Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jikkontribwixxu l-anzjani mid-dħul tagħhom, li huma residenti f'dar ta' l-anzjani tal-gvern? Jista' jgħid ukoll x'se jkun dan il-kontribut għad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Anzjan residenti f'xi dar ta' l-anzjani tal-Gvern jikkontribwixxi 60% tad-dħul tiegħu. Għad-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla il-kontribuzzjoni ser tkun l-istess.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ilhom jirreġistraw u minn liema lokal ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1999 huwa ta' 287 (Malta) u 26 (Għawdex).
Iż-żmien ta' kemm ilhom jirreġistraw jidher hawn taħt.
GĦAWDEX MALTA
0-1 years 5 113
1-2 years 5 53
2-3 years 8 30
3-4 years 2 26
4-5 years 1 13
over 5 years 5 52
---------------------------------------------- --------
26 287
Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet
Balzan 8
Birkirkara 20
Cospicua 27
Ħamrun 18
Luqa 7
Marsa 9
Mosta 8
Msida 16
Nadur 6
Naxxar 5
Paola 16
Qormi 21
Rabat, Malta 10
San Gwann 14
Sliema 10
St Paul's Bay 7
Valletta 7
Victoria, Gozo 14
Xewkija 6
Żabbar 33
Żebbuġ, Malta 16
Żejtun 24
Żurrieq 11
TOTAL 313
Jista'l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema awżiljarji li għadhom jaħdmu bħala casuals fis-Servizz Pubbliku?
Mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7780 mogħtija fis-17 ta' Ġunju 1999, xi żvilupp kien hemm sal-ġurnata tal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-każ ta' dawn il-ħaddiema qed jiġi ttrattat mill-"Management and Personnel Office" ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jgħid f'kull każ ir-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9193 dwar il-kuntratt ta' Grant Thornton biex jiżviluppaw programm ta' re-training u assessment tal-membri ta' l-ispettorat fl-ETC, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' programm intern se jiġi organizzat għall-ispettorat fl-ETC? Min se jorganizzah? Fiex se jkun jikkonsisti, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġie ffirmat ebda kuntratt ma' Grant Thornton.
Il-Programm ta' taħriġ għadu qed jiġi mfassal.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn nisa miżżewġin jaħdmu llum? Kemm minn dawn huma fulltime, kemm part-time u kemm għandhom xogħol kemm fulltime u ieħor part-time?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Lulju 1999 in-numru ta' nisa miżżewġin jaħdmu "full time" biss, kien ta' 13,554, filwaqt li n-numru ta' nisa miżżewġa li għandhom 'part time' biss, kien ta' 6,057, u kien hemm l,335 nisa miżżewġa li għandhom kemm full time kif ukoll 'part time'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpanniji jew azjendi tal-gvern li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju illi għandhom xi arretrati ta' bolol xi jħallsu lid-dipartiment? Liema huma u kemm għandhom jagħtu f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ġa inqagħatat fl-ewwel parti tad-domanda numru 3864 fejn kont għidt li sa Diċembru ta' l-1997, kien hemm arretrati ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali fl-ammont ta' Lm45,000 dovuti minn korporazzjonijiet u kumpaniji li fihom il-gvern għandu sehem. Dan l-ammont hu dovut kollu minn kumpaniji li huma fl-istadju ta' likwidazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn orfanatrofji mmexxija mill-knisja llum? Liema huma u kemm hemm tfal f'kull wieħed minn dawn l-orfanatrofji jew istituti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Illum orfanatrofji (djar residenzjali għall-minuri) immexxija mill-knisja hawn tlettax li huma s-segwenti, l-ammonti ta' tfal li fihom - bniet u subien:
DAR SUBIEN BNIET TOTAL
Angela House, G'Mangia 22 42 64
Creche', Sliema 28 26 54
Creche', Valletta 5 7 12
St Rita Home, Tarxien 7 15 22
Fra Diegu, Ħamrun 4 11 15
St Joseph, Ħamrun 29 - 29
Fatima House, Sliema - 7 7
St Joseph, Żabbar 8 11 19
Jesus of Nazareth, Żejtun 3 5 8
Jesus of Nazareth Hostel, Żejtun - 4 4
Sagra Familja, Żabbar 3 14 17
St Theresa Home, Żurrieq 4 2 6
Lourdes Home, Għajnsielem, Gozo 4 7 11
Total ta' mitejn u tmienja u sittin (268)
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux se jsir xi proġett ieħor ta' slum clearance fl-area magħrufa bħala Santa Liena, Bormla? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega liema blokki se jkunu affettwati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iva, nikkonferma li b'impenn sħiħ lejn il-programm ta' riabilitazzjoni u rigenerazzjoni tal-Kottonera, hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol fuq it-tielet fażi tal-proġett ta' Sta Liena fis-snin li ġejjin. Fil-fatt ġa tlestew il-pjanti tal-bini affettwat u qed jitħejjew il-pjanti għall-applikazzjoni li ser issir lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Madankollu billi l-proġett għadu fi stadju preliminari, naħseb li ma jkunx prudenti li wieħed jagħti aktar dettalji f'dan l-istadju.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9333, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma "dawn l-opportunitajiet kbar għal pajjiżna", kif ukoll b'mod konkret x'inhi tagħmel l-ETC mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ETC qiegħda taħdem fil-viċin mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex:
* Jiżdiedu l-opportunitajiet t'apprendistat billi jiġu ntrodotti apprendistati f'oqsma mhux tekniċi;
* Jiġu mħajjra aktar żagħżagħ biex jidħlu f'apprendistat speċjalment tfajliet,
* Il-guidance teachers jiġu nfurmati dwar "labour market" u mbagħad jgħaddu l-informazzjoni lill-istudenti;
* Jinħolqu programmi ta' taħriġ alternattivi għal dawk iż-żgħażagħ li spiċċaw l-iskola tas-snajja iżda ma daħlux f'apprendistat;
* Jiġi żviluppat qafas nazzjonali għall-iżvilupp ta' "standards" ta' kompetenzi nazzjonali. Dan iwassal biex persuna jkollha dritt li toqgħod għal eżami ta' kompetenza u jekk tgħaddi, tingħata ċertifikat li jikkonferma dan. B'hekk dawk il-persuni li kisbu ħiliet fuq il-post tax-xogħol ikollhom l-opportunita' li jieħdu ċertifikat ta' kompetenza.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa l-hekk imsejjaħ Job Centre f'Bormla fl-1 ta' Ottubru 1999, u kemm persuni huwa kkalkolat li użawh u sabu xogħol fuq medja ta' tlett xhur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Job Centre ta' Bormla huwa mmexxi minn żewġ persuni waħda fil-grad ta' Eżekuttiv u l-oħra fil-grad ta' "Senior Clerk".
Il-Job Centre ta' Bormla fetaħ lejn l-aħħar ta' April ta' din is-sena. Bejn Mejju u l-aħħar ta' Settembru kien hemm 1,414 il-persuna li użaw is-servizzi ta' dan il-Job Centre. 39 persuna nstabilhom ix-xogħol għalkemm jista' jkun il-każ li oħrajn sabu xogħol meta ġew mibgħuta għand sidien mill-istess Job Centre u ma ġiex rappurtat lura lill-ETC.
Kien hemm 32 każ ieħor fejn il-persuni konċernati intbgħatu l-ETC għal aktar taħriġ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa s-sezzjoni tas-sigurta' soċjali ġewwa Bormla fl-1 ta' Ottubru 1999,u kemm persuni huwa kkalkolat li wżawh fuq medja ta' sitt xhur possibbilment minn Jannar 1999 sa Ġunju 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ħames ħaddiema kienu jiffurmaw lis-staff tal-Uffiċċju Distrettwali ta' Bormla fl-1 ta' Ottubru, 1999 li għadu l-istess numru ta' llum. Ma tinżammx statistika ta' kemm nies jattendu fid-Distrett.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsab il-proġett tal-bini ta' 69 appartament ġewwa St. John Street, Bormla? Fuq dan l-istess suġġett, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm intnefqu flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ix-xogħol fuq l-ewwel fażi, cioe' l-bini ta' l-ewwel 20 appartament, issa qabad sew u diġa tlestew il-garaxxijiet fil-livel tal-basement. Hu mistenni li l-appartamenti nfushom ikunu lesti f'sena u nofs oħra.
S'issa tħallset is-somma ta' Lm28,903.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga għaliex il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament mhux qiegħed jingħata l-ebda forma ta' għajnuna soċjali minkejja li bħalissa qiegħed wieqaf mix-xogħol jistenna sabiex jiġi boarded out?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant tħallset il-benefiċċju dovut lilha għal perjodu bejn l-10 ta' Awissu 1999 u s-17 ta' Settembru 1999. Sussegwentament kien hemm tibdil fiċ-ċirkostanzi li kienu jenħtieġu tibdil fl-għoti tal-benefiċċju dovut. Dan l-aħħar benefiċċju tħallas għal perjodu tas-17 ta' Settembru 1999 sa l-1 ta' Ottubru 1999. Wara din id-data kienu meħtieġa aktar investigazzjonijiet biex jiġi deċiż id-dritt għall-benefiċċju. Il-benefiċċjarju nfurmat dwar dan.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Kiri ta' karozzi/mobile phones
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġibiet li kont tajt għal numru ta' Mistoqsijiet dwar dan is-suġġett. Dawn jinkludu l-Mistoqsijiet Nri. 604, 1295, 2119, 2268, 6623, 8997 u 9001.
Ma naħsibx li jagħmel sens li din l-informazzjoni li tinħtieġ ħafna xogħol u ħin biex tinġabar toqgħod tiġi aġġornata b'mod daqshekk frekwenti.
Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni biex mara armla li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament tidħol taħdem bħala CSA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni tal-persuna (li l-partikolaritajiet tagħha intbagħtu separatament) li tixtieq taħdem bħala Assistenta Soċjali Każwali daħlet fl-1 t'Ottubru 1998. Din qegħda fil-'waiting list' bħal persuni oħra li jixtiequ jagħmlu dan ix-xogħol.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża sabiex inbniet id-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jista' jagħti breakdown ta' l-infiq fażi fażi, jiġifieri sabiex twaqqa' l-bini li kien hemm, biex telgħet mill-ġdid, aperturi, dawl u ilma, eċċ, eċċ?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8190?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru, għal perjodu Settembru 1998 - Ġunju 1999.
Fl-istess tabella qed nagħti nformazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma' infiq f'diesel u petrol ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-Ministeru f'perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.