Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2107 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq il-Karmnu - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fuq No. 15, Triq il-Karmnu, Raħal Ġdid jsir id-dawl peress li r-residenti ilhom żmien twil jitolbu li dan ix-xogħol isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant ser tkun kunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #2108 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jħalli s-sistema tar-refunds tad-dawl u l-ilma, is-sussidju għal dawk bi dħul baxx, jew dawk li għandhom il-karta r-roża? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid kif se jkunu u b'liema rata se jkun is-sussidju għal dawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal refunds taħt il-V.A.T., ninfurmaha li d-dawl u l-ilma ma fihomx V.A.T.. Dawk li qed jirċievu Assistenza Soċjali ser jibbenefikaw minn sussidju fuq il-Konsum u mhux ser iħallsu għall-kera tal-meter. Dettalji ta' dan is-sussidju ser jingħataw f'Avviżi Legali li ser jiġu ppubblikati dalwaqt.

Pitrolju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie kkonsmat pitrolju f'ammont ta' litri fis-snin 1996, 1997, 1998 sat-30 ta' Novembru?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:- 1996 23,845,880 litri 1997 19,843,690 litri 1998 3,772,100 litri (sat-30 ta' Novembru)
Leg 9 PQ #2147 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Diesel ħażin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm il-Korporazzjoni Enemalta rċeviet ilmenti dwar diesel ħażin jew imħallat bl-ilma f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' l-Ministru jgħid xi grad hu d-diesel li jitqassam fil-pompi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta irċeviet 25 ilment dwar diesel imħallat bl-ilma matul dawn l-aħħar 5 snin. Rigward il-kwalita' tad-diesel, il-Korporazzjoni timporta diesel 0.5 sulphur ta' kwalita' Ewropea.

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime l-impjegat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li ismu qed jintbagħat separatament, matul il-perjodu Ottubru 1995 - Ottubru 1998, kull sena separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, tħallset sahra mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma kif ser ngħid: minn Ottubru sa Diċembru 1995 xejn minn Jannar sa Diċembru 1996 xejn minn Jannar sa Diċembru 1997 Lm1722 minn Jannar sa Novembru 1998 Lm 328
Leg 9 PQ #1676 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Entitajiet kummerċjali/kontijiet

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum kienx hemm xi kontijiet tad-dawl ta' xi entitajiet kummerċjali li ġew maħfura kollha jew partijiet minnhom? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv liema kienu dawn il-kontijiet, ta' min kienu, kemm tniżżlu, kif qed jitħallsu u min awtorizza dan it-tnaqqis?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1677 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-impjegati ta' l-Enemalta li qabel l-elezzjonijiet ġenerali aċċettaw li jingħataw kumpens minflok ma jkomplu bl-ilment tagħhom kontra l-korporazzjoni? Min kienu dawn il-ħaddiema u x'kumpens ħadu kull wieħed, meta ħaduh u x'kienet is-somma totali li tħallset f'kumpens?

Response (BONNICI, JOSEF)

B`kollox kien hemm 30 impjegat tal-Korporazzjoni EneMalta li aċċettaw li jieħdu kumpens mingħajr ma jkomplu bl-ilment tagħhom kontra l-Korporazzjoni. Ma nħossx li jkun etikament ġust li nxandar l-ismijiet ta` dawn il-ħaddiema. Madanakollu qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba.

WSC — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mill-Water Services Corporation mill-5 ta' Settembru, 'il hawn? X'kien il-valur tat-tender f'kull każ u x'kienet ir-raġuni li t-tender saret b'dan il-mod?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

WSC — Produzzjoni ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ilma li tipproduċi l-Water Services Corporation huwiex konformi jew le skond il-kriterji aċċettati mill-WHO? Fejn hemm diskrepanza, x'qiegħed isir biex din tingħeleb?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-servizzi ta` l-ilma tipproduċi l-ilma mill-impjant tar-reverse osmosis u mill-ilma li jittella minn taħt l-art. Il-Korporazzjoni qed tiffinalizza pjan sabiex taċċerta li l-ilma tax-xorb ikun konformi mal-kriterji tal-WHO u tkompli ttejjeb il-kwalita` ukoll possibilment bil-polishing ta` l-ilma minn taħt l-art. Bħalissa l-Korporazzjoni qed tħallat l-ilma ta` taħt l-art u mill-impjanti tar-reverse osmosis fil-ġibjun u minn hemm jitqassam fis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma. Dan il-pjan qed jiġi ntensifikat bit-titjieb kontinwu li qed isir fis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma bil-bdil tal-mejnijiet.

WSC — Servizzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-servizzi ġodda ta' l-ilma li ġew stallati mill-Water Services Corporation, sena b'sena, f'dawn l-aħħar erba' snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej: minn Ottubru 1994 sa Settembru 1995 - 3178 minn Ottubru 1995 sa Settembru 1996 - 2192 minn Ottubru 1996 sa Settembru 1997 - 2309 minn Ottubru 1997 sa Settembru 1998 - 2109

WSC — Servizzi ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-servizzi ta' l-ilma provduti mill-Water Services Corporation huma: a) servizzi domestiċi; b) servizzi ta' negozji; c) servizzi industrijali; u d) servizzi f'boathouses jew garaxxijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.

Enemalta — Earth electrodes

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk in-nies li jistgħu jinstallaw l-earth electrodes fid-djar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-earth electrodes hija parti mis-sistema ta` l-istallazzjoni interna ta` l-elettriku. Għalhekk din trid tiġi iċċertifikata minn electrician bil-liċenzja.

Attard — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' tqegħid ta' arbli tad-dawl f'Żebbuġ Road, Attard? Lil hinn mit-triq prinċipali (jiġifieri ġewwa l-għelieqi biswit) min ħallas għalihom dawn l-arbli tad-dawl? Għal liema skop ġie estiż dan id-dawl fl-għelieqi? Meta saret l-applikazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba milll-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1966 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Triq San Ġwakkin - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza li ilha tiġi rrapportata maqtugħa żmien twil li tinsab fi Triq San Ġwakkin kantuniera ma' Triq il-Knisja, f'Marsascala tiġi mibdula mill-aktar fis possibbli?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.

Bank ta' l-Investiment Ewropew — Tneħħija tat-taxxa tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 1786, jiġifieri li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-workings li juru b'liema mod ġiet inkluża t-tariffa tad-drenaġġ fit-tariffa ta' l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa` għidt fit-Tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 1786, il-Gvern preżenti elimina t-taxxa tad-dranaġġ u inkorporha fit-tariffa l-ġdida ta` l-ilma. Nerġa ntenni li wieħed ma jistax joqgħod fuq il-workings waħedhom għaliex l-amministrazzjoni preżenti ħadet in konsiderazzjoni diversi fatturi, inkluż l-impatt soċjali, qabel waslet għall-konklużjoni li traħħas it-tariffi tad-dawl u ta` l-ilma.
Leg 9 PQ #2050 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telemalta — Onorarja tad-diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-onorarja li tħallset lil kull direttur tal-Korporazzjoni Telemalta fl-1997 u kemm hi l-onorarja li qed jitħallsu l-istess diretturi bħala direttivi tal-Maltacom din is-sena? Jekk kien hemm żieda, jista' jgħid meta saret u min awtorizzaha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2051 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Sur Tony Meilaq

Question

Barra l-kuntratt li għandu s-Sur Tony Meilaq bħala Chairman u Chief Executive Officer tal-Maltacom, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk is-Sur Meilaq jirrappreżentax lill-kumpannija bħala direttur fuq kumpanniji li l-Maltacom għandha investiment fihom? Jekk fl-affermattiv, kemm hija l-onorarja jew director's fee li jirċievi minn kull kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f`xi seduta oħra.

Enemalta — Tħaddiem tal-vetturi bil-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta hijiex qegħda tikkonsidra l-użu tal-gass għat-tħaddiem tal-vetturi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li riċentament il-Korporazzjoni Enemalta irċeviet xi informazzjoni mingħand manifatturi ta` LPG Conversion Kits għall-magni tal-karozzi. Bħalissa il-Korporazzjoni qed tanalizza din l-informazzjoni.

Energy Drinks — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati energy drinks sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin jekk tinżamm statistika fuq dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Vejikoli bil-mutur — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati vejikoli bil-mutur sena b'sena, għall-aħħar għaxar snin u x'tip ta' vejikoli kienu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.