Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li f'dan il-każ din il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħadet Lm2.24c fil-ġimgħa u minħabba f'hekk se jeħdulha Lm40 mill-pensjoni tar-raġel, tista' l-Ministru tara li l-każ jiġi nvestigat u l-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali kkomunika bil-miktub mal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara għaliex anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatgħulha l-benefiċċju tal-mard u supplimentari? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tispjega x'inhi l-proċedura sabiex żewġ familji jbiddlu l-appartament li jikru mingħand il-gvern ma' xulxin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-proċedura dwar il-każ indikat mill-Onor. Interpellant hi li kull waħda mill-familji jagħmlu applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn jindikaw li jixtiequ jibdlu l-post kif ukoll jagħtu l-indirizz alternattiv u r-raġuni għaliex jixtiequ jibdlu. Jekk dawn l-applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala ġustifikati, l-applikanti jiġu nfurmati u jsiru kuntratti ġodda tal-kirja.
Ninsab infurmata wkoll li, f’dan il-każ, l-applikanti jiġu mitluba jikkonfermaw b’ġurament li ma għaddew ebda flus bejn parti u oħra biex issir il-bidla.
Tista' l-Ministru tara jekk is-sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li spiċċa bla xoħgol mill-Corinthia u bla ebda dħul wara snin jaħdem, għandux dritt għall-benefiċċju soċjali? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Premises
Question
Fejn jinsab id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali? Meta nxtraw jew inkrew il-premises? Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-indirizz tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali hu 77, Triq Maċerata, Floriana. Dan il-bini, li għandu wkoll bieb bin-numru 25, fi Triq Pietro Floriani, Floriana, faċċata ta’ l-uffiċini ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, inkera mill-Awtorita’ fid-9 ta’ Novembru 2006.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ din il-kirja.
Awtorita' tad-Djar — Bejgħ ta' proprjeta' minn sidien privati
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ġiet mnedija l-iskema biex sidien privati jbiegħu lill-Awtorita' tad-Djar? Kemm saru kuntratti? F'liema lokalitajiet? B'kemm prezz? Fuq kemm units qed nitkellmu? Tista' titpoġġa kopja tal-kuntratti fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22725 f'Seduta Numru 479.
Ninsab infurmata li ma saru ebda konvenji jew kuntratti dwar l-istess skema minn dak inhar.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 24763 u tgħid jekk post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex battal jew x'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ għadu qed jiġi nvestigat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Tista' l-Ministru tara jekk anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħaditx iż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja, għax skond din l-anzjana jidher li ħadithiex? Tista' tittieħed azzjoni u tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija ma' din il-mistoqsija li kopja tagħha qed tintbagħat separatament, tista' l-Ministru tara jekk is-servizz ta' iben li jdur bil-ġenituri tiegħu ġietx approvata? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara jekk l-annimali li hemm fuq il-bejt f'appartament tal-gvern, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, humiex miżmuma skond il-liġi? Tista' tikkonsidra wkoll l-istat tal-kumplament ta' dan l-appartament minn ġewwa, ċioe' fit-taraġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Gustizzja u Intern bħala l-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Proprjeta’ tal-Gvern.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija, għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ma tħossx li qiegħda ssir inġustizzja ma dawk il-persuni li jiżviluppaw id-dar tagħhom li tkun fuq plot tal-gvern billi jikkonvertuha f'appartamenti, jintalbu jħallsu somma flus meta l-ammont ta' appartamenti hu akbar minn numru ta' tfal li jkollu s-sid id-dar, allavolja l-appartamenti ma jkunux se jinbiegħu?
Ma tikkonsidrax li għallinqas issir ipoteka fuq l-appartamenti għas-somma mitluba u din titħallas biss f'każ li l-appartamenti jinbiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-policy adottata mill-Awtorita’ tad-Djar fil-każijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant hi li fuq l-appartamenti li jkunu se jservu bħala residenza ordinarja għat-tfal ta’ l-applikant issir ipoteka. L-ammont ipotekat ikun dovut li jitħallas lill-Awtorita’ jekk l-appartament jinbiegħ lil terzi.
Fuq l-appartamenti l-oħra trid titħallas is-somma dovuta, pro rata skond in-numru ta’ appartamenti li jkunu se jinbnew.
Taf il-Ministru li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tgħix f'periklu imminenti peress illi s-saqaf qiegħed jaqa' fuqha?
Beħsieba l-Ministru tipprovdilha post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mhix qed tgħix fl-indirizz indikat.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-applikazzjoni tagħha qed tingħata prijorita’.
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni tad-djar kienx involut fil-proġett ta' embellishment tal-housing estate Ta' Mliet, fil-Mosta? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur ta' dan il-kontribut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, minbarra l-ispejjeż tal-periti li se jagħmel tajjeb għalihom il-Kunsill Lokali, il-proġett indikat mill-Onor. Interpellant hu finanzjat kollu mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar u mistenni jiswa madwar Lm300,000.
Tista' l-Ministru ġentilment tara jekk il-persuna minn Ħal Tarxien, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hix se tkun intitolata għal xi pensjoni meta jagħlaq il-61 sena dalwaqt peress li huwa kien għamel żmien emigrat l-Awstralja bejn l-1972 u l-1993?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' single parents f'Malta u f'Għawdex , separatament, li jieħdu benefiċċju għal dan il-għan? Kemm minnhom għandhom wild wieħed biss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal Ġenitur Singlu f’Malta hu 1908, li minnhom 1407 għandhom wild wieħed, u f’Għawdex hu 45, li minnhom 41 għandhom wild wieħed.
Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Delegazzjonijiet ministerjali
Question
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxiet delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, tista' tgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tagħha, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara li riċentement saret spezzjoni minn uffiċjali tal-housing departmenttal-fond f'San Ġwann li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar ilmijiet li deħlin minn taħt it-tiling f'ċerti kmamar ta' l-appartament tagħhom, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li jittieħdu xi passi rimedjali f'dan ir-rigward?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li wara spezzjoni mill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, li kienet saret madwar sena ilu fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, kien sar rapport lit-Taqsima tat-Tmexxija tal-Proprjeta' tal-Gvern fejn din it-Taqsima ntalbet tinforma lill-inkwilin li joqgħod fl-appartament ta' fuq dak indikat biex jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa biex ma tkomplix issir ħsara.
Għalhekk, dwar passi rimedjali, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tara li jinħareġ il-blue sticker ta' persuna nieqsa mid-dawl li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tiġdid tal-Blue Sticker tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie approvat.
Ninsab infurmata wkoll li, fiż-żmien qrib, din il-persuna ser tintalab tirritorna l-isticker li skada biex tingħata wieħed ġdid.