Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28433 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Strip Searches

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' linji gwidi għandhom il-pulizija dwar strip searches li jistgħu jagħmlu fuq il-persuni? Jista' l-Ministru jpoġġi kopji ta' dawn il-linji gwidi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tfittxijiet fuq il-persuna, partikolarment waqt "parties" isiru minn żewġ uffiċjali tal-Pulizija u jsiru f`post privat u ċioe` li ma jkunx aċċessibli għal pubbliku u li jkun hemm privatezza. Il-persuna li tkun qed issirilha tfittxija qatt ma titneżża kompletament minn ħwejjiġha. Jekk, bħal ma ġieli kien hemm każi, il-Pulizija jissuspettaw xi ħaġa moħbija f`xi partijiet intimi tal-persuna, din tiġi mitluba hija jew huwa stess sabiex ineħħu dawk l-oġġetti moħbija. F`każ li jirrifjutaw, li sa issa ma kienx il każ, jiġi nfurmat il-Maġistrat ta` l-Għassa li jagħti d-direttivi huwa u dawn jiġu riferuti l-isptar. Rigward il-metodu ta` min jiġi mfittex, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-membru tal-pulizija partikolari li jkollu jistrieħ fuq il-mod ta` kif persuna taġixxi, il-kumpanija li tkun magħha jew li jkunu magħrufa fiċ-ċirku tad-droga. Fuq kollox, tfittxija bħal din issir biss meta jkun assolutament neċessarju u meta l-Pulizija jkollha suspett raġonevoli ta` xi abbuż. In-numru ta` dawn it-tfittxijiet huwa minimu fejn it-tfittxijiet l-oħra normali li jsiru (frisking). Tajjeb jingħad li minn aktar minn 8,000 tfittxija (frisking) li sar waqt il-party li sar il-Marsa, kien hemm biss 125 strip searches li 101 kien irġiel u 24 kienu nisa. Ma hemmx linji ta` gwida speċifiċi rigward tfittxijiet personali fuq il-persuna, għalkemm il-Kodiċi Kriminali jirregola kif, meta u fejn għandhom isiru tfittxijiet in ġenerali.
Leg 9 PQ #28434 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Strip Searches

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru 2001 xahar b' xahar kemm saru strip searches mill-pulizija f' Malta u f' Ghawdex? Kemm saru fuq ġuvintur u kemm saru fuq tfajliet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Xahar Irġiel Nisa Ġunju 5 4 Lulju 26 4 Awissu 132 32 Settembru 58 5
Leg 9 PQ #28453 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Qawra Coast Development Brief

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Qawra Coast Development Brief?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Qawra Coast Development Brief. Aktar kopji ta` dan il-brief jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #28483 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija nru. 28163?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-20 ta` Settembru ta` din is-sena l-impjiegi ġodda b`mod permanenti ma` aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward in-numru ta` impjiegi ġodda fis-Servizz Pubbliku nitlob lill-Onorevoli Interpallant jirreferi għar-risposta li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28127.
Leg 9 PQ #28493 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Żejtun — Proġetti

Question

Wara diversi residenti fi Triq il-Gwiedi, Zejtun u fi Triq l-Ispirtu Santu, Zejtun esprimu it-tħassib tagħhom dwar il-proġett ta' bini ta' garages u maisonettes f'dan il-post, jista l-Ministru jikkonferma jekk saritx applikazzjoni biex il-pjanti oriġinali jerġgħu jinbiddlu u minflok ma' jitħawwlu siġar u jsiru bankijiet quddiem dan il-proġett kif oriġinarjament kien ippjanat qed jintalab li jsir parking area minflok? Billi dan il-proġett kien qajjem ħafna ilmenti għax inbena minflok masġar li kien hemm fil-qalba l-antika tar-raħal taż-Żejtun fejn t-toroq diġa huma dojoq ħafna u billi dan il-proġett li diġa kif inhu jistona ħafna ma' l-ambjent tal-post, kompla faga ir-residenti ta' madwaru, possibli l-Awtorita' ta' l-Ippjanar din id-darba tara l-implikazzjonijiet sew qabel tapprova xi talba biex dan il-post ikompli jiġi soffokat b'xi parking area minflok is-siġar u l-bankijiet li kienu ipjanati oriġinarjament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemm ebda talba ġdida għat-tibdil fil-pjanti approvati għall-iżvilupp fit-toroq msemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28495 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tara li l-proġett ta' bini ta' maisonettes u garages fi Triq il-Gwiedi, Zejtun jitlesta u jimxi skond il-pjanti oriġinali għax il-kostruzzjoni għadda ma tlestiex minkejja li għaddew xi 7 snin u dan qed ikun ta' detriment kbir għar-residenti ta' madwar dan il-proġett li joqodgħu f'toroq dojoq w allura l-inkonvenjent hu ferm akbar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bini msemmi mill-Onor. Interpellant qiegħed jinbena skond il-pjanti approvati. Għalkemm dan il-bini ilu ħafna li nbeda, il-permess ġie mġedded u għadu validu.
Leg 9 PQ #28496 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Inċidenti tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irraportati inċidenti tat-traffiku fil-parti tat-triq li mill-Marfa twassal saċ-Ċirkewwa f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm minn dawn irriżultaw f' imwiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċidenti tat-traffiku rrapurtati lill-Pulizija li seħħew fi Triq il-Marfa u Triq iċ-Ċirkewwa, Mellieħa, f`dawn l-aħħar tlett snin kienu hekk: Sena Numru ta` inċidenti tat-traffiku rrapurtati Fatali 1999 34 xejn 2000 44 2 2001* 74 1 *Sat-30 ta` Settembru.
Leg 9 PQ #28498 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Extensions tat-Telefons

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi n-nies li jċemplu d-Depot u jitolbu li jqabduhom ma' xi għassa partikulari ta' spiss jgħidulhom li l-extension hi bil-ħsara, possibli meta tinqala' ħsara jittieħdu passi biex dawn l-extensions jiġu irranġati mill-ewwel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tieħu azzjoni mill-ewwel hekk kif tkun innotata xi ħsara kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Ikun hemm ċertu ħsara li tkun tista` tiġi rimedjata f`qasir żmien, pero` jista` jkun il-każ li jkun hemm ħsarat li jkunu jirrikjedu aktar xogħol. Ta` min isemmi illi fil-preżent hemm għaddejjin il-proċeduri meħtieġa sabiex il-PABX tinbidel għal waħda aktar moderna.
Leg 9 PQ #28533 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Principal Technical Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-ħtieġa li jinħoloq l-impjieg ta' principal technical officer tad-dipartiment tan-Nutar tal-Gvern? Jista' l-Ministru jassigura li l-proċeduri li se jintużaw biex jinħatar dan l-uffiċjali mhux ser ikun proċeduri li b'xi mod jivvantaġġjaw lil xi ħadd li hu viċin ta' persuna prominenti li jaħdem fil-media tal-Partit Nazzjonalista.

Response (BORG, TONIO)

Peress li ilha tinħass il-ħtieġa li s-sigurta` fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern tissaħħaħ, kif ukoll li tingħata spinta lill-proċess tat-Teknoloġija ta` l-Informatika in ġenerali u ta` Digitised Imaging in partikolari, u in vista li huwa ppjanat il-bini ta` Arkivji ġdid, hemm il-bżonn ta` persuna fil-grad ta` Principal Technical Officer biex jieħu ħsieb dawn id-diversi proġetti fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. Il-proċeduri wżati għall-ħatra ta` dan l-uffiċċjal kienu dawk normali li solitament isiru permezz tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #28538 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pjazza Filippo Sciberras — Triq Sant' Anna

Question

Huwa assolutament meħtieġ li f'Triq Sant' Anna l-Floriana, kantuniera ma' Pjazza Filippo Sciberras, jibqa' jiġi pprojbit l-Ippjanar ta' vetturi peress li dawn qed itellef ħafna kummerċ lill-ħwienet fil-viċinanzi?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28352. Iżda ser jittieħdu passi biex tittaffa l-problema.
Leg 9 PQ #28592 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet u kemm jammontaw fi flus għal refunds dovuti lill-Nutara/membri tal-pubbliku/entitajiet governattivi separatament in konnessjoni ma' ħlas għal riċerki ordnati fir-reġistru pubbliku ta' Malta u kemm ilhom jistennew l-aktar dawn il-pendenzi biex jiġu mħallsa?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28272, ninsab infurmat illi bħalissa qegħdin jiġu identifikati l-każijiet li jimmeritaw li jingħataw "refund" ħalli wara li dan ikun awtorizzat, ikun jista` jsir ir-refund dovut. Għalhekk it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28142 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienu s-serqiet rappurtati lill-Pulizija matul Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm fuq djar, karozzi u turisti?

Response (BORG, TONIO)

Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija, għall-perijodu minn Jannar sa Lulju 2001, nirreferih għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 23502, Nru. 24191, Nru. 25117, Nru. 25618 u Nru. 27950. Rigward ix-xahar ta` Awissu 2001, ninsab infurmat illi n-numru ta` każi ta` serq irrapurtat lill-Pulizija kien ta` 1,024, li minnhom 56 kienu każi ta` serq minn residenzi, filwaqt li kien hemm 356 każi li jirrigwardjaw serq ta` u minn karozzi. Dwar serq fuq barranin, ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awissu 2001, in-numru ta` każijiet ta` serq irrappurtat kien ta` 1,297. Dawn il-persuni mhux bilfors kienu turisti.
Leg 9 PQ #28339 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ġurijiet pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28395 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Kummissarju tal-Pulizija bħala ġest ta' ringrazzjament għal xogħol konness mal-kariga tiegħu qattx ingħata arloġġ tal-marka EBEL minn xi ħadd? Min tah dan ir-rigal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Novembru 1995 kienet ġiet Malta delegazzjoni Libjana għall-taħdidiet mal-Pulizija Maltija. Bħala ġest ta` apprezzament, id-delegazzjoni Libjana tat arloġġ ta` l-idejn lil kull wieħed mill-membri tad-delegazzjoni Maltija, li kienet magħmula mill-Kummissarju, Supretendent u Spettur tas-CID.
Leg 9 PQ #28397 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' vjaġġi li għamel il-Kummissarju tal-Pulizija, fl-aħħar sentejn bil-baħar u ma' min? Meta saru dawn il-vjaġġi u intalabx permess jew inkella infurmax lill-Ministru bil-vjaġġi li kien qiegħed jagħmel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma marx.
Leg 9 PQ #28400 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x' sehem kellu l-Kummissarju tal-Pulizija biex jitressaq każ il-qorti fil-konfront ta' cittadina Ciniża isimha qed jintbagħat separatament biex din titkeċċa minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999 il-Kummissarju tal-Pulizija wasallu lment li l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet qed tirrikatta ċittadin Malti u dan ma xtaqx li jagħmel rapport dwar dan sabiex ma jkissirx il-familja. Meta l-Kummissarju tal-Pulizija iċċekkja mas-subalterni tiegħu l-pożizzjoni immigratorja tal-persuna kkonċernata, sab li din kienet Malta llegalment u għaldaqstant ta ordni sabiex jittieħdu proċeduri neċessarji għat-tkeċċija tagħha. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Dr M Hayman LL.D., ma laqgħetx din it-talba, iżda peress li ċ-ċittadina Ċiniża kienet għadha Malta fi stat illegali, reġgħu ittieħdu passi kontra tagħha quddiem il-Qorti diversament preseduta u nstabet ħatja. Peress li matul il-proċeduri iċ-ċittadina kienet iżżewġet Malti, il-Qorti ma ordnatx it-tkeċċija tagħha.
Leg 9 PQ #28330 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Vapuri Militari

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta' l-ordni biex il-vapuri militari Ingliżi kif ukoll Amerikani salpaw 'il barra minn xtutna hekk kif sar dak id-diżastru fl-Amerika?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28337 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li nqabdu minn Jannar sallum? Minn liema pajjiżi kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Jannar ta` din is-sena sal-lum, ma kien hemm ebda każ ta` klandestini li nqabdu jippruvaw jidħlu Malta illegalment. Naturalment diversi persuni tressqu l-Qorti talli kienu f`Malta illegalment; oħrajn ġew respinti fil-punt ta` dħul fl-Airport jew Seaport.
Leg 9 PQ #28389 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Prim Ministru infurmahx li sar ilment miegħu minn John Azzopardi dwar l-imġieba tal-Kummissarju tal-Pulizija ma' martu? Jista' jgħid jekk il-Prim Ministru infurmahx b' ittra li r-raġel tal-mara kitiblu fejn infurmah li se jieħu passi fil-qorti kontra l-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Jiena qatt ma rċevejt ilment minn għand il-koppja Azzopardi, la qatt iltqajt magħhom jew talbu li jiltaqgħu miegħi; kif għidt il-Prim Ministru nformani f`ċertu żmien bl-allegazzjonijiet tas-Sur John Azzopardi, li ma kenux l-akkużi li qed jiġu rapportati li qed jiġu nvestigati llum, liema allegazzjonijiet kienu ġew miċħuda mill-Kummissarju; il-Prim Ministru nformani li irċieva ittra mingħand is-Sur John Azzopardi li fiha qal li ser jittieħdu passi legali minħabba l-aġir li hu kien allega; x`passi legali u ta` liema xorta ma ġiex indikat.
Leg 9 PQ #28390 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sentejn li għaddew x' karozzi kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-Kummissarju tal-Pulizija? Jekk f' dawn is-sentejn il-karozzi kienux involuti f' xi inċident tat-traffiku? Meta seħħew l-inċidenti jekk saru u min kien qiegħed isuq il-karozza dak il-ħin li saru l-inċidenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar sentejn, il-Kummissarju tal-Pulizija kellu għad-dispożizzjoni tiegħu dawn il-vetturi - Ford Granada; Opel Record; Opel Vectra u Alfa Romeo. L-inċidenti li kienu nvoluti dawn il-vetturi, huma: 05.06.00 Il-karozza kienet misjuqa mill-Kummissarju, meta karozza oħra baqgħet dieħla fuq il-ġenb tal-karozza tas-servizz. 22.11.00 Il-karozza kienet misjuqa mid-driver u baqgħet dieħla ġol-karozza ta` quddiemha. 18.05.01 Il-karozza kienet misjuqa mid-driver, meta karozza oħra baqgħet dieħla fuq wara tal-karozza tas-servizz.