Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35199 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sanita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-spezzjoni saret mis-sanita' fil-ħwienet tal-merċa, tal-laħam u tal-ħaxix minn Jannar sa Ġunju 2002 local b'local u skond it-tip ta' ħanut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #35228 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar il-Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jindika fuq pjanta ta' l-isptar il-ġdid tal-Qroqq fejn hemm il-ħsieb li se tkun il-kċina ta' dan l-isptar il-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kemm-il darba ntqal pubblikament li l-isptar Mater Dei ma għandux kċina. L-ikel ser jasal ippreparat għat-tqassim lill-pazjenti. Madankollu, fuq is-sit hemm żewġ lokazzjonijiet fejn jista' jiġi ppreparat l-ikel (imma mhux għal pazjenti). Dawn il-pjanti diġa' tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #321 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Coeliac Disease

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi investigat ilment li wasalli minn xi pazjenti li jbatu minn coeliac disease dwar il-prezzijiet esaġerati tal-prodotti gluten free? Jirriżulta li dawn il-prezzijiet huma esaġerati meta mqabbla ma kemm l-istess prodotti jinbiegħu f'pajjiżi oħra Ewropew? Jekk saru jew se jsiru investigazzjonijiet possibli jinfurmani b'dak li jirriżulta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa joffri l-prodotti gluten free bla ħlas lill-pazjenti ntitolati għalihom bħala parti mis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-Domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #324 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċini Fosamax (10mg) u Ideos (60) mhumiex fuq il-lista ta' mediċini li jingħataw b'xejn lil dawk li huma eliġibbli għall-mediċini b'xejn? Jaf li hemm pensjonanti li qed ikollhom jixtru dawn il-pilloli regolarment u li ma jistgħux jagħmlu użu minn pilloli oħrajn li qegħdin fuq il-lista? Jaf li 30 pillola tat-tip Fosamax jiswew Lm20.62ċ filwaqt li pakkett Ideos huwa Lm4.40ċ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iż-żewġ mediċini msemmija Fosamax u Ideos jintużaw għall-kura ta` osteoporosi. Din il-kundizzjoni mhiex inkluża f'Schedule V u għalhekk il-pazjenti ma jistgħux jieħdu l-mediċini bil-kartuna s-safra. Il-mediċini Fosamax u Ideos mhumiex imniżżla fil-formularju tas-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern, u għalhekk ma jistgħux jittieħdu fuq il-kartuna r-roża. Ideos hija preparazzjoni li tikkonsisti minn żewġ ingredjenti - calcium carbonate u vitamin D3. Dawn l-ingredjenti jinsabu fil-formularju separatament u jistgħu jiġu preskritti separatament. B'hekk, jiġu ekwivalenti għall-kontenut tal-preparazzjoni. Pazjenti b'kartuna roża huma ntitolati għal dawn l-ingredjenti.
Leg 9 PQ #329 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitkompla t-tieni fażi ta' l-air conditioning fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi? Fejn sar air conditioning s'issa f'dan iċ-ċentru u fejn jonqos li jsir? Kemm intefqu s'issa f'air conditioning f'dan iċ-ċentru u x'inhi l-ispiża biex jitlesta ċ-ċentru kollu ta' Ħal Qormi bl-air conditioning?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-tieni fażi ta' air conditioning fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha, inkluż dak ta' Ħal Qormi, huwa ppjanat li jsir is-sena d-dieħla. Il-postijiet li sarilhom air conditioning fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi huma: Treatment Room, Immunisation, Pharmacy, General Practitioners Clinics, X-ray Clinic, Pharmacy Store, Dental Clinic. Il-postijiet fejn jonqos li jsir air conditioning ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi huma: Clerk's office, Reception desk area, PABX room, Well Baby Clinic, Ophtalmic clinic, Speech Language clinic, Rest room, Changing rooms (male & female), Physiotherapy, Social Workers (2 rooms), Administration office, filing room, Psychiatric/Gynae, Diabetes clinic, MOP, Staff Pantry, Bedrooms (four), Podology, Chest Unit. L-ispiża li saret fuq l-ewwel fażi ta' air conditioning ġewwa Ħal Qormi hi ta' Lm2960. Huwa ppjanat li l-ispiża ta' air conditioning biex jitlesta ċ-Centru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi tkun Spiża Kapitali Lm16000 Spiża biex titħaddem (Operational) fis-sena Lm2450
Leg 9 PQ #330 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Każi ta' TB

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' TB f'Malta tul l-2001 u sa l-10 ta' Awissu 2002? Kemm minn dawn kienu Maltin u kemm stranjieri? Kemm minn dawn il-każi kienu klandestini li nqabbdu Malta bla permess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-każijiet ta' tuberkolosi rrapurtati lit-Taqsima Tħaris tal-Mard huwa skond it-tabella ta' hawn taħt Sena Resident Każ ijiet ikkonfermati Residenti Każ ijiet pendenti Mhux Residenti Każ ijiet ikkonfermati Mhux Residenti Każ ijiet pendenti 2001 13 0 3 (0 klandestini) 0 2002 (sa 10 ta' Awwissu) 10 4 4 (4 klandestini) 2 (1 klandestin)
Leg 9 PQ #337 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir ix-xogħol meħtieġ fuq iċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi li ma kull xita jimtela' bl-ilma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li għalkemm wara spezzonijiet li saru fiċ-Ċimiterju ta' Ħal Qormi matul l-aħħar xitwa, ma nstab l-ebda akkumulu allarmanti ta' ilma, ġie ssuġerit li ċertu passaġġi jistgħu jiġu livellati jew miksija mill-ġdid. Għal dan il-għan spezzjonijiet saru mil-perit tal-Gvern biex jiġu magħmula l-istimi neċessarji.
Leg 9 PQ #35113 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

CDAU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' intelletwali bħalissa li qed jiużaw is-servizz tac-child development and assessment unit (CDAU)? Kif huma mqassma skond l-eta', subien u bniet? Liema huma s-servizzi li ingħataw lil dawn it-tfal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalissa hemm 1424 tifel u tifla b'diżabilita' mentali li jattendi ic-CDAU b'etajiet li jvarjaw mit-twelid sa erbatax-il sena. Inkwantu 461 huma bniet u 963 huma subien. Dawn it-tfal jingħataw servizzi mediċi minn tobba speċjalizzati, servizzi ta' terapija minn fiżjoterapista, occupational therapists u speech therapists u u servizz ta' psikoloġista. Barraminhekk, jingħataw servizzi tal-vista u smiegħ u ta' 'early intervention' teacher fuq bażi ta' riferiment.
Leg 9 PQ #35117 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji tal-Gvern — Pilloli Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-pilloli out of stock li hemm bħalissa fl-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli li kienu 'out of stock' fl-ispiżeriji tal-Gvern illum (05.09.02) huma indikati hawn taħt: Prodott Raġ uni Amanthadine 100mg tablets Il-prodott issa wasal u tqassam. Carbidopa 10mg/Levodopa 100mg tablets Il-prodott issa wasal u tqassam. Chlorpromazine 100mg tablets Infetaħtender u bħalissa qed jintlaqgħu l-offerti. Infetħet direct order, ġiet ordnata dirett mill-Ingilterra u stokk mistenni il-ġimgħa d-dieħla. Dimenhydrinate 50mg tablets Diffikulta biex jiġi offrut il-prodott fuq tender peress li l-ispiża hija żgħira ħafna. Mistennija konsenja żgħira mingħand l-Aġent lokali din il-ġimgħa. Ferrous Sulphate 200mg tablets Kien hemm diffikultajiet biex jinstab dan il-prodott u għalhekk l-ispeċifikazzjonijiet ġew mibdula darbtejn. Għadha kif ingħatat ordni għal sena. Bħalissa il-GPS qed jistenna x-xogħol dieħel. Infetħu wkoll direct orders biex itaffu l-problema imma dawn ma kinux biżżejjed biex jipprevenu out of stock. Ketoconzole 200mg tablets Infetħu tlett direct orders imma ma kien hemm l-ebda offerta. Infetħet direct order oħra li bħalissa qed tiġi pproċessata. Levodopa 100mg/Benserazide 25mg Capsules Diffikulta bic-CPP. Il-prodott se jinxtara dirett mill-UK u mistenni l-ġimgħa d-dieħla. Maprotilene 25mg tablets Kien hemm żieda fil-konsum. Infetħet direct order urġenti kif ukoll mistennija konsenja ta` xahrejn stokk mingħand l-Aġent lokali din il-ġimgħa. Metoprolol 50mg tablets Kien hemm żieda fil-konsum. Il-prodott kien ordnat, wasal, pero` l-Aġent Ingliż bagħat Metoclopromide 10mg Tablets flok il-prodott ordnat. Il-GPS issa qiegħed jistenna il-prodott ordnat. Primidone 250mg tablets Problema bic-CPP. Il-prodott se jinxtara dirett mill-UK u mistenni din il-ġimgħa. Prochlorperazine 5mg tablets Kien hemm żieda fil-konsum. Il-prodott mistenni fl-aħħar tax-xahar. Prothionamide tablets Dan il-prodott jinżamm biss bħala stand by. Hhemm problema biex jinstab il-prodottt. Sultopride 400mg tablets L-istokk mistenni fi żmien ġimgħatejn dirett mill-Ingilterra.
Leg 9 PQ #35118 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Bereġm — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bereġ li saritilhom manutenzjoni għas-sena 2002 u kemm kienet l-ispiża u x'xogħol sar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-bereġ li saritilhom manutenzjoni fis-sena 2002 huma: 1. Mġarr 2. Tarxien 3. Żejtun 4. Xagħjra Ħafna xogħol sar mill-Kunsilli Lokali. L-ispiża tad-Dipartiment kienet ta' Lm2982.
Leg 9 PQ #35119 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Poliklinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' estenzjoni qiegħda issir fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid, meta beda x-xogħol peress li ilu li ġie imwiegħed is-snin u kemm ġejja tiswa l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Huwa ttamat li x-xogħol ta' estensjoni u modernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid jibda s-sena d-dieħla. L-ispiża hija stmata li ser tlaħħaq Lm500,000.
Leg 9 PQ #35121 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Kuntratturi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li għadhom ma tħallsux tax-xogħol li għamlu, x'kien ix-xogħol u kemm tammonta l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol mill-kuntratturi f'dan il-Ministeru huwa ħaġa kontinwa u jista` jkun li ħlas ma jkunx sar għax ix-xogħol ikun għadu sejjer, jew huwa xogħol li jieħu fit-tul ħafna u ma jkunx għadu iċċertifikat li sar tajjeb, jew xogħol wieqaf minħabba xi problemi. Jista` jkun ukoll li jkun għad fadal xi "retention monies". Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant biex jekk għandu xi każ partikolari jinfurmani bih u nagħmel l-istħarriġ meħtieġ.
Leg 9 PQ #34916 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Servizz Farmaċewtiku tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif qed joħorġu boroż ta' mediċini mis-servizz farmaċewtiku tal-gvern u jitqassmu b'xejn? X'inhi n-nefqa tal-gvern fuq mediċini pprovduti minn dan is-servizz kull xahar jekk tieħu l-medja tas-sena 2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern iqassmu mediċini u tagħmir mediku lill-isptarijiet tal-Gvern, Health Centres kif ukoll lill-pazjenti speċifiċi. Jista` l-Onorevoli jindika għal liema 'Boroż ta` mediċini' qiegħed jirreferi?
Leg 9 PQ #34856 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Drivers ta' l-Ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min mid-drivers ta' l-ambulanza għandu u jgawdi l-ispecial licence? Kemm minnhom hemm li m'għandhomx special licence u qiegħdin xorta jsuqu l-ambulanza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ma tinżammx għax ma hemmx ħtieġa ta` liċenzja speċjali biex issuq ambulanza.
Leg 9 PQ #34917 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Kartuna r-Rosa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li għandu jkun hemm limitazzjoni tal-mediċini li pazjent jista' jieħu minħabba li dan ikun intitolat għal-kartuna r-rosa u mhux għas-safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposti li tajt għall-PQ's 34210 u 34511.
Leg 9 PQ #34985 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti dawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Il-Bordijiet/Kumitati maħtura mill-Ministeru tas-Saħħa huma dawn: Council of Health Medical Council Nursing and Midwifery Board Board for the Professions Supplementary to Medicine Pharmacy Board General Services Board Mental Health Review Tribunal Burials Board Clean Air Board Ta' Braxia Committee Committee on Smoking and Health Sexually Transmitted Infections Preventive Committee National Steering Committee on Diabetes Bioethics Consultative Committee National Commission for Mental Health Zammit Clapp Hospital Management Team Foundation for Medical Services Breast Care Steering Committee Il-Membri li qiegħdin iservu fuq dawn il-Bordijiet/Kumitati matul is-sena 2002 huma kif jidhru fuq il-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 9 PQ #34638 Sitting 777 2002-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Acrylamide

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-pozizzjoni tal-gvern dwar l-aħħar skoperta ta' livelli għolja tal-acrylamide li nstabu fuq prodotti ta' l-ikel inkluż ċereali tal-breakfast minbarra chips, crisps u qali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni dwar is-Sigurta` fl-Ikel ilha tissorvelja l-kwistjoni dwar l-Acrylamide minn mindu din inqalet f'Mejju ta` din is-sena. Minħabba n-nuqqas ta` informazzjoni dettaljata dwar diversi aspetti li jikkonċernaw is-sigurta` ta` l-ikel u l-Acrylamide, ninsab infurmat li korpi internazzjonali inklużi l-WHO u l-FAO għadhom sa issa taw biss rakkomandazzjonjiet ġenerali f'dan ir-rigward. Ninsab infurmat li l-Kummissjoni qiegħda tanalizza informazzjoni li għadha kemm irċeviet mingħand dawn il-kopri internazzjonali u hemm il-ħsieb li permezz tad-Diviżjoni tas-Saħħa toħroġ stqarrija ta` gwida ġenerali għall-pubbliku. Il-Kummissjoni ser tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni u tinforma lill-pubbliku bl-iżviluppi hekk kif tħoss li huwa neċessarju.
Leg 9 PQ #34759 Sitting 777 2002-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Twelid ta' Trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f'Malta fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? X'inhuma l-figuri għal Għawdex? F'kull każ kemm kienu l-bniet u kemm kienu s-subien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta` trabi fl-ewwel ħames xhur ta` din is-sena. Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għal National Obstetric Information System (NOIS-WHO-OBSQID Project). Kienu reġistrati total ta` 1555 twelid ta` trabi f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Mejju ta` din is-sena. Minn dawn it-twelid, 813 kienu subien u 742 kienu bniet. Minn 1555 twelid, 1424 kienu rreġistrati f'Malta. Minn dawn 745 kienu subien u 679 kienu bniet. F'Għawdex kienu rreġistrati 131 twelid ta` trabi. Minn dawn 68 kienu subien u 63 kienu bniet.
Leg 9 PQ #34837 Sitting 776 2002-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Health Clinics

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ċans li l-health clinic li hemm San Gwann annessa mal-għassa tal-pulizija titkabbar minħabba li ma hemmx privatezza adegwata u lanqas waiting area xierqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proposta ta` l-Onor. Interpellant diġa` ġiet mistħarrġa mid-Dipartiment tal-Kura Primarja u fil-preżent jidher li ma hux possibbli li l-Berġa ta` San Ġwann titkabbar.
Leg 9 PQ #34404 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Serq

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari 32683 (Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ttieħdu? Jista' jinformana wkoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001) - u jinformana x'inhija s-sitwazzjoni wara l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.