Legislature:
Category:
Reset
Active:

Armi tan-nar — importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati armi tan-nar sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ajruplani li fil-mument jifformaw il-flotta nazzjonali ta' l-Air Malta? Kemm minn dawn huma mikrija temporanjament u f'liema destinazzjonijiet joperaw? X'inhuma l-fuel u l-maintenance cost comparison ta' dawn l-ajruplani li l-Air Malta qed tikri meta mqabbla ma' l-ajruplani l-oħra tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

ħBħalissa l-flotta ta` l-Air Malta hija magħmula minn dawn l-ajruplani: Airbus A320 - 2 Boeing B737/200 - 2 Boeing B737/300 - 3 Boeing 737/300 - 3 Minn dawn l-aħħar 3 ajruplani, 2 huma mikrija mingħand l-Ansett ta` l-Awstralja u 1 mingħand l-M.A.S. tal-Malasja. Dawn l-ajruplani jintużaw fuq in-network tal-Kumpanija skond kif meħtieġ minn żmien għal żmien. Peress li l-informazzjoni mitluba dwar `fuel` u `maintanance costs` huma dettalji ta` natura kummerċjali, mhux fl-interess tal-kumpanija li din tixxandar.

Distrett Nru. 12 — Stallazzjoni ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 21 (Seduta Nru. 4)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jidhirli li l-mistoqsija li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant diġa` weġibtha. Jekk l-Onorevoli Membru qed jirreferi għal installazzjoni ta` bozoz ġodda,l-proċedura tinsab fi stadju ta` evalwazzjoni.

Dawl/ilma — Rati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-konsiderazzjonijiet partikolari li ħa l-Gvern fir-rigward tar-romol, pensjonanti, familji b'ġenituri wieħed u ommijiet xebbiet fl-introduzzjoni tar-rati l-ġodda tad-dawl u l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Meta l-amminisrazzjoni preżenti introduċiet r-rati l-ġodda tad-dawl u ta` l-ilma, din ħadet ħsieb id-diversi kategoriji tas-soċjeta`. Dan joħroġ ċar mill-fatt li kull kategorija gawdiet minn roħs sostanzjali meta mqabbel mal-kontijiet bla kuxjenza li l-Gvern Laburista għabba bihom lis-soċjeta` maltija inklużi r-romol, pensjonanti, familji b`ġenitur wieħed u ommijiet xebbiet.
Leg 9 PQ #1729 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 664 biex isir id-dawl f'Paola Hill, Raħal Ġdid, fejn kien sar il-proġett ta' Sare', fejn kien inqala' double arm pole mis-central strip biex jitwaħħlu single pole fuq kull naħa tat-triq, li bi ftehim mal-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid kienu saru l-pipes?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jitlob biex jiġi nstallat dawl ġdid, it-talba ser tiġi mgħoddija lill-korporazzjoni.

Enemalta/WSC — Operat

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1382, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-handout li juru s-simulation exercise li ġew mgħoddija lill-ġurnalisti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qiegħed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #1857 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Salina — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru dwal fit-Triq tas-Salina biex jitnaqqas il-periklu li hemm speċjalment fil-liwja kerha li hemm u li ta' kull ġimgħa jsir inċident? Jekk l-Ministru jqies li l-ispiża hija kbira wisq, jista' l-Ministru jara hemmx possibbilta' li jsiru dwal bis-solar system?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba ta` l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Leg 9 PQ #1858 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl fil-mini ta' Regional Road

Question

Jista' l-Ministru jikkordina ma' l-Enemalta sabiex jiżdiedu id-dwal speċjalment taħt il-Mini ta' Regional Road u dik ta' taħt ir-runway ta' l-ajruport internazzjonali ta' Malta, sabiex jiġu evitati diżgrazzji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-każ taż-żewġ mini msemmija, l-korporazzjoni diġa` ipprogrammat il-manutenzjoni meħtieġa u hemm il-ħsieb li tali xogħol jibda fl-iqsar żmien possibbli.

Pembroke — Impjant tar-reverse osmosis

Question

Billi fl-impjant tar-reverse osmosis f'Pembroke kien hemm problema ta' ħsejjes li kienu ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal-lokal, jista l-Ministru jgħid jekk din il-problema issa hijiex solvuta jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-problema li għaliha qed jalludi l-Onorevoli Interpellant jidher li m`għadhiex tinħass peress li l-Korporazzjoni ta` l-Ilma ma kellhiex ilmenti f`dan ir-rigward.

Impjanti tar-reverse osmosis — Polymetric Co. Ltd.

Question

L-Amministrazzjoni Laburista preċedenti kienet implimentat proġett fejn l-immaniġġjar tas-sistema tar-reverse osmosis fil-pajjiż għaddiet mingħand il-Polymetric Co Ltd għal għand management Malti, jista' l-Ministru jgħid din il-miżura kemm iffrankat flus lill-korporazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.

WSC — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li hemm maħsuba mill-Water Services Corporation f'Għawdex għal din is-sena finanzjarja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għal dak li jirrigwarda lil Għawdex, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma, matul is-sena finanzjarja 1998 - 1999, qed tippjana li twettaq proġett ta` tqegħid ta` kanen għal tul ta` 8 kilometri. Dan il-proġett ser jikkonsisti f`estensjonijiet u tibdil ta` kanen qodma u jinkludi wkoll xogħolijiet f`toroq kif propost mill-Gvern Ċentrali u l-Kunsilli Lokali.

WSC — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mit-twaqqif tagħha, kif kien ir-revenue mis-sorsi differenti tal-Water Services Corporation?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta — Revenue

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena tul l-aħħar seba' snin kif kien ir-revenue tal-Korporazzjoni Enemalta mis-sorsi differenti li għandha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li meta l-Onorevoli Interpellant qed jitlob ir-revenue, irid ifisser iċ-ċifri dwar qliegħ jew telf ta` kull diviżjoni. Dan qed ngħidu għaliex b`revenue wieħed jista` jifhem id-dħul biss mingħajr ma jitnaqqsu l-ispejjeż. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

WSC — Sorsi ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn qed joriġina l-perċentaġġ ta' ilma li qiegħed jinġabar skond is-sorsi differenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija diġa` tajtha meta saret il-Mistoqsija nru. 744.

Sea Malta — Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' vapuri li jiffurmaw il-linja nazzjonali Sea Malta? X'kienu l-ispejjeż tal-fuel u l-manutenzjoni għal dawn il-vapuri matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-linja nazzjonali Sea Malta għandha vapur wieħed iż-Żebbuġ u numru ieħor ta` vapuri `on charter`. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, peress li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummerċjali, ma jkunx fl-interess tal-istess Kumpanija li tali informazzjoni tingħata.

Rabat — Vjal il-Ħaddiem - Dawl

Question

Billi n-nuqqas ta' street lighting li hemm fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, Malta, qed jikkaġuna periklu fis-sistema tas-sewqan kif ukoll inkonvenjent u periklu għar-residenti, jista' l-Ministru jara li tiddawwal aħjar din it-triq? Billi din it-talba tar-residenti ilha pendenti s-snin, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru immedjatament? Jekk mhux possibbli, meta se jsiru dawn id-dwal u f'liema xahar u sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol li sar fil-post imsemmi ma tqassamx sew. Għaldaqstant qed tinħadem skema biex isiru x-xogħolijiet meħtieġa.

Port Ħieles — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 423, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet, in-numri tal-karta ta' l-identita' u l-indirizzi ta' l-impjegati ġodda msemmija fil-mistoqsija? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-grad, il-kariga u x-xogħol ta' dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Inħoss i ma jkunx etikament ġust li nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

WSC — Ħaddiema li weġgħu fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema weġgħu fuq il-post tax-xogħol meta kienu jaħdmu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sena b'sena mill-1994 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej: 1994 - 44 ħaddiem 1995 - 33 ħaddiem 1996 - 36 ħaddiem 1997 - 39 ħaddiem 1998 - 46 ħaddiem (sat-23 ta` Novembru 1998) Ta` min jgħid li l-biċċa l-kbira ta` dawn il-każi ta` korriment kienu ta` natura ħafifa.

Toroq — Tiswijiet

Question

Peress li lment minn ħafna kunsilli lokali huwa li ma jistgħux jagħmlu xogħol utli fit-toroq tal-lokalitajiet tagħhom minħabba nuqqas ta' fittings, jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra dwar kif jista' jsolvi din il-problema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Kwistjoni tal-fittings kienet diġa` ġiet ittratta fit-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 918. Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma qed tistenna li jaslulha l-fittings li ordnat u s-sitwazzjoni mistennija tiġi għan-normal fi żmien qasir.

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti għolew fis-suq: flying wheel luncheonmeat - 198 grms; lesieur sunflower oil - 1 lt; lesieur sunflower oil - 3 lts; bordon corned beef - 340 grms; Mr Tom - 40 grms; u Cadbury - 49 grms?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-kontenut tal-Mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant qed tiġi investigat.