Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24990 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Incomplete, Undelivered jew Unfinished Works

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi f'dawn l-aħħar għaxar snin fejn ittieħdu proċeduri bil-qorti mill-Gvern kontra kuntratturi minħabba f'incomplete, undelivered jew unfinished works? X'kien l-eżitu ta' kull każ? X'kienu il-penali involuti?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitluba li jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministri koncernati peress illi statistika simili ma tinzammx mill-Qorti.

Management Fees

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-management fees dovuti lill-Kunsill Lokali rigward t-trading licences għas-sena 2000 għad ma ngħatawx lill-Kunsill Lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f' seduta ohra.

Fondi Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sindku jistax jagħmel użu minn fondi pubbliċi tal-kunsill lokali biex jikri karozza għall-użu tal-kunsill jew għall-użu tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

M'hemm xejn fil-legislazzjoni tal-Kunsilli Lokali li timpedixxi lill-Kunsilli Lokali li jikru jew jixtru karozza ghal uzu relatat mal-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru ta' l-Ġustizzja matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #24860 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Drogi — Tfal taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn tfal taħt is-16-il sena li kienu rapportati li qed jabbużaw mid-drogi, xahar b'xahar matul dawn l-aħħar 48 xahar? Jista' jelenka x'tip ta' drogi kienu qed jiġu abbużati?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru koncernat.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta' l-Imġarr?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qrati — Atti Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-atti (ċivili) arkivjati sas-sena 1950 tneħħewx mill-ediferija tal-qorti? Jekk iva, għalfejn tneħħew, fejn ittieħdu u x'aċċess għandhom iċ-ċittadini għal dawn l-atti?

Response (GATT, AUSTIN)

"Billi fl-Arkivji tal-Qrati hemm nuqqas ta' spazju biex jigu arkivjati aktar Atti, kellu jinstab spazju adegwat sabiex Atti antiki jigu arkivjati hemm. Inkrew tliet imhazen fil-Belt Valletta li qeghdin fil-Camerata, mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Sarilhom ix-xoghol kollu mehtieg u gew attrezzati sabiex jigu arkivjati go fihom Atti tal-Qorti mill-1900 sa l-1950. Fil-prezent talbiet ghar-ricerka f'dawn l-Atti diga qed ikunu milqugha. S'issa kellna 7 talbiet min-nies biex jaraw dawn l-arkivji. Min jaghmel talba simili, imur l-arkivju tal-Qorti, ihalli risposta ma' impjegat ta' l-Arkivju jew mad-deputat registratur responsabbli mill-arkivju li jaghmel l-arrangamenti mehtiega biex itella' l-volumi rispettivi mill-Camerata. Tithalla nota ta' xi ttiehed, jittellghu l-volumi li jkunu ntalbu fl-arkivju tal-Qorti, biex min talab ghalihom ikun jista' jarahom."
Leg 9 PQ #24856 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Abbuż fuq tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn tfal taħt is-16-il sena li ġew rapportati abbużati, xhar b'xahar matul dawn l-aħħar 48 xahar? Jista' jelenka t-tipi ta' abbużi li sofrew?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministru Koncernat.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Qawra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Qawra hija parti mill-lokalita` ta` San Pawl il-Bahar. Ghalhekk l-informazzjoni rikjesta tifforma parti mit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari Nru. 24551.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Buġibba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Bugibba hija parti mill-lokalita` ta` San Pawl il-Bahar. Ghalhekk l-informazzjoni rikjesta tifforma parti mit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari Nru. 24551.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Mellieħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tan-Naxxar?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta' l-Għargħur?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qrati — Omiċidju volontarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati b'omiċidju volontarju tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'nazzjonalita' kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

B'kollox tressqu 19 u cioe': 5 fl-1996 1 fl-1997 6 fl-1998 3 fl-1999 4 fl-2000 Sbatax (17) minnhom huma Maltin u tnejn (2) ta' nazzjonalita' barranija.

Żejtun — Kummissarju tal-Ġustizzja tat-Tribunal Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kummissarju tal-ġustizzja tat-tribunal lokali taż-Żejtun jitlaq x'ħin irid minn seduta tat-tribunal u jitħallas xorta ta' seduta kompleta?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond l-Att tal-Kummissarji ghall-Gustizzja, l-post u l-hin ta` meta jissejhu l-imharrka, hija responsabblita` tieghi. Min-naha l-ohra, t-tmexxija tas-seduta hija responsabbilta` shiha tal-Kummissarju ghall-Gustizzja. Huwa fl-interess tal-gustizzja li l-Kummissarju jittratta l-akbar numru ta` kazijiet possibbli, pero l-hlas tas-seduta mhux marbut ma` xi numru fiss ta` kazijiet f`seduta.

Qrati — Kawżi - Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta' libell pendenti kontra membri parlamentari? Liema huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-prezent hemm 24 kawza ta' libell pendenti fil-Prim'Awla tal-Qorti Civili, 2 kawzi fil-Qorti ta' l-Appell u tlett kawzi ohra fil-Qorti tal-Magistrati (Malta), Gurisdizzjoni Kriminali, kontra Membri jew ex-Membri tal-Parlament. Il-Membri jew ex-Membri tal-Parlament huma: Fil-Prim'Awla. Dr. Frank Portelli (1); Michael Bonnici (1); Reno Calleja (1); Evarist Bartolo (5); Dr. Louis Deguara (1); Michael Falzon (2); Dr.Alfred Sant (4); Prim Ministru (1); Mario Galea (2); George Pullicino (1); Joe Grima (2); Dr.Austin Gatt (2); Noel Farrugia (1). Fil-Qorti ta' l-Appell Dr. Alfred Sant (1); Evarist Bartolo (1) Fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) Evarist Bartolo (1); Dr. Austin Gatt (2)
Leg 9 PQ #24818 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ħamrun — Triq Ċensu Bugeja

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata l-bankina li hemm quddiem il-bieb 24 Triq Censu Buġeja, Ħamrun, u peress li din hija mħaffra u perikoluża?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsilli tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #24923 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati Superjuri — Arkivji

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema ditta ġew mikrija l-kaxxi li fihom qegħdin jiġu stivati l-atti tal-kawżi fl-arkivji tal-qrati superjuri? Ħareġ tender jew sar b'direct order? Jista' jikkonferma rapporti li wasluli li l-kaxxi in kwestjoni ġew akkwistati għall-insaputa tad-direttur ġenerali tal-qorti? Jista' jgħid min awtorizza x-xiri ta' l-imsemmija kaxxi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-invoice jew dokument relattiv għall-imsemmi akkwist?

Response (GATT, AUSTIN)

1. Il-kaxxi in kwestjoni ma gewx mikrija; 2. Il-kaxxi nxtraw mid-Ditta Multipacking Ltd; 3. L-Ordni saret biss fuq bazi sperimentali biex ikun studjat kemm hija prattikabbli din is-sistema. Ghalehkk ma nhassitx il-htiega ta` tender; 4. Qabel ma saret ir-rakkomandazzjoni biex is-sistema ta' l-Arikvjar tal-processi, saret laqgha fl-ufficcju tad-Direttur Generali u li ghaliha kien hemm prezenti d-Direttur Generali, id- Direttur Ufficcju Legali, impjegati tal-Arikvju, kif ukoll l-ufficcjal responsabbli mill-Office of Review. Waqt din il-laqgha kulhadd ta l-veduta tieghu u wara ttiehdu d-decizjonijiet relevanti; 5. L-Ufficjal inkarigat mill-Office of Review ha din id-decizjoni; 6. Kopja ta` l-invoices relattivi qed jitpoggew fuq il-mejda tal-Kamra.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sorveljanza saret s'issa mill-Ministru tal-Kunsilli Lokali tan-Naxxar minkejja li b'kuntratti għat-tindif u l-ġbir tal-iskart fin-Naxxar sar jiswa eluf ta' liri iżjed min qabel iżda l-kwalita' tas-servizz naqset ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Kemm il-darba d-domanda tal-Onor. Interpellant tirreferi ghall-kwalita tas-servizz fil-kazijiet ta` "Gbir tal-Iskart Domestiku" u "Tindif ta' Toroq" il-Field Services Branch regolarment tippubblika 'survey' li tkun ghamlet f`kull kunsill lokali f'Malta u Ghawdex u dawn is-'surveys' dejjem tpoggew fuq il-mejda tal-Kamra.