Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? Kemm minn dawn kienu taħt is-16-il sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena, l-Ispetturi tal-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ, qabdu 1,755 persuna li kienu qed jaħdmu bla permess. Dawn kienu mqassmin hekk:
Barranin 122
Persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol 226
Persuni li ma kellhomx il-'part-time' irreġistrat mal-ETC 147
Persuni li ma kienux irreġistrati mal-ETC (mingħajr ktieb 1.219
tax-xogħol)
Persuni li kienu taħt is-16 il-sena 41
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt is-16-il sena jaħdmu bil-permessi neċessarji? X'inhu it-tip ta' xogħol li jagħmlu f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent hemm 137 persuni taħt is-16-il sena li għandhom 'school exemption' u qed jaħdmu.
It-tip ta' xogħol li dawn qed jagħmlu hu kif ġej:
1 Musician
12 Clerks
51 Service workers and shop and market sales workers
1 Craft amd related Sales workers
17 Plant and Machine operators and assemblers
55 Elementary occupations
___
137
---
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm gradwati jirreġistraw għax-xogħol? Kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħol?
X'kienet il-figura ta' gradwati qiegħda fi tmien is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awissu 1999 kien ta' 121. Ir-risposta ta' kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħol tingħata f'seduta oħra.
Il-figura ta' gradwati qiegħda f'Diċembru 1996, 1997 u 1998 kienet ta' 20, 65 u 41 rispettivament.
L-informazzjoni għas-sena 1995 ma kienitx tinżamm.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn numru totali ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol huma mill-Belt, Furjana, Ħamrun, Pieta' u Santa Venera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awissu 1999 fil-lokalitajiet mitluba kien kif ġej:
LOKALITA' AWISSU 1999
--------- -----------
Belt 297
Floriana 65
Hamrun 320
Pieta' 80
Sta. Venera 129
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' pensjonanti, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?
Kemm kien it-total tan-nefqa għall-pensjonijiet, sena b'sena matul l-aħħar ħames snin?
Kemm kien in-numru ta' persuni li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali u kemm kien id-dħul total, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni li talab l-Onor. Interpellant tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema proġetti ta' slum clearance huma maħsuba għal Belt Valletta/Furjana fi żmien li ġej?
Hemm pjanijiet għal opportunitajiet ta' housing mhux ta' natura soċjali fil-Belt Valletta u fil-Furjana fis-snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġetti ta' "slum clearance" maħsuba għall-Belt, Valletta/Furjana fiż-żmien li ġej huma dawk ta' Triq Sant Ursula l-Belt u ta' Triq Argotti l-Furjana. Sal-llum għad m'hemmx pjanijiet għal housing ta' natura mhux soċjali fil-Belt, Valletta. Madankollu din l-ideja qed tiġi diskussa mal-"Management & Efficiency Unit" b'mod esploratorju f'dan l-istadju.
Barra dan il-Gvern huwa dejjem impenjat sabiex isib "areas" fejn jistaw isiru proġetti oħrajn ta' "slum clearance".
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati ma' sid stabbiliment f'Balzunetta, l-Furjana, bit-tir li jinbeda kemm jista' jkun malajr il-proġett ta' slum clearance fl-inħawi ta' l-Argotti Street kantuniera ma' Lion Street?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed isiru diskussjonijiet mas-sid in kwestjoni u nista' ngħid li sar progress sabiex inkunu nistgħu naslu għal ftehim. Ta min isemmi li dawn id-diskussjonijiet qegħdin isiru sabiex il-Gvern ikun jista' jagħmel proġett fl-"area" ta' Balzunetta, l-Floriana ħafna ikbar minn dak li kien oriġininarjament ippjanat.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Applikanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal akkomodazzjoni alternattiva mill-Belt, Furjana, Ħamrun, Pieta' u Sta. Venera?
Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni, kategorija, kategorija skond ir-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-Iskema ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar l-istallazzjoni ta' l-lifts f'postijiet tal-Gvern fil-Belt u l-Furjana?
Liema huma l-appartamenti li fihom se jiġi stallat il-lift l-ewwel?
Meta se jinbeda x-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Taħt l-iskema għall-irranġar ta' lifts, l-Awtorita' rċeviet
20 applikazzjoni mill-Furjana
32 applikazzjoni mill-Belt, Valletta
Wara spezzjonijiet li saru, jistgħu jiġu installati 3 fil-Furjana u 13 fil-Belt, Valletta.
Barra mill-applikazzjonijiet li rċeviet taħt din l-iskema, l-Awtorita' talbet u rċeviet mingħand il-Kunsilli Lokali fil-Kottonera, Kalkara, il-Belt, Valletta u Furjana lista ta' blokki/entraturi ta' appartamenti fil-lokal rispettivi tagħhom.
Ir-riżultat huwa dan:
ENTRATURI SPEZZJONATI JISTGĦU JIĠU NSTALLATI LIFTS
Valletta 66 (20) (inkluż it-tlettax li
applikaw taħt l-iskema)
Floriana 38 (7) (inkluż it-tlieta li
applikaw taħt l-iskema)
L-Awtorita' sejra toħroġ sejħa pubblika biex jiġi ngaġġat Mechanical Enginier kwalifikat. Hu ttamat li jinbeda l-proċess fi ftit taż-żmien ieħor.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il tabla saret lill-ETC biex jiġu ngaġġati ħaddiema fl-iSptar Zammit Clapp mill-FMS jew mill-bord ta' tmexxija jew mill-management ta' l-isptar imsemmi? Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn it-talbiet u għal-liema gradi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika il-perjodu taż-żmien li qed jirreferi għalih.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bolla ta' casual social assistant hux se togħla kif tħabbar fl-aħħar budget? Hemm il-ħsieb li dawn il-ħaddiema jkollhom dritt għas-sick leave jew vacation leave? X'inhu l-ħsieb tal-gvern biex itejjeb il-kundizzjoni ta' dawn il-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk il-bolla tas-CSAs hux se togħla jew le wieħed irid jistenna dak li ser jitħabbar fil-Budget ix-xahar li ġej. Dawn is-CSAs bħalissa huma kkonsidrati bħala "self employed" u għalhekk m'għandhomx dritt għas-"sick leave u għal "vacation leave". Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li s-CSAs jibdew igawdu l-benefiċċju li għandhom il-"part-timers" mall-Gvern. Dan ser isir fil-mument opportun.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fid-djar tal-gvern minn Settembru 1998 sal-lum u minn liema lokalita' kienu? Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu anzjani f'St Vincent de Paule minn Settembru 1998 sal-lum u minn liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni tal-miżuri li laħqu ttieħdu minn Gvern Laburista, kif jirriżulta minn files tal-gvern, rigward ħaddiema mal-gvern on light duties?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel din il-Mistoqsija lill-Prim Ministru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn mindu ġiet imwaqqfa l-kummissjoni għar-riforma fil-Welfare, kemm-il darba iltaqgħet? X'kienu l-punti diskussi u x'kienu r-rakkmandazzjonijiet ippreżentati lil gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija ingħatat f'Seduta 151 Mistoqsija Nru. 10009.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7967 li kienet saret fil-15/6/99 u li kienet tgħid hekk:
Kemm-il koperattiva hemm reġistrati bħalissa mad-dipartiment? Liema huma? Kemm iħaddmu nies individwalment? X'għajnuna toffri l-KIP lil dawn il-koperattivi u kemm ilhom jiġu pprovduti dawn is-servizzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal il-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7967 diga' ingħatat f'Seduta 151.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm bibien fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla u jgħid jekk hux minnu li kien hemm uħud minn dawn il-bibien li ma kenux wesgħin biżżejjed sabiex ikun jista' jgħaddi wheelchair minnhom? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il bieb ġie imwessa'? Kemm sewa lill-poplu Malti dan l-iżball, u min sejjer jinżamm responsabbli tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dar tal-Anzjani f'Bormla għandha aktar minn 260 bieb. Minn dawn, il-koxox ta' 4 bibien kellhom jiġu mwessa' sabiex ikun hemm aktar kumdita' għal min jgħaddi minnhom, anke dawk li jkunu b'"wheel chair". Dan hekk imsejjaħ 'żball' sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
Employment and Industrial Relations Dept. — Inspectors
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inspectors jaħdmu fl-Employment and Industrial Relations Department fl-1997, 1998 u issa fl-1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' spetturi impjegati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg, li jaħdmu fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, mill-1997 'l hawn kien konsistentament ta' erbgħa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-reklamar ta' mpjiegi fil-korpi parastatali u liema korpi kienu, mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI
REKLAMAR TA' MPIEGI BEJN IL-5 TA' SETTEMBRU 1998 'L HAWN
KORPI PARASTATALI NUMRU TA' PERMESSI
Korporazzjoni Mpiegi u Taħriġ 2
Programm Ħidma Soċjali 4
Sedqa 7
Awtorita' tad-Djar 1
Awtorita' Nazzjonali ta' l-Impiegi NIL
Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Ħarsien
tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol NIL