Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fil-Ministeru u fid-Dipartimenti li jaqgħqu taħt ir-responsabbiltà tiegħi jintużaw bozoz energy savers kif ukoll dawl tan-neon li jaħli anqas elettriku minn bozoz normali.
Fir-rigward ta’ persentaġġ ta’ Bozoz Energy Saving, il-persentaġġ fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta’ 63% waqt li dak fid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni hu ta’ 22%.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27062 u 27221 u jgħid kemm kienet in-nefqa sa' l-1 ta' Lulju, 2007 mill-bidu li twieled il-ħsieb li jinbena sptar fl-area f'Tal Qroqq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa sa l-1 ta’ Lulju, 2007 mill-bidu li twieled il-ħsieb li jinbena sptar fl-area f’Tal Qroqq kienet Lm205,432,400 mingħajr VAT.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u 27229 u jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27072 u 27225 u jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ftehim “Lump Sum” iffirmat f’April 2005 bejn il-Gvern ta’ Malta u l-konsorzju Skanska dwar il-bini u d-disinn ta’ Sptar Mater Dei rabat fis-sod żewġ elementi kardinali għat-tlestija tal-proġett ta’ l-isptar il-ġdid: is-somma li kellha titħallas lill-konsorzju Skanska jiġifieri Lm145.5 miljun (minbarra l-VAT) u d-data finali għat-tlestija tal-proġett jiġifieri l-1 ta’ Lulju 2007.
Il-Gvern żamm ma’ dan il-ftehim u l-ħlasijiet li saru lil Skanska (Skanska Malta Joint Venture) huma regolati minn dan l-istess ftehim.
Ħlasijiet lil Skanska għall-kuntratt “Design and Build” kif amendat bħala “Lum Sum” ammontaw għal Lm144,545,000, jiġifieri kważi miljun lira inqas minn dak miftiehem mal-konsorzju fil-ftehim ta’ April 2005.
Tibdil li sar fil-leġislazzjoni ta’ pajjiżna wara li ġie ffirmat il-kuntratt “Lump Sum” wassal għal spejjeż addizzjonali ta’ Lm397,114.81.
Skanska tħallsu wkoll Lm163,789.51 għal bini ta’ Data Centre u l-installazzjonijiet relatati – li ma kienux parti mill-kuntratt “Lump Sum” – Lm230,499.60 għal uffiċini temporanji għall-amministrazzjoni tal-proġett u Lm241,693.71 għal xogħlijiet addizzjonali ta’ faċilitajiet mediċi.
Ħlas ta’ VAT, li finalment jerġa’ jgħaddi lura għand il-Gvern, ammonta għal Lm24,259,026.
Spejjeż relatati ma’ speċifikazzjonijiet differenti ta’ l-isptar il-ġdid, jiġifieri qabel is-sena 2000, ammontaw għal Lm17,132,160, li parti minnhom tikkonsisti wkoll fi ħlas ta’ VAT u CET, l-ispejjeż relatati mal-proġett ta’ San Raffaele u t-tibdiliet li saru fil-proġett minn gvern Laburista fl-1997.
Bl-għan li jkun hemm proċedura waħda ċentralizzata u kordinata għal sigurtà u manutenzjoni f’dawk il-partijiet ta’ Sptar Mater Dei li kienu qed jitlestew u jgħaddu f’idejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, il-Gvern iddeċieda li jkun ferm aħjar għall-proġett jekk l-istess kuntrattur ewlieni jingħata l-inkarigu li jieħu ħsieb dan l-aspett importanti. L-ispejjeż relatati kienu ta’ Lm583,618.33 għall-perjodu ta’ bejn Settembru 2006 sa Lulju ta’ din is-sena.
Liema huma l-kriterji li se jintużaw fl-assessment li se jsir rigward dawk l-impjegati tad-Dwana li applikaw għal fizzjali? Kif se tkun ir-relazzjoni bejn l-esperjenza, servizz u kwalifiki? Apparti l-eżami bil-miktub, l-interview x'saħħa se jkollu fil-proċess ta' l-għażla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-kandidati kollha li jġibu mill-inqas il-passmark f’kull waħda miż-żewġ karti ta’ l-eżami bil-miktub (jiġifieri 60% jew 120 marka minn 200 marka) jiġu msejħa jattendu għall-intervista.
L-intervista għandha massimu ta’ 100 marka. Il-passmark globali ta’ l-eżami hija ta’ 60%, jiġifieri ta’ 60% ta’ 500 marka. La darba, il-kandidati jgħaddu mill-ewwel parti ta’ l-eżami (dik tal-kitba) u jġibu mill-inqas 60% tal-500 marka, dawn jitqegħdu fil-pożizzjoi ta’ l-ordni tal-mertu skond il-marka globali li jġibu.
Il-proċess ta’ l-interviews huwa immirat biex ikunu assessjati l-kwalitajiet personali tal-kandidati bħal intelliġenza, altertness, kapaċità u tagħrif ġenerali, il-għarfien tal-proċeduri u l-ħidmiet tad-Diviżjoni tad-Dwana, speċjalment fil-kuntest tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-kriterji li se jintużaw fl-assessment mill-Bord ta’ l-Għażla huma dawk approvati mill-Bord tad-Dixxiplina u huma mqassmin hekk:
Tagħrif relatat: 40%
Esperjenza: 30%
Kwalifiki: 10%
Abilitajiet/Personalità 20%
Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali?
X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant jista’ jingħad li s’issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta’ 2.10 kWp fil-Forzi Armati ta’ Malta u 1.20 kWp fl-Istamperija tal-Gvern.
Għas-sitt xhur li ġejjin, minkejja li mhux maħsub li jiġi nstallat sistemi ta’ dan it-tip, qed ikunu kkunsidrati inizjattivi oħrajn favur l-ambjent.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tal-Kontrollur tas-Soċjeta' Malta and Europe Hotels Ltd. (MEH), proprjetarja ta' l-ex Grand Hotel Excelsior fil-Furjana, liema soċjeta':
. ilha f'idejn il-Kontrollur għal dawn l-aħħar 33 sena, minn wara l-għeluq tal-BICAL;
. fl-4 ta' Diċembru 1998 (disa' snin ilu) ħallset lill-BICAL is-somma ta' Lm1,580,000 għas-saldu tad-dejn oriġinali ta' madwar nofs miljun Lira Maltin u għalhekk l-iskop ta' Kontrollur spiċċa dakinhar.
X'kien qed jikkontrolla għal dawn l-aħħar disa' snin il-Kontrollur, u fl-interess u a spejjeż ta' min?
X'inhi r-raġuni li l-istess Soċjeta' MEH għadha ma ġietx likwidata, wara disa' snin mill-ħatra ta' likwidatur, u dan mingħajr ma ntemmet il-ħatra ta' Kontrollur? Jista' l-Prim Ministru jiffissa terminu għal-likwidazzjoni?
Jaf il-Prim Ministru li azzjonista maġġoritarju tas-Soċjeta' MEH, il-familja ta' l-Avukat Taljan Michele Martone li llum għandu 83 sena, kitbet lill-Onor. Franco Frattini, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, fejn talbu jintervjeni biex tinstab soluzzjoni ekwa għal dan il-każ li ilu jkaxkar 33 sena? (Ara s-sit ta' l-internet www.marteitaliano.com.mt)
Jidhirlu l-Prim Ministru li din il-Kamra għandha taħtar kummissjoni parlamentari biex tinvestiga u tipproponi miżuri xierqa u ġusti li jwasslu biex issir ġustizzja ma' l-azzjonisti tas-Soċjeta' MEH, kif ukoll biex nilqgħu għall-ħsara li qed issir fl-Ewropa għall-kredibilita' ta' Malta bħala ċentru serju ta' investiment barrani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-funzjoni tal-Kontrollur tas-soċjetà Malta and Europe Hotels Limited hija li jikkontrolla dik is-soċjetà sa l-istralċ definittiv tagħha. Is-soċjetà kienet tpoġġiet taħt kontroll meta il-bank BICAL kien ittieħed taħt kontroll u dan billi dik is-soċjetà u l-ġestjoni tagħha kienet intimament konnessa ma’ dik tal-Bank, u kien hemm anke diversi krediti u pretensjonijiet oħra fir-rigward ta’ l-istess Bank u l-azzjonisti tiegħu. Il-funzjoni tal-kontrollur hija għalhekk li s-soċjetà tiġi stralċjata sabiex jiġi assigurat li l-kredituri kollha ta’ l-istess soċjetà jieħdu kull wieħed dak li jistħoq lilhom skond il-liġi, u dak li jibqa’ wara li jiġu sodisfatti pjenament il-kredituri jiġi distribwit bejn l-azzjonisti, kull wieħed skond is-sehem azzjonarju tiegħu.
Wara li saru l-pagamenti li l-Onorevoli Membri jsemmi lill-BICAL u sabiex jiġi assigurat l-interess ta’ kull kreditur u tal-pubbliku, anke wara ftehim ma’ l-azzjonist maġġoritarju ta’ l-istess soċjetà, saret mill-awtorità kompetenti ordni sabiex din is-soċjetà tiġi stralċjata fit-termini ta’ l-Att dwar Kumpaniji Kontrollati (Proċeduri ta’ Stralċ) 1995. Għalhekk, fuq senjelazzjoni ta’ l-istess azzjonist maġġoritarju, ġie nominat likwidatur tas-soċjetà u l-kontrollur ġie mitlub sabiex jgħaddi għall-finalizzazzjoni tal-proċedura ta’ stralċ. F’dan il-kuntest il-kontrollur għadda biex jippubblika u jagħmel ir-rapporti kollha definiti fil-liġi fuq imsemmija sabiex is-soċjetà, tiġi effettivament stralċjata, u llum hemm proċeduri pendenti quddiem il-Bord ta’ l-Appelli kostitwit bl-istess Att biex, wara d-deċiżjoni tiegħu, ikun hemm id-distribuzzjoni finali tal-fondi kollha appartenenti lill-istess soċjeta, kollox skond id-deċiżjoni ta’ l-istess Bord.
Ir-raġuni prinċipali għan-nuqqas tal-likwidazzjoni finali tas-soċjetà fuq imsemmija tinsab fil-proċeduri legali li sija il-familja Martone kif ukoll l-aħwa Cecile u Henry Pace jew persuni li dderivaw l-interess tagħhom mingħand dawn, għoġobhom jipproponu fil-Qorti, sija dwar il-kwistjoni ta’ krediti oħra pretizi, sija wkoll dwar l-appartenenza ta’ l-ishma fl-istess soċjetà. Xi wħud minn dawn l-istanzi kienu ġew proposti anke qabel l-1995 u għalhekk, in rispett tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzjonali f’kawża proposta mill-aħwa Pace, id-deċiżjoni fir-rigward ta’ tali istanza ma tispettax lill-Bord ta’ l-Appelli imma lill-Qorti, u wieħed bil-fors, fir-rigward ta’ tali pretensjoni, irid jistenna d-deċiżjoni tal-Qorti. Għandu jingħad ukoll li anke l-familja Martone ippreżentat kawzi fil-Qorti dwar il-proċedura ta’ stralċ pendenti u anke dawn jistgħu jkollhom effett li jwasslu biex itawwlu l-proċeduri. Naturalment wieħed irid jirrispetta l-indipendenza tal-Bord ta’ l-Appelli fil-qadi tal-funzjoni tiegħu, imma wieħed għandu jistenna li mad-deċiżjoni ta’ dan il-Bord tkun tista’ issir id-distribuzzjoni effettiva tal-fondi appartenti lil din is-soċjetà.
Għaldaqstant, ma hux il-każ li jinħolqu strutturi ġodda biex issir ġustizzja ma’ l-azzjonisti tas-soċjetà Malta and Europe Hotels Ltd, iżda jkun aħjar li l-każ jitħalla għad-delibera tal-Bord ta’ l-Appelli kostitwit skond il-provvedimenti ta’ Att dwar Kumpaniji Kontrollati (Proċeduri ta’ Stralċ), Kap 383.
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlametnari 26823 billi jgħid jgħid jekk minn wara Awissu 2006 'il hawn kienx hemm xi tibdil fil-kampjuni tal-prezzijiet ta' prodotti u servizz li nġabru mill-NSO? Jekk iva liema prodotti u servizzi kienu affetwati u kif ġew mibdula? Jista' jgħid jekk minn Awissu 2006 sal-lum inbidlux xi prattiċi fil-ġbir tal-prezzijiet biex tiġi mkejla r-rata ta' inflazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26823.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qam flus il-ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei li ntbagħat fid-djar tan-nies dan l-aħħar? Fejn ġie stampat? Min ngħata l-kuntratt tad-disinn? Kemm ġew stampati kopji? Kemm tħallsu flus biex dan il-ktejjeb ġie mqassam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħala parti minn kampanja ta’ informazzjoni dwar Sptar Mater Dei, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi pproduċiet ktejjeb dwar Sptar Mater Dei li tqassam fid-djar kollha ta’ Malta u Għawdex.
L-istampar ta’ 160,000 kopja sar għand Print It Ltd għall-prezz ta’ Lm8,850 + VAT.
Il-produzzjoni u d-disinn sar mill-aġenzija ta’ komunikazzjoni Communique Creative, għall-prezz ta’ Lm1,100 + VAT.
Spejjeż ta’ fotografija ammontaw għall-prezz ta’ Lm440 + VAT.
Id-distribuzzjoni saret mill-Maltapost għall-prezz ta’ Lm2,400 + VAT.
L-għażla tal-kumpaniji finanzjarji saret skond il-proċeduri finanzjarji tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi mpjegati fl-istaff privat tal-ministri jew segretarji parlamentari li ngħataw permess mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex ikun direttur f'xi Board of Directors jew f'xi Adjudicating Board tad-Dipartiment tal-kuntratti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-unika provvediment fil-Linji ta’ Gwida dwar Staff tas-Segretarji Privati tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari dwar il-preżenza ta’ dawn l-impjegati fuq bordijiet tal-Gvern hija li dawn ma jistgħux iservu fuq dawn il-bordjiet bi ħlas (paragrafu 3.5.2).
Peress li l-INSO hija responsabbli mill-equipment tal-Isptar Mater Dei u kemm-il darba jkun hemm bżonn ta' xi equipmentieħor li mhux kompriż fit-tender li ntrebħet mill-INSO, allura jista' l-Prim Ministru jgħid kif allura jsir l-procurement ta' dan l-equipment addizjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Procurement ta’ Equipment addizzjonali li mhux kompriż fit-tender li ntrebħet mill-INSO, jsir skond il-proċeduri u r-regolamenti finanzjarji stabbiliti għax-xiri ta’ Equipment.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26963 u jgħid kemm qam flus il-ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei li ntbagħat fid-djar tan-nies dan l-aħħar? Fejn ġie stampat? Min ngħata l-kuntratt tad-disinn? Kemm ġew stampati kopji? Kemm tħallsu flus biex dan il-ktejjeb ġie mqassam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26963.
Billi kien hemm diversi sentenzi tal-Qorti li jikkonfermaw li d-dipartiment tat-taxxi interni m'għandux dritt joħroġ kontijiet tal-income tax li huma preskritti minħabba ż-żmien li għadda fuqhom, x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tat-taxxi interni baqa' joħroġ kontijiet simili? L-uffiċjali tad-dipartiment ingħataw struzzjonijiet biex iwaqqfu din il-prattika? Jekk iva, meta u jekk le, għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab mgħarraf mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li s-sentenzi msemmija mill-Onorevoli Interpellant jinsabu fi stadju ta’ ritrattazzjoni quddiem il-Qorti ta’ l-Appell.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26966 u 27097 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Il-benefiċċju u s-salarji huma kollha kif stabbiliti fir-regolamenti tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27062 u jgħid kemm kienet in-nefqa sa' l-1 ta' Lulju, 2007 mill-bidu li twieled il-ħsieb li jinbena sptar fl-area f'Tal Qroqq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W376.
Peress li fiċ-ċirkostanzi preżenti meta:
- l-eta' tal-pensjoni minn 60 sena telgħet għal 65 sena
- hawn mewġa ta' ħaddiema li qed jitilfu x-xogħol tagħhom
- ex-ħaddiema mpjegati fis-servizz pubbliku u mal-korporazzjonijiet governattivi li tkeċċew wara li nstabu ħatja b'sentenzi tal-qrati ġew reinstated fis-servizz pubbliku u fil-korporazzjonijiet li kienu jaħdmu fihom wara li ngħataw maħfriet presidenzjali,
jidhurlux għalhekk il-Prim Ministru li ħaddiema li ġew boarded out fuq raġunijiet mediċi u ma jistgħux jerġgħu jiġu reinstated minħabba li għalqu l-50 sena għandhom jingħataw dan iċ-ċans jekk wara li japplikaw biex jidħlu lura għax-xogħol il-bord mediku jiddikjara li huma tajba li jerġgħu jassumu r-responsabbilta' tagħhom?
Jaħsibx ukoll li għal dan il-għan, wasal iż-żmien li jiġi emendat il-management code u titneħħa klawsola 1.1..17.1(iii) li tgħid li biex tidħol lura jeħtieġ li tkun taħt il-50 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju m’hemmx il-ħsieb li tinbidel il-proċedura preżenti għal każijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.