Jista' l-Ministru jara li xogħol ta' żebgħa fit-tromba ta' bejt fi Flat 3, Blk C, Unit 3, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid li ġie approvat minn Ġunju, 1998 jsir mill-aktar fis possibbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li x-xogħol għandu jsir mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar wara li jitlestew prijoritajiet aktar importanti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Parlament iltaqa' għal seduti twal li ma kenux bħas-seduti b'ħinijiet normali tul l-amministrazzjoni Laburista preċedenti?
Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jelenka meta saru dawn is-seduti (mhux ta' ħinijiet normali) taħt l-amministrazzjoni preċedenti u kemm-il siegħa damet kull seduta?
Kemm-il darba kellha issir mozzjoni ta' proċedura biex setgħu isiru dawn is-seduti taħt l-amministrazzjoni Laburista preċedenti?
Kemm-il darba l-Parlament iltaqa' b'seduti filgħodu u filgħaxija taħt l-Amministrazzjoni preċedenti Laburista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba Malta messha tirrappreżenta l-Bristih Islands and Mediterranean Region fuq l-eżekuttiv tal-Commonwealth Parliamentary Association?
Liema kienu s-snin u min kien ir-rappreżentant kull darba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-informazzjoni li għandna jidher li Dr Lino Gauci Borda kien serva bħala membru tal-Kumitat Eżekuttiv tas-CPA bejn l-1990 u l-1993.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'futur hemm għan-numru żgħir ta' membri parlamentari miż-żewġ naħat li għax ġew eletti biex iservu fil-Parlament tilfu (temporanjament) l-impjieg tagħhom mal-Gvern, b'konsegwenza li d-dħul finanzjarju tagħhom naqas drastikament għax l-impjieg tal-Parlament hu kkonsidrat part-time?
X'sens jagħmel li deputati miż-żewġ naħat fl-istess ħin jitħallew iżommu l-impjieg tagħhom mal-gvern, dan kollu għax għandhom post ta'lecturers fl-Universita' ta' Malta meta dawn ħafna minnhom għandhom ukoll dħul konsidervoli mill-professjoni privata tagħhom (eżempju nutara, tobba, periti, avukati, eċċ)?
Il-Viċi Prim Ministru ma jaħsibx li din l-inġustizzja li qed titfa' piż kbir finanzjarju fuq numru żgħar ta'deputati miż-żewġ naħat inkluż fuq il-familji tagħhom għandha tiġi rranġata?
Jaf il-Viċi Prim Ministru li din il-materja tqajjmet ħafna xhur ilu kemm fil-Welfare Committee kif ukoll fil-House Business Committee u dwarha jidher li hemm qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-punt li qed iressaq l-Onor. Membru qed jiġi kkunsidrat u huwa ttamat li tiġi identifikata soluzzjoni fil-viċin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'risposta ħadet il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, wara l-petizzjoni li ġabar mir-residenti tal-Marsa għall-bini jew ftuħ ta' dar ta' l-anzjani għall-Marsin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Anzjani ma rċieva l-ebda petizzjoni miġbura mir-residenti Marsin għal bini jew ftuħ ta' Dar ta' l-Anzjani fil-Marsa.
Ministeru għas-Servizzi Soċjali — Ħlasijiet speċjali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10477 dwar jekk jistax jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jagħti r-raġunijiet f'kull każ għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Uffiċjal fid-Dipartimenti jew aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi li rċieva ħlas speċjali u/jew "allowances" oħra kif spjegat fil-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika lil din il-Kamra l-alterazzjonijiet kollha li ġew approvati u li saru fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla mill-bidu tagħha? Kemm hija l-ispiża żejda f'kull każ? X'kienet ir-raġuni għaliha f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 10704 qed tinġabar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni barranin li nqabdu jaħdmu bla permess mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn Settembru 1998 sa Ġunju 1999, in-numru ta' barranin li nqabbdu jaħdmu Malta meta ma kellhomx la liċenzja ta' impjieg u lanqas 'engagement form' kien kif indikat fit-tabella hawn isfel:
Barranin li nqabbdu Barranin li nqabbdu
jaħdmu Malta mingħajr jaħdmu Malta mingħajr
'Engagement Form' u 'Engagement Form'
mingħajr liċenzja ta' iżda li kellhom
l-impieg liċenzja ta' l-impieg
Settembru 1998 05 01 6
Ottubru 1998 11 13 24
Novembru 1998 07 16 23
Diċembru 1998 01 09 10
Jannar 1999 02 05 7
Frar 1999 04 02 6
Marzu 1999 17 12 29
April 1999 14 14 28
Mejju 1999 12 04 16
Ġunju 1999 09 07 16
TOTALS 82 83 165
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji li għandhom housing soċjali jew ta' l-Awtorita' tad-Djar li kellhom il-kera riveduta din is-sena? Kemm hemm familji illi għolitilhom il-kera u b'kemm, u kemm hemm li tnaqqsitilhom u b'kemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Risposta definittiva tkun tista' tingħata iżjed il-quddiem. Sallum, nista' ngħid li r-reviżjoni tas-sussidju tal-kera ta' madwar 1,800 inkwilin li kien imisshom din is-sena għadha sejra għax hemm numru sostanzjali li għad ma bagħtux id-dokumenti meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded-out mix-xogħol persuni minn Malta u minn Għawdex separatament, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm kellhom żmien dawk li għaddew din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni mid-dipartiment tas-servizzi soċjali illi abbużaw min xi forma ta' għajnuna mogħtija mid-dipartiment f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? X'ammont ta' flus igwadanjat kull persuna? X'servizz ġie abbużat u x'kien l-istatus tal-persuni in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jitħallsu 'l fuq minn tletin benefiċċju, f'Penzjonijiet, Benefiċċji, Assistenza u Allowances. Uħud minn dawn il-benefiċċji jitħallsu lil eluf ta' Maltin u Għawdxin, bi spiża rikorrenti li għal din is-sena hi stmata li ser tlaħħaq Lm180 miljun.
L-Onor. Interpellant jifhem li mhux possibbli li tinżamm statistika li tkun tinkludi dik l-informazzjoni kif mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant li bl-għan li jonqos kemm jista' jkun dan it-tip ta' abbuż, din l-Amministrazzjoni approvat it-twaqqif ta' sezzjoni li ser ikollha l-kompitu li tagħmel investigazzjonijiet aktar fil-fond dwar l-għoti ta'benefiċċju. Minbarra r-riżorsi umani meħtieġa, din it-taqsima ser tkun mgħammra b'apparat modern meħtieġ biex jiġu faċilitati investigazzjonijiet b'forma aktar wiesgħa, u biex jiġi assigurat aktar ko-ordinazzjoni ma' Dipartimenti u Entitajiet oħra f'dan il-qasam.
Jista' l-Ministru jgħid kemm verament irċeva talbiet din is-sena id-Dipartiment tas-Social Housing minn persuni li qalu li kienu homeless? Kemm kellhom żmien dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali din is-sena irċieva 5 applikazzjonijiet minn persuni li qalu li huma "homeless". L-eta' tagħhom tvarja minn 20 sena sa 94 sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn familji illi qegħdin joqogħdu fi djar u/jew postijiet mikrija lilhom mill-Housing Authority u mid-Dipartiment tas-Social Housing illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi hemm 7,941 post tal-Gvern mikri lill-familji għal abitazzjoni.
Sigurta' Soċjali — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intilfu ġranet ta' xogħol minħabba korriment fuq ix-xogħol is-sena l-oħra u kemm intilfu xahar b'xahar din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' ġranet ta' inkapaċita' għax-xogħol li ntilfu minħabba korriment fuq ix-xogħol fis-sena 1998, kien ta' 91,488.
It-totali tal-ġranet ta' nkapaċita' mogħtija hawn taħt għax-xhur tas-sena 1999, ġew kkalkulati meta ngħalqet it-talba għall-Benefiċċju għall-Korriment.
Jannar 9,395
Frar 7,186
Marzu 7,537
April 8,691
Mejju 10,231
Ġunju 7,784
Lulju 9,326
Awissu 8,769
Settembru 4,337
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jirreġistraw għax xogħol illum u ta' liema nazzjonalista' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-Numru ta' persuni barranin li qed jirreġistraw għax-xogħol huwa ta' 82. In-Nazzjonalita' tagħhom hija kif ġej:
Algeria 1
Australia 3
Belgium 1
Bulgaria 1
Canada 4
Egypt 8
France 1
Germany 2
Greece 2
Iraq 1
Italy 8
Libya 10
Morocco 3
Romania 1
Syrian Arab Rep. 4
Tunisia 7
Turkey 1
United Kingdom 22
United States of America 1
Yugoslavia 1
----------------------------------------
TOTAL 82
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-għajnuna li jgaħti il-gvern lil persuni eliġġibli, fuq il-kontijiet tad-dawl,ilma u t-telephone, jibqax jingħata jekk Malta ssir membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jidhirx li hemm xi aspett ta' l-'acquis communautaire' ta' l-Unjoni Ewropea li ma jippermettux lill-Gvern li jkompli jipprovdi l-għajnuna msemmija mill-Onor. Membru jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inizjattivi edukattivi u ta' taħriġ għandhom ppjanati l-ETC għaż-żgħażagħ bla xogħol li huma fl-eta' ta' bejn is-16-il sena u 24 sena? X'inhuma l-kwalifiki edukattivi (jew nuqqas tagħhom) ta' dawn iż-żgħażagħ? Kemm minnhom ma jafux jiktbu u jaqraw? Kemm minnhom huma bla sengħa? X'qed isir għal dawn iż-żewġ tipi ta'żgħażagħ mill-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ETC ilha għal diversi snin toffri korsijiet li huma miftuħa għal kulħadd inkluż żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol. L-ETC ħejjiet diversi inizjattivi ġodda biex tgħin fit-taħriġ ta' żgħażagħ qiegħda bl-iskop li dawn isibu mpieg. Dawn jinkludu (1) programmi ta'taħriġ ġodda imsejħa traineeships fejn iż-żgħażagħ ikunu mistennija jagħmlu kemm taħriġ liċ-ċentri ta' l-ETC kif ukoll taħriġ prattiku fi stabbiliment industrijali (2) skemi ġodda biex tħajjar żgħażagħ jibdw negozju għal rashom (3) seminars li matulhom iż-żgħażagħ jingħataw informazzjoni fuq trends fis-suq tax-xogħol f'Malta, pariri fuq karrieri u xogħol, u anke taħriġ f'suġġetti bażiċi bħal kif wieħed ifittex ix-xogħol. L-ETC u l-iskejjel tas-snajja qed jikkollaboraw flimkien biex dawk iż-żgħażagħ li joħorġu minn dawn l-iskejjel u ma jkomplux apprendistat jingħataw taħriġ alternattiv. Ta' min wieħed isemmi li riċentement l-ETC kienet impenjata f'ħidma biex tikkonvinċi żgħażagħ li qed jirreġistraw għal xogħol klerikali biex jibdew kors fil-kompjuter programming li l-ETC qed torganizza flimkien mal-MITTS u b'hekk itejbu l-prospetti tagħhom li jsibu mpjieg. Għal dawk li ma jafux jaqraw u jiktbu, l-ETC kemm-il darba organizzat korsijiet għalihom flimkien mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
Il-kwalifiki ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol li huma bejn is-16 u l-24 sena hija kif ġej:
Secondary Level 2,082
Intermediate Level 13
'A' Level 248
Diploma 6
Degree 94
Hemm 251 persuna llitterata u 151 persuna bla ebda sengħa.
B'riferenza għax-xogħol ta' l-ETC, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm studenti nstabilhom/jew għandhom sponsor fl-iskemi ESTS u TAS? Kemm hemm studenti li ma nstabilhomx sponsor? X'se jiġri minn dawk li huma bla sponsor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-apprendisti li daħlu fl-iskemi TAS u ESTS fl-1998, instab sponsor għal 267 apprendist filwaqt li fadal 138 apprendist ieħor li għad irid jinstabilhom stabbiliment industrijali/kummerċjali li jiprovdilhom taħriġ prattiku. L-ETC għadha għaddejja bil-ħidma tagħha biex tassisti lil dawn ta' l-aħħar isibu sponsor. Inħolqu strutturi ta' koordinament bejn l-ETC u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex l-istudenti jiġu gwidati aħjar biex jidħlu f'apprendistati f'oqsma li fihom hemm prospetti aħjar ta' xogħol u taħriġ.