Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-pixxina nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu msemmi ma sar ebda trasferiment lill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Mediterranean Conference Centre mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-perjodu imsemmi.
Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ngħataw ebda trasferimenti fil-perjodu imsemmi.
Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bibjoteka mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu msemmi ma ġie impjegat ebda ħaddiem ġdid mal-Bibljoteka Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk studenti li huma dyslexic hux se jingħataw facilitator waqt l-eżamijiet tal-Matsec?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kandidati li jersqu għall-eżamijiet tal-MATSEC u jkunu ċċertifikati li huma dyslexic, jingħataw il-faċilita` li jkollhom il-ħin ta' l-eżami miżjud b'25%.
Informat li uffiċċjali konċernati ikkonkludew li dawn l-istudenti m'għandhomx bżonn facilitator waqt l-eżami.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-proċedura meta facilitator ta' tifel jew tifla bi bżonnijiet speċjali fi skola ma tattendiex għax-xogħol, xi jsir mit-tifel jew tifla? Dawn suppost jintbagħtu d-dar per eżempju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta facilitator ma tattendix għax-xogħol, l-iskola tagħmel dak li hu possibbli biex dawn it-tfal jattendu l-iskola. F'każijiet fejn mhux possibbli li dawn it-tfal joqgħodu mingħajr għajnuna diretta ta' facilitators minħabba l-kundizzjoni tagħhom, dawn jintbagħtu d-dar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-applikanti bil-B.Ed. u l-PGCE u s-suġġetti relattivi biex jidħlu bħala għalliema permanenti u kemm baqa' minnhom fuq il-waiting list bil-B.Ed u l-PGCE u s-suġġetti tagħhom? Kemm hemm applikanti għal għalliema temporanji bil-B.Ed u PGCE u s-suġġetti relattivi tagħhom? Jista' l-Ministru jikkonferma li studenti li spiċċaw il-course tal-B.Ed u PGCE f'Ġunju li għadda, imma li kellhom re-sit ta' xi eżamijiet tal-finali f'Settembru u li issa għaddew minn dawn ir-resit u li xorta qed jiggradwaw mal-kumplament ta' sħabhom ma ġewx aċċettati biex jidħlu għalliema permanenti bil-konsegwenza li jridu jistennew sena oħra biex jerġgħu japplikaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bil-B.Ed applikaw 228
Arti 5
Bioloġija 7
Fiżika 12
Franċiż 2
Ġermaniż 4
Ġografija 1
Ingliż 23
Kimika 3
Komputer 3
Malti 24
Matematika 22
Mużika 2
P.E. 20
Primarja 73
Reliġjon 4
Storja 6
Taljan 15
Teknoloġija 2
Bil-P.G.C.E applikaw - 126
Arti 1
Fiżika 4
Franċiż 2
Ġografija 2
Ingliż 16
Malti 2
Mużika 4
Primarja 21
PSE 26
Reliġjon 3
Storja 8
Studji Soċjali 22
Taljan 10
Teknoloġjia 1
Xjenza 4
L-applikanti bil-B.Ed (Hons) u l-P.G.C.E. li ma ġewx impjegati s'issa huma 29 u fis-suġġetti li se nsemmi:
Bioloġija 3
Ingliż 2
Malti 4
Mużika 1
PE 2
PSE 7
Soċjoloġija 2
Storja 4
Studji Soċjali 4
Xi wħud minn dawn setgħtu sabu impjieg ma' skejjel mhux statali.
L-eżerċizzju ta' l-għalliema Temporanji għadu għaddej u għaldaqstant ma jistax jingħataw dettalji għal issa.
Is-sejħa għal-applikazzjonijiet għall-post ta' għalliema regolari kienet tispeċifika li setgħu japplikaw dawk biss li kienu komplew b'suċċess il-kors kollu sa Lulju, 1999. Dan isir biex f' Awissu jkunu jistgħu jsiru l-intervisti u dawk li jintgħażlu jiġu ppustjati fl-iskejjel f'Settembru.
Li kieku d-Diviżjoni toqgħod tistenna r-resits, l-interviews iridu jsiru f'Novembru u qabel Jannar l-għalliema ma jkunux ippustjati fl-iskejjel.
Wara li l-Ministru ftit tax-xhur ilu kien qalli li dalwaqt se jibda l-bini ta' l-iskola tal-kindergarten fejn ta' Lourdes, Paola fi Triq Buttigieg, jista' issa jgħid meta se jibda x-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
M'hinix f'pożizzjoni f'dan l-istadju nispeċifika meta x-xogħol imsemmi ser jibda.
Jista' l-Ministru jagħti konferma ta' meta se jiftaħ il-Hypogeum f'Raħal Ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Inforamt li x-xogħlijiet finali fil-proġett ta' l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni ser jitlestew f'Marzu 2000.
Bħalissa qiegħed jitfassal 'Management Plan' ta' kif dan is-sit ser jiġi mmexxi. Dan il-pjan jinkludi struttura organizzativa ġdida maħsuba biex dan is-sit jiġi operat bl-aħjar mod possibbli.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kultura mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ġie impjegat ebda ħaddiem ġdid mad-Dipartiment tal-Kultura bejn is-27 ta' April u l-15 ta' Settembru 1999.
Ma ħarġet ebda applikazzjoni għall-impjiegi mad-Dipartiment tal-Kultura bejn id-dati msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kultura? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settemru 1999, ingħataw erba' trasferimenti li jikkonċernaw impjegati fid-Dipartiment tal-Kultura.
Tradesman (wieħed) ġie trasferit mill-Kultura għall-
Works Dept
General Hand (wieħed) ġie trasferit mill-Education
Division għall-Kultura
General Hands (tnejn) ġew trasferiti mill-Kultura għall-
Education Division
Fl-ewwel każ dan sar fuq talba ta' l-individwu u fil-każi l-oħra dawn it-trasferimenti saru skond l-esiġenza tas-servizz u skond il-bżonnijiet tas-Sections konċernati.
Dawn isiru biss jew fuq talba ta' l-individwu stess fejn hu possibli mingħajr ma ssir ħsara lill-effiċjenza tad-Dipartiment jew fuq bżonnijiet u esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Mużewijiet mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ebda ħaddiem ma kien impjegat bejn is-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 fid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Mużewijiet? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru iktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma saru ebda trasferimenti lill-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Isports mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu indikat ma kien hemm ebda impjieg ġdid fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta'l-Isports? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasfeimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu msemmi ma saru ebda trasferimenti fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.
Jista' l-Ministru jispjega kif ġew ifformaolati r-regolatmenti finanzjarji li bihom l-Universita' ta' Malta stabbilit il-miżati li jħallsu studenti li qed jattendu korsijiet universitarji part-time? Jista' l-Ministru jispjega jekk studenti li jattendu part-time għall-korsijiet li jsiru waqt il-ħinijiet regolari ta' l-Universita' u cioe' waqt il-ġurnata filgħodu u wara nofsinhar, humiex soġġetti għall-ħlasijiet bil-legal notice l-ġdida li ħarġet dwar is-suġġett f'Settembru li għadda? Jekk iva, x'inhuma r-raġunijiet għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-korsijiet part-time li għalihom l-istudenti jattendu għal lectures matul il-ħin regolari m'humiex soġġetti għall-ħlasijiet. Hemm ħlas żgħir ta' Lm75 fis-sena għall-korsijiet fil-livell ta' Masters li jsiru b'riċerka u li kuntatt mas-supervisor jista'jkun kull ħin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-PBS mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Membru ma ġewx ingaġġati impjegati ġodda mal-PBS.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-PBS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-PBS ma saru ebda trasferimenti fil-perjodu msemmi mill-Onor. Membru. Sar biss ri-allikazzjoni ta' dmirijiet skond l-esiġenzi tal-Kumpanija. Kemm il-darba fil-futur jinħass il-bżonn li jsiru trasferimentii, dawn isiru skond l-interessi tal-PBS.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fix-xogħol li sar ta' riabilitazzjoni fuq l-iskola primarja tal-Mellieħa baqa' ma nbidilx bieb fi stat ħażin u bibien oħra ġodda li saru, diġa' nqasmu u nfetħu? Tista' ssir verifika fuq il-kwalita' tax-xogħol li saru u jekk tirriżulta kwalita' fqira l-kuntrattur jirrimedja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma ħassitx il-ħtieġa li l-bieb li saret referenza għalih kellu jinbidel peress li kien għadu fi stat tajjeb fiż-żmien li fihom saru x-xogħlijiet. Minn survey li saret jirriżulta li l-bieb jista' jiġi rranġat min-nies li hemm fl-iskola li d-doveri tagħhom jinkorporaw tali xogħlijiet u sejjer nieħu l-passi meħtieġa biex dan jagħmluh. Rigward bibien oħra ġodda li saru u li diġa' nqasmu u nfetħu, qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-Kuntrattur li mmanifatturhom jirranġhom.