Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36073 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-supretendenti fil-korp tal-pulizija kif kienet fl-1 ta' Ottubru ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36072.
Leg 9 PQ #36074 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' l-ispetturi fil-korp tal-pulizija kif inhi illum bis-seniority u meta laħaq/laħqet spettur kull wieħed/waħda minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar Spetturi fil-Korp tal-Pulizija bis-Seniority u bid-data ta` meta laħqu Spetturi kull wieħed u waħda minnhom, kif ukoll id-data ta` l-ewwel ħatra, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36075 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rank ta' surġent maġġur fil-korp tal-pulizija ġiex abolit jew le? Meta l-aħħar li saru surġenti maġġuri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ir-rank imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ma ġiex abolit mill-Korp tal-Pulizija. L-aħħar li kien hemm ħatriet ta` Surġenti Maġġuri fil-Korp tal-Pulizija kien f`Ġunju 1994.
Leg 9 PQ #36173 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-obbligi proprja tax-xogħol tal-kuntistabbli li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kuntistabbli li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa stazzjonat Tas-Sliema fejn huwa assenjat bħala xufier.
Leg 9 PQ #36190 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Applikazzjozni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm il-progress ta' l-applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35732.
Leg 9 PQ #36218 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għasafar ta' l-Għana

Question

Jista' il-Ministru jsemmi liema għasafar ta' l-għana jistgħu jiġu mnasba fix-xahar ta' Marzu skond il-ftehim ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

L-għasafar ta` l-għana li jistgħu jiġu minsuba fix-xahar ta` Marzu huma il-verdun, l-ekru, il-ġojjin, il-gardell, l-isponsun, taż-żebbuġ u l-apparell.
Leg 9 PQ #36223 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għasafar

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-ispeċi ta' għasafar li llum huwa permess bil-liġi li jiġu kkaċċjati u minsuba f'pajjiżna? Jista' jgħid ukoll liema ser ikunu l-ispeċi ta' għasafar li jistgħu jiġu kkaċċjati u minsuba bil-ftehim milħuq ma' l-Unjoni Ewropea wara eventwali sħubija ta' Malta fl-Unjoni, sena b'sena għall-ewwel għaxar snin

Response (BORG, TONIO)

Jista` l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perijodu tas-sena qed jirreferi.
Leg 9 PQ #36231 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' nies li applikaw għall-eżami għall-pulizija, ta' dawk li ġew aċċettati u xi kwalifiki kellhom dawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 254 applikant li wieġbu għas-sejħa għal applikazzjonijiet għal dħul fil-kors ta` taħriġ għal kuntistabbli rġiel u nisa li kienet ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta` Settembru 2002. Dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu ipproċessati.
Leg 9 PQ #36286 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tarxien — Tindif ta' Toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li t-toroq Marjanu Gerado u New Street f'Dun Karm Street, Tarxien jitnaddfu minħabba l-ħmieġ esaġerat li hemm? Jista' jara li jitnaddaf plot fi Triq Marjanu Gerado u jittella' ħajt biex ma jintefax żibel?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-Pulizija għaddiet dan l-ilment lill-Kunsill Lokali li ser jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-post indikat jitnaddaf.

Fondazzjoni Wirt Artna — Bieb is-Sultan

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju ta' restawr u xogħol jinsab il-post mgħoddi lill-fondazzjoni Wirt Artna magħruf bħala Bieb is-Sultan?

Response (BORG, TONIO)

Peress li x-xogħol ta` restawr qed isir taħt is-superviżżjoni tar-Restoration Unit tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub sabiex jgħaddi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35779 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Transfers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru transfers jew allocations fil-korp tal-pulizija din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 198 membru tal-Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp. Minn dawn 89 ġew assenjati temporanjament xogħol konness mal-mewġa ta` klandestini li waslu Malta f`dawn l-aħħar ġimgħat. Ma` dawn kien hemm ukoll 72 rekluta li ġew allokati f`diversi Taqsimiet. Kif diġa` kelli kemm il-darba okkażżjoni li ngħid, it-tibdil ta` membri tal-Korp minn sezzjoni għal oħra jsir fl-aħjar interess ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Leg 9 PQ #35844 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kanali ta' l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35421, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-riżorsi u infrastruttura, jista’ jgħid min hu responsabbli li jara li jitnaddfu l-kanali ta’ l-ilma mill-ħmieġ u terrapien li jinġabar matul iż-żmien biex ikunu ħielsa ħalli jgħaddi l-ilma tax-xita mingħajr xkiel? Id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħek jaraw li dan ix-xogħol isir? Għandu dettalji ta’ kemm sar minn dan ix-xogħol minn Mejju sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

It-tip ta` xogħol li saret referenza għalih fil-Mistoqsija ma jaqa` taħt ir-responsabbilita` ta` ebda dipartiment fid-Dekasteru ta` l-Intern u l-Ambjent. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35845 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Gwardjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' gwardjani impjegati fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom ġew sospiżi f'dawn l-aħħar tliet snin minħabba ksur ta' dixxiplina? Kemm ġew sospiżi/mkeċċija fl-istess żmien għaliex kellhom kuntatti illeċiti mal-priġunieri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li preżentament in-numru ta` impjegati fi grad ta` gwardjan ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huma mija u tmenin (180). Infurmat ukoll li matul l-aħħar tlett snin ġew sospiżi sitt (6) impjegati tad-dipartiment minħabba ksur ta` dixxiplina. Il-kuntatt illeċitu mal-priġunieri jaqa` taħt il-ksur ta` dixxiplina.
Leg 9 PQ #35846 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva Kordin — Ammont ta' Priġunieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm priġunieri fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kemm minnhom huma barranin? Kemm minnhom huma nisa? In-nisa huma kollha Maltin? Kemm min-nisa u rġiel qed jiskontaw sentenza ta' ħabs u kemm qed jistennew biex jgħaddu proċeduri fil-Qorti?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li jien tajt ghal Mistoqsija Parlamentari Nru. 35711, ninsab infurmat illi t-taghrif l-iehor mitlub fir-rigward tal-prigunieri nisa hu kif gej:- Nazzjonalita Sentenzjati Arrestati Maltin 4 2 Barranin 1 6
Leg 9 PQ #35730 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Liċenzji ta' l-Insib

Question

Jista' il-Ministru jgħid kermm kien hemm persuni din is-sena li applikaw għal-liċenzja ta' l-insib? Kemm kien hemm persuni li l-applikazzjoni tagħhom ġiet milqugħha? Jista' jagħti l-istess statistika għas-snin 1999, 2000 u 2001, sena sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 665 persuna li applikaw għall-liċenzja ta` l-insib. Minn dawn s`issa ġew milqugħa 367. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul is-sena 1999 ġew milqugħa 54, fis-sena 2000 ġew milqugħa 160 filwaqt li s-sena l-oħra ġew milqugħa 358.
Leg 9 PQ #35732 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Twaqqigħ ta' Fabbrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli tipproċessa l-applikazzjoni 06254/01 biex titwaqqa' fabbrika eżistenti u tinbena oħra minflokha? Meta se tipproċessa l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Direttorat ta` l-Ippjanar fi ħdan il-MEPA analizza l-'Project Description Statement' u ġie stabbilit li m`hemmx bżonn ta` 'Environment Impact Assessment'. L-applikant intalab jissottometti construction and management plan, rapport dwar il-ħarsien kontra n-nirien u l-ventilazzjoni u l-livell massimu ta` enerġija elettrika li għandu bżonn l-iżvilupp. Kif din l-informazzjoni tingħata id-Direttorat jipproċedi bil-konsultazzjonijiet mad-dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili, l-Enemalta u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b`Diżabilita`.
Leg 9 PQ #35770 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi relatati ma' droga din is-sena? X'kien ir-reat u ta' liema nazzjonalita kienu l-akkużati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena tressqu 326 persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi ta` pussess u/jew traffikar ta` droga. In-nazzjonalita` ta` dawk akkużati kienu Maltija, Amerikana, Awstraljana, Ingliża, Kubana, Franċiża, Ġermaniża, Olandiża, Irlandiża, Taljana, Libjana, Ukrajna, Iraqqina, Kenjana u Marokkina.
Leg 9 PQ #35772 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Vetturi tal-Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi tal-pulizija li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 53 vettura tal-Pulizija involuta f`inċidenti tat-traffiku matul din is-sena.
Leg 9 PQ #35838 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tax-xorb/discos li ssemmew fir-rapport li ngħata mill-NSTS lill-pulizija dwar inċidenti u xorb li nbiegħ lit-tfal taħt l-eta'? F'kemm-il post inqalgħu inċidenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba lli jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35833.
Leg 9 PQ #35839 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Puluzija — Car Park Attendants

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni linċenzjati biex jagħmluha ta' car park attendants? Dawn huma liċenzjati għal xi post partikolari jew jistgħu jaħdmu fejn iridu fil-gżejjer Maltin? Tista' l-pulizija tara jekk dawk li qed jaħdmu ta' car park attendants fl-inħawi ta' l-iStadium Nazzjonali f'Ta Qali humiex liċenzjati jew le?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond tagħrif fornut mid-Direttorat għal Liċenzji u Testijiet hawn 50 persuna li għandhom liċenzja maħruġa mill-istess Direttorat sabiex jaħdmu bħala car park attendants fejn indikat fil-liċenzja. Ma jirriżultax li xi ħadd minn dawn huwa liċenzjat sabiex jaħdem fil-car park ta` l-Istadium Nazzjonali f`Ta`Qali.