundering, Kap. 373 li huma ta’ tħassib għall-awtoritajiet fiskali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – asset recovery orders u freezing orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ każijiet fejn ġew infurzati asset recovery orders jew freezing orders fil-każijiet ta’ ħasil ta’ flus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f' xi seduta oħra.

Money Laundering – Persuni taħt inkjesti maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika dwar in-numru ta’ akkużati li kienu wkoll taħt inkjesti maġisterjali relatati ma’ każi ta’ ħasil ta’ flus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma tistax tagħti din it-tip ta’ informazzjoni si come inkjesti huma sigrieti.

Money Laundering – Predicate Offences – Skemi u riformi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx introdotti skemi jew riformi fiskali biex ir-riskju li l-offiżi fiskali jsiru predicate offences għall-ħasil ta’ flus, jitnaqqas?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirefferi-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 32817.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari W 523.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, lentitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32812.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill‑Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l‑entitajiet u d‑dipartimenti li huma fid‑dekasteru tal‑Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali,  japplikaw ir‑regoli għall‑Offerti Dipartimentali u l‑Metodi ta’ Akkwist skont il‑Valur tal‑Kuntratt li joħorġu mill‑Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Kemmuna - Pjattaforma ankrata - Awtorizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, Transport Malta, jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu, tawx jew approvawx xi vessel licence, operating permit, authorisation, anchoring authorisation, operator license, commercial licence, No Objection Certificate (NOC) jew kwalunkwe forma ta’ awtorizzazzjoni oħra relatata mal-pjattaforma/floating island ankrata barra Kemmuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; u jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji u l-kopji kollha, inkluż il-kundizzjonijiet kollha imposti dwar fejn tista’ topera, il-massimu ta’ persuni li tista’ tospita, jekk tistax topera f’żoni protetti, u jekk tistax iġġorr passiġġieri waqt li tkun miexja?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34862 u 34874.

Kemmuna - Pjattaforma ankrata - Kunsens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu, tawx jew approvawx xi permess, clearance, awtorizzazzjoni, No Objection Certificate (NOC) jew kwalunkwe forma ta’ kunsens ieħor relatat mal-pjattaforma/floating island ankrata barra Kemmuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; u jekk fl-affermattiv jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji u l-kopji tagħhom kollha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Kemmuna - Pjattaforma ankrata - Kunsens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu, tawx jew approvawx xi permess, clearance, reġistrazzjoni, konċessjoni, awtorizzazzjoni jew kwalunkwe forma ta’ kunsens ieħor relatat mal-pjattaforma/floating island ankrata viċin Kemmuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; u jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji u l-kopji tagħhom kollha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.