Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29025 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tal-Finanzi

Senior Inspector of Customs & Excise

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-applikazzjoni sabiex tintela vakanza ta' senior inspector of customs & excise fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana, x'sar mill-interview meta tqis li l-applikazzjonijiet skadew it-3 xhur?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm huwa minnu illi l-applikazzjonijiet għalqu madwar tliet xhur ilu, l-proċess tal-għażla ma setax jinbeda għax membru tal-Bord irriżenja minn mal-Gvern. Riċentement id-Dwana ġiet infurmata bil-ħatra ta' membru ġdid fil-Bord u għalhekk il-proċess kin ser jitkompla. Iżda issa inqalgħet ċirkustanza illi minħabba fiha l-'interviews' ma jistgħux isiru għalissa.
Leg 9 PQ #28805 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 9 PQ #28717 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Għaqdiet Sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-għaqda sportiva u bl' liema ammont ibbenefikaw minn xi għotja mogħtija mill-lotterija tas-Super 5 jew xi lotterija oħra organizzata mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku u dan matul din is-sena finanzjarja?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għal din is-sena finanzjarja hija kif ġej: Logħba Għaqda Sportiva Ammont Presto Ministry of Youth & Sport Lm 200,000 Super 5 Malta Football Association Lm 10,000 Super 5 Malta Racing Club Lm 5,000 Super 5 Malta Olympic Committee Lm 5,000 Super 5 Malta Triathon Association Lm 40 Super 5 Malta Basketball Association Lm 4,000
Leg 9 PQ #28749 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Tribunal għall-Ingustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li inħarġu biex jitħallsu persubni bħala kumpens għall-kawza tagħhom tat-Tribunal għall-Ingustizzji sallum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill- Onorevoli Interpellant li l-ammont li tħallas din is-sena bħala kumpens għall-kawżi għand it-Tribunal għall-Inġustizzji hu ta' Lm 30,000.
Leg 9 PQ #28791 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001? Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab f'diversi tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari magħmula perjodikament fuq l-istess suġġett. Għaldaqstant, ix-xogħol involut fil-ġbir tiegħu mhux ġustifikat.
Leg 9 PQ #28616 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-Bank Ċentrali qed jagħmel studju sabiex jiddetermina jekk il-weights kurrenti tal-lira Maltija humiex xierqa, kif ukoll sabiex jiġi stabilit l-impatt fuq il-kompetittivita ta' pajjiżna fil-medium to long term jekk il-komponent tal-Euro 56.8% jiżdied?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li biex jilħaq l-għanijiet tal-politika monetarja, l-Bank, regolarment isegwi u jeżamina kull aspett li għandu x'jaqsam mar-rata tal-kambju tal-lira Maltija, b'mod speċjali l-livell tal-lira u l-kompożizzjoni tal-baskett li miegħu hija marbuta.
Leg 9 PQ #28663 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Logħob tal-Lotteriji — Għaqdiet Sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija numru 27992, mill-liema logħob/logħba tqassmu l-fondi msemmija u kemm kien l-ammont globali? Jista' jagħti lista ta' kemm ġiet mogħtija kull għaqda msemmija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont li tqassam lill-għaqdiet sportivi u oħrajn hu ta' Lm 334,708. Dawn il-fondi ttieħdu mill-logħob tas-Super Five u l-Presto. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kif tqassmu dawn il-fondi.
Leg 9 PQ #28612 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Refunds — Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jilqa' t-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex id-dipartiment tat-taxxi interni jagħmel settlement dwar refunds li ilhom pendenti mis-sena 1991 u li suppost li ġew finalizzati xi sentejn ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #28628 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif diġa ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28166 f'seduta 606.
Leg 9 PQ #28674 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Likwidazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw kumpaniji/partnerships għall-likwidazzjoni ta' l-intrapriża tagħhom sena b'sena mill-1995 sal-llum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' soċjetajiet kummerċjali li ġew xolti fis-snin 1998 sa 2001 huma kif ġej: 1998 - 732 1999 - 375 2000 - 585 2001 (sal-31 ta' Awissu) - 375 Peress li records għas-snin 1995, 1996 u 1997 iridu jiġu kompilati manwalment minn sorsi differenti jingħataw aktar l-quddiem.
Leg 9 PQ #28712 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Joint Account — Bank Lokali

Question

Jista' l-Ministru jara x' possibilita hemm li ssir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata s-sitwazzjoni fejn koppja li kollha joint account f' xi bank lokali u jmut wieħed mill-partijiet, il-flus ma jiġux iffriżati, u allura tinħoloq speċi ta' survivor's rule?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-raġuni għala flus li jkunu ddepożitati f'joint accounts ta' koppja miżżewġa jiġu ffriżati mill-banek meta xi wieħed mill-partijiet imut hi l-banek jkunu jridu jaċċertaw irwieħhom li dawn il-flus imorru għand min verament hu ntitolat għalihom. Hekk kif il-werrieta juru lill-banek id-dokumenti neċessarji dawn il-flus jiġu allokati lilhom minnufih u mingħajr dewmien. Ta' min jgħid ukoll li pagamenti għal spejjeż ta' funerali u għal ħlasijiet ta' taxxa jitħallew isiru minn kontijiet li jkunu ffriżati. Barra minn hekk kontijiet li jkunu f'isem il-parti ħajja qatt ma jkunu ffriżati.
Leg 9 PQ #28358 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ir-refunds dovuti lill-persuni li n-numru tal-karta ta' l-identita' tagħhom qed jintbagħtu separatament għadhom ma ġewx imħallsa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni minkejja li għaddew 5 snin? Jista' jara li l-pagamenti dovuti jiġu mħallsa? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista’ jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #28317 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezjonijiet tat-taxxa li saru minn tax payers matul dawn l-aħħar 10 snin sena b' sena? Kemm minnhom ġew rimedjati fl-istess perjodi ta' snin sena b' sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ oġġezzjonijiet tat-taxxa li saru f’dawn l-aħħar 10 snin - minn meta bdiet tinżamm l-informazzjoni sena b’sena - huwa kif ġej: Sena Individwi Kumpaniji 1993 - 585 1994 - 581 1995 - 568 1996 - 501 1997 9,260 958 1998 7,464 1,081 1999 6,817 498 2000 5,157 542 2001 2,116 411 Mhux possibbli li wieħed jgħid kemm minnhom ġew rimedjati fl-istess perjodu li fih tkun saret l-oġġezzjoni minħabba li : (a) il-proċedura fid-Dipartiment hi li meta jinbeda każ, id-Dipartiment jipprova jaħdem l-oġġezzjonijiet kollha li jkunu pendenti dwar l-istess taxpayer u mhux biss dawk li jkunu daħlu riċentement (b) għal raġunijiet amministrattivi u ta’ prijoritajiet diversi, l-ordni li fiha jinħadmu l-oġġezzjonijiet mhux neċessarjament tkun skond id-data li fiha jkunu saru l-ittri ta’ oġġezzjoni.
Leg 9 PQ #28319 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuni/ċittadini/tax payers Maltin u Għawdxin li huma dovuti r-refunds mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux jingħataw l-interessi bl-istessi metodi li jiġu mitluba l-interessi fuq il-persuni/ċittadini/tax payers Maltin u Għawdxin li għandhom jagħtu/jħallsu lill-istess Dipartiment tat-Taxxi Interni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 1998 'l hawn il-persuni/ċittadini/taxpayers Maltin u Għawdxin qegħdin jitħallsu lura r-refunds dovuti sa sitt xhur mid-data li fiha huma obbligati jissottomettu l-formola u meta jaqbżu d-data stipulata jitħallsu bl-interessi ukoll skond l-emendi li saru bl-Att IX ta' l-1999. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-snin ta' qabel l-1997, ma hemm xejn fil-liġi li d-Dipartiment għandu jħallas l-interessi fuq ir-refunds. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-fatt li l-imgħax pagabbli minn taxpayer jibda jgħodd mill-ewwel filwaqt li dak pagabbli mid-Dipartiment jibda jgħodd minn sitt xhur wara, tajjeb li wieħed jgħid li f'kaz ta' taxpayer dan diġa jkun ngħata sitt xhur żmien minn tmiem is-sena relattiva. Id-dipartiment għandu wkoll sitt xhur żmien minn meta hu jirċievi l-formoli biex ix-xogħol amministrattiv jilħaq isir kollu. Ta' min jgħid ukoll li fil-liġi tat-Taxxa tal-1948 diġa kien jeżisti li għandhom jitħallsu l-interessi fuq it-taxxa li il-persuni/ċittadini/taxpayers ma jkunux ħallsu fiż-żmien preskritt.
Leg 9 PQ #28452 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' jara li jittieħdu passi mill-kumitat tal-kuntratti biex jara jekk l-għamara li nxtrat s'issa mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija nxtratx skond ir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern? X'passi qed jittieħdu biex isir magħruf dawn ir-regolamenti ġewx segwiti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li x-xiri ta' għamara li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant sar b'tenders dipartimentali kif stipulat fir-regolamenti.
Leg 9 PQ #28423 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finbank

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' kien il-valur tat-transazzjoni li il-Finbank għamlet mal-bank Sudaniż li kien fl-aħbarijiet dan l-aħħar? X' kien l-isem tal-kumpanija Sudaniża involuta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Fimbank stess żvela lill-pubbliku l-informazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. L-Onorevoli Interpellant jaf ukoll li kwalunkwe nformazzjoni li bank ikollu fuq il-klijenti tiegħu hi ta' natura kunfidenzjali u għalhekk dettalji bħalma hu qed jitlob ma jistgħux jingħataw lil pubbliku.
Leg 9 PQ #28429 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kunsill tal-Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' sehem kellu l-Kunsill tal-Kuntratti fl-għoti ta' kuntratti għax-xiri ta' għamara għall-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija? X' valur totali ta' kuntratti ngħataw s' issa għax-xiri ta' għamara għal dan il-Kulleġġ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti ma kienx involut fl-għoti ta' kuntratti għax-xiri ta' għamara fl-MCAST. Isegwi allura li l-anqas il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ma kien involut. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28431 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Investments Registration Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-kumitat ta' tħejjija tal-pjani tal-Gvern in konnessjoni mal-Investments Registration Scheme?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi hu direttament responsabbli mill-Investments Registration Scheme. F'dan l-eżerċizzju taw sehemhom il-Bank Ċentrali, ċ-Ċentru tas-Servizzi Finanzjarji, l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u raprezentanti mgħażula mill-practitioners fis-settur konċernat.
Leg 9 PQ #28490 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IMF

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija nru. 28380?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ġa ngħatat fil-mistoqsija parlamentari nru. 28380 f'seduta 607.
Leg 9 PQ #28511 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tal-Finanzi

Bordijiet u Kummissjonjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet, l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-gvern? X' inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, maqsuma f'irġiel u nisa.