Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu fl-isptarijiet tagħna? X'inhi l-funzjoni tagħhom, f'liema sptar jaħdmu u kemm hu s-salarju tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba dwar it-tobba barranin li jaħdmu fl-isptarijiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa hija kif ġej:
Grad
Funzjoni
Nru.
Salarju
Consultant
Neurosurgeon
1
Lm10,811
(Skala ta' Salarju Nru.4)
Consultant
Cardiac Surgeon
1
Lm10,811
(Skala ta' Salarju Nru.4)
Consultant
Haematologist
1
Lm10,811
(Skala ta' Salarju Nru.4)
Consultant
Histopathologist
2
Lm10,811
(Skala ta' Salarju Nru.4)
Senior Registrar
(Anaesthesia)
25
(5 b'salarju ta' Lm8,460 fis-sena, u 20 b'salarju ta' Lm7,910)
Senior Registrar
(Orthopaedics)
5
(2 b'salarju ta' Lm8,460 fis-sena, u 3 b'salarju ta' Lm7,910)
Senior Registrar
(Obst. & Gynae.)
1
Lm7,910
Senior Registrar
(Medical Imaging)
8
Lm7,910
Senior Registrar
(Surgery)
3
Lm7,910
Senior Registrar
(Paediatric Surgery)
1
Lm7,910
Senior Registrar
(ENT)
1
Lm7,910
Medical Officer
(Radiotherapy)
1
Lm6,526
(Skala ta' Salarju Nru. 8)
Senior House Officer
(A & E Dept.)
1
Lm6,526
(Skala ta' Salarju Nru. 8)
Houseman
2
LM6,135
(Skala ta' Salarju Nru. 9)
TOTAL
53
St Luke's Hospital - 47
Paul Boffa Hospital - 1
Gozo General Hospital - 5
Għandha mezz id-diviżjoni tas-saħħa tiċċekkja kemm suppost jinbiegħ il-prodott Corega Ultra 40g li hu gum glue għad-dentaturi minħabba li wasluli ilmenti li dan qed jogħla ta' spiss u f'xahar għola għal Lm1.36c, jiġifieri żieda ta' 6c fix-xahar? Billi dan il-prodott jintuża minn għadd ta' pensjonanti fost oħrajn, hemm xi mod kif jiġi verifikat il-prezz proprja tiegħu u jekk hux vera dan qed jogħla minn barra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' meningite bejn Settembru 2006 u Jannar 2007? Kemm minnhom kienu fatali u x'kienu l-etajiet ta' dawk milquta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ta' meningite bejn Settembru 2006 u Jannar 2007 li jinkludu l-etajiet ta' dawk milquta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-konsulent jew kumpaniji ta' konsulenti lokali jew barranin li għamilna użu minnhom matul is-sena 2006 huma dawn:
Kidd Rapinet - konsulenti legali Ingliżi mqabbda biex jiddefendu lid-Dipartiment f'kawża legali fl-Ingilterra. Il-ħlas kien ta' Lm10,206.
TTM - kumpanija ta' konsulenti Ingliża mqabbda biex jgħinu fil-proċess ta' impjieg ta' Senior Radiographers barranin. Il-ħlas kien ta Lm2,235.
A. Mallia Milanes - servizz ta' konsulenza fuq relazzjonijiet industrijali. Il-ħlas kien ta' Lm613.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizz qed jingħata mill-berġa tal-Fgura u meta? Kull meta jkun hemm tabib u għalkemm ħin ikun preżenti? Jista' jgħid ukoll kemm ilu magħluq l-uffiċċju tas-Sanita' fl-istess lokalita'? X'inhi r-raġuni li dan jinsab magħluq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tas-Sanita' tal-Fgura ilu magħluq għal madwar sitt snin. Dan ingħalaq flimkien ma' uffiċini oħra tas-Sanita' madwar Malta, meta saret sistema ta' ċentralizzazzjoni sabiex ir-riżorsi jintużaw b'mod aħjar.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22539 u jgħid jekk inbidlitx il-policy li tobba li jkunu għadhom kemm iggradwaw iridu jagħmlu sentejn jaħdmu mal-gvern qabel jirċievu l-warrant? Jekk din il-policy ma tbiddlitx, jista' il-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena kienx hemm tobba li tħallew jitilqu minkejja li kienu għadhom ma tawx is-sentejn servizz? Jekk kien hemm , min approvalhom il-permess biex jitilqu u abbażi ta' liema proċedura ingħatat din l-awtorizzazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tobba li jigradwaw mill-Universita' ta' Malta iridu jagħtu sentejn servizz bħala house physicians mal-Gvern qabel jingħataw il-warrant mill-Kunsill Mediku ta' Malta.
Tabib jista' jagħżel li ma jagħmel ebda servizz f'Malta, imma li jikseb il-warrant minn pajjiż ieħor. Dan hu possibli f' pajjiżi fejn il-kors mediku Malti huwa rikonoxxut mill-Kunsill Mediku ta' dak il-pajjiż.
Il-liġijiet tal-UE dwar il-mobilita' jippermettu li tabib jitlaq immedjatament minn meta jiggradwa, mingħajr ħtieġa ta' awtoriżazzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22822 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u jgħid kemm twieldu tfal lil single mothers fl-2006? Kemm minn dawn l-ommijiet kienu għadhom jattendu l-iskola, inkluż is-sixth form? X'kienu l-etajiet ta' dawn li għadhom imorru l-iskola?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bejn l-ewwel ta' Jannar u l-aħħar ta' Ottubru tas-sena 2006 ġew irreġistrati li twieldu 655 tarbija minn ommijiet rapportati bħala single, minn dawn 97 tarbija twieldu lill-ommijiet ta' sittax -il sena jew iżgħar. L-ebda tarbija minn dawk li twieldu lill-ommijiet ta' sittax -il sena jew anqas ma kienu tewmin.
Id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa ma jiġborx informazzjoni dwar kienux jattendu l-iskola dawn l-ommijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Impjant ta' Dekontaminazzjoni ta' Skart Kliniku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-evalwazzjoni finali għall-istallazzjoni ta' l-impjant ta' dekontaminazzjoni ta' skart kliniku għall-isptar Mater Dei? Jista' jgħid xi progress sar f'dan ir-rigward biex dan l-impjant jitlesta saż-żmien li fih għandu jiftaħ l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti ġew imsiefra kull sena mill-2003 'l hawn u x'kienet in-nefqa? F'liema pajjiż intbagħtu u għal liema tip ta' kura? Jista' jgħid x'kienu l-etajiet ta' dawn il-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trapjanti fl-isptar San Luqa fl-2005 u s-sena li għaddiet u fiex kienu jikkonsistu? Kemm hu kkalkulat li hi l-ispiża għal kull waħda minn dawn it-trapjanti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephone fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jiġifieri Department of Elderly and Community Care, Medicines Authority, Mount Carmel Hospital, Division, Zammit Clapp Hospital fis-sena 2006 kienet ta' Lm503,277.76c.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bħalissa ta' l-Isptar Zammit Clapp li qed jagħmlu xogħol part-time wkoll ma' l-istess sptar fejn diġa' jaħdmu full time? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar Zammit Clapp bħalissa m'hemmx ħaddiema li qed jagħmlu xogħol part time ukoll mal-istess sptar fejn diġa' jaħdmu full time. L-Isptar ttermina din il-pratika fl-2006 minħabba problemi interni ta' konflit fl-allokazzjoni tal-impjegati fid-dipartimenti kkonċernati.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22759, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każi fejn it-tmexxija ta' l-isptar Zammit Clapp żgwidat impjegati tagħha dwar x'rata ta' taxxa kellhom iħallsu fuq l-impjieg part-time tagħhom fl-istess sptar u x'se tagħmel it-tmexxija ta' l-isptar biex tirrimedja għal dan in-nuqqas li kkaġuna ħafna tbatija lill-impjegat milqut?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar Zammit Clapp ma kienx hemm każi fejn it-tmexxija tal-Isptar Zammit Clapp ta parir żgwidat lill-impjegati tagħha dwar x' rata ta' taxxa li kellhom iħallsu fuq l-impjieg part-time tagħhom fl-istess sptar.
L-Isptar jitlob lill-impjegati kollha biex jinfurmaw l-Isptar bir-rata ta' taxxa, maħruġa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li għandha tiġi applikata.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jiġifieri Department of Elderly and Community Care, Medicines Authority, Mount Carmel Hospital, Division and Private Secretariats, Zammit Clapp Hospital fis-sena 2006 kienet ta' Lm7,025.92c.