Jikkonferma l-Ministru li f'laqgħa li saret dan l-aħħar għall-assistenti kapijiet intqal lilhom li jekk ħadd minnhom ma kien se japplika, id-diviżjoni kienet se taħtarhom direttament hi? Dan ma jmurx kontra l-ftehim ma' l-MUT?
Response (GALEA, LOUIS)
M'inix informat li saret xi laqgħa dan l-aħħar għall-assistenti kapijiet fejn intqal lilhom dak allegat fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid fl-eżamijiet tal-MATSEC fil-livell intermedju u dak avvanzat kemm kien hemm ilmenti bil-miktub permezz ta' e-mail jew xort'oħra, dwar żbalji u jew ineżattezzi fis-suġġetti varji? Liema kienu s-suġġetti u x'kienu l-ilmenti? Jista' jgħid ukoll x'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena kien hemm ilment wieħed dwar mistoqsija fl-ezami tal-Malti fil-livell Intermedju li skond l-ilment kienet dwar aspett barra mis-sillabu. Irrizulta izda li ma kienx hemm bazi għal dan l-ilment. Ma kienx hemm ilmenti oħra dwar zbalji jew inezattezzi fil-karti ta' l-ezami.
Informat ukoll li kien hemm ilment dwar l-ezami ta' Paper II fil-Kimika fil-Livell Avvanzat għaliex l-istudenti ma ngħatawx kopja tal-Periodic Table waqt l-ezami. L-ebda mistoqsija f'din il-karta ma kienet titlob tagħrif dwar il-Periodic Table u għalhekk l-istudenti ma kienux zvantaggjati. Kien hemm ilment ieħor li xi 10 minuti wara li beda l-ezami ta' l-Ekonomija fil-livell Avvanzatl-iskritt tal-kandidati inbidel izda ingħata ħin barrani biex jagħmel tajjeb għal ħin li ntilef.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26243, jista' l-Ministru jgħid liema rakkmandazzjonijiet fir-rapport tal-MATSEC twettqu s'issa u liema huma l-oħrajn li huwa maħsub li jitwettqu? Jista' jgħid minn meta se jitwettqu?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inzid mat-tweġiba diġa' mogħtija għall-Mistoqsija ċitata.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26244, jista' l-Ministru jgħid meta tlesta r-rapport dwar is-servizz tal-Guidance and Counselling u meta wasal għandu?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inzid mat-tweġiba diġa' mogħtija għall-Mistoqsija ċitata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex tlett studenti ta' l-MCAST li attendew kors ta' carers u jbatu mid-dyslexia ma ngħatawx l-għajnuna waqt l-eżami u wara li għamlu r-re-sit damu ġimgħat ma ngħataw ir-riżultati, anzi ġew mitluba biex jerġgħu jagħmlu l-eżami għal darb'oħra u kien wara li oġġezzjonaw fuq parir tat-tabib tagħhom li ngħataw ir-riżultat żmien wara? Għaliex m'hemmx arranġamenti partikolari għal żgħażagħ bħal dawn li b'tant entużjażmu jidħlu biex jitħarrġu iżda mbagħad isibu ostakoli mhux mistennija a bażi tad-diffikulta' tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ħadd mill-istudenti fuq dan il-programm ma nforma lill-MCAST dwar dyslexia jew xi ħtiġijiet oħra speċjali. L-MCAST minn dejjem kellu nies apposta fis-sezzjoni ta' l-Inclusive Education Unit, biex jieħdu ħsieb jagħtu l-għajnuna neċessarja lil dawk li jipprovdu evidenza professjonali minn tobba jew esperti oħra.
Minħabba l-livell baxx ta' edukazzjoni tagħhom, dawn l-istudenti ingħataw għajnuna addizzjonali fil-Malti u fl-Ingliz matul il-kors kollu biex jgħinhom fl-istudji tagħhom. Dan sar mingħajr ebda spejjez għall-istudenti konċernati.
Jista' l-Ministru jara li t-talba għal facilitator, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi proċessata peress li l-istudent in kwestjoni kulma jmur sejjer ħafna lura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li se jsir dak kollu possibli biex din l-applikazzjoni tiġi pproċessata qabel il-bidu tas-sena skolastika li ġejja.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-istudent ta' l-MCAST li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li m'għaddiex mill-eżami indikat separatament, l-ewwel ġie infurmat li l-każ tiegħu huwa borderline u allura ser isirlu interview u mbagħad ġie infurmat li ma kienx ser isirlu l-interview bil-konsegwenza li issa ma jistax ikompli l-kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal sal-ħin li jkun irid jiġi mgħoddi lill-uffiċċju ta' l-iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' min applika għall-post ta' associate professor fl-Universita' ta' Malta minn Jannar 2004 'il quddiem u jgħid f'kull każ:
1) id-data tal-ġurnata meta l-Universita' rċeviet l-applikazzjoni;
2) id-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u materjal relatati ma' l-applikant intbagħtu mill-Universita' ta' Malta lill-Association of Commonwealth Universities f'Londra;
3) id-data li fiha l-Association of Commonwealth Universities bagħtet il-materjal għand ir-referees tagħha;
4) id-data li fiha l-Universita' ta' Malta rċeviet ir-risposta dwar l-applikazzjoni;
5) id-data li fiha kull applikant irċieva avviż dwar l-andament ta' l-applikazzjoni tiegħu/tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal sal-ħin li jkun irid jiġi mgħddi lill-uffiċċju ta' l-iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' l-MCAST li qed jattendu ċentri privati ta' l-IT għall-korsijiet tagħhom peress li m'hemmx spazju u faċilitajiet għalihom fl-MCAST fil-qasam ta' l-ITC? Jista' jgħid kemm kienu dawn l-istudenti fil-bidu tal-kors u kemm hemm minnhom li m'għadhomx jattendu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti ta' l-MCAST li qed jattendu ċentri privati ta' l-IT hu kif ġej:
Registered Currently
Training Providers 01 Dec '06 Attending Resigned
Computer Domain 55 50 5
Key Training Services 54 42 12
St Martin's Institute of IT 31 29 2
STC Training 23 23 0
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26471 u għar-risposta relattiva peress li l-ilmenti saru lill-Interpellant li mbagħad tressqu lill-Ministru permezz tal-mistoqsija parlamentari msemmija u allura l-ilment wasal fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn l-istudenti tal-BCom intalbu jiktbu isimhom u n-numru tal-karta ta' l-identita' fuq il-karta ta' l-eżami tagħhom meta normalment jitniżżel index number?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita', għalkemm mhix obbligata, tuża s-sistema ta' 'blind marking', jiġifieri li l-ezaminatur jimmarka l-karti ta' l-ezami mingħajr ma jkun jaf l-identita' ta' l-istudent. Il-parti fejn l-istudenti jikteb ismu u n-numru tal-karta ta' l-identita' tinqata' u tinżamm mill-amministrazzjoni wara li jingħata numru li jitniżżel ukoll fuq il-manuskrit li jgħaddi għand l-eżaminaturi. Din is-sistema tintuża fil-Fakultajiet kollha mhux għall-istudenti tal-B.Com biss.
Nixtieq nerġa ninforma lill-Onor. Membru li ma kien hemm l-ebda ilment dwar dan la minn xi student u lanqas minn rapprezentanti ta' l-istudenti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26440, jista' l-Ministru jispeċifika kemm hemm educational psychologists impjegati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Jista' jelenka x'inhuma l-funzjonijiet ta' dawn il-professjonisti? Kemm ilhom li ġew ingaġġati u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu fiż-żmien qarib? Peress li f'pajjiżi bħall-Amerika ta' fuq huwa stmat li madwar wieħed minn kull ħamest itfal għandu xi forma ta' dyslexia u probabilment hawn Malta u f'pajjiżi oħrajn ir-rata hija pjuttost simili, jista' jgħid jekk hux qed isir screening programme fl-iskejjel primarji tagħna? U dan vis-a-vis tal-fatt li kemm-il darba dawn it-tfal jiġi djanjostikati kmieni, ikun possibli li fil-maġġoranza tagħhom tiġi korretta d-diżabilita' tagħhom u fl-istess ħin żgur u mhux forsi nkunu qegħdin innaqqsu r-rata ta' illtteriżmu li għandna f'pajjiżna.
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal sal-ħin li jkun irid jiġi mgħoddi lill-uffiċċju ta' l-iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jaf il-Ministru li filwaqt li huwa sew il-MCAST jiġi estiż u li huwa maħsub li ser ikun qed jiġbor fih l-istudenti kollha ta' Malta f'dan il-kulleġġ, fl-istess nifs l-Enemalta qegħda tibni tankijiet għal ħażna tal-gas/żejt ftit mijiet ta' metri biss 'l bogħod minn dan il-lok? Ma jaħsibx li din l-approssimita' ta' eluf ta' żgħażagħ Maltin daqstant viċin ta' dan il-periklu huwa nuqqas ta' ippjanar serju min-naħa tal-Kabinett tal-Ministri? Jekk Allaħares qatt iseħħ inċident fil-futur min ser jassumi r-responsabbilta?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li ġejt infurmat li ma jirrizultax li hemm xi periklu jew nuqqas ta' ppjanar kif qed jgħid l-Onor. Membru, ser inkompli nsegwi l-materja mqanqla.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fid-dipartiment hemm casual cleaners li ilhom is-snin jaħdmu b'dan it-tip ta' kuntratt, uħud aktar minn tmien snin? Jista' jgħid jekk dawn l-impjegati humiex se jibqgħu b'dan il-kuntratt u jekk le, x'se jsir?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif ikun indikat f'kull sejħa għall-applikazzjonijiet, l-ingaġġ ta' Casual Cleaners huwa ta' natura għal kollox temporanja għax, kif juri l-isem stess, is-servizz tal-Casual Cleaners ikun maħtieġ biss għal numru ta' siegħat fil-ġimgħa jew matul perjodu partikolari tas-sena biex jassistu lill-istaff inkarigat mit-tindif fejn ikun hemm nuqqas ta' General Hands.
Hekk, per ezempju, il-Casual Cleaners fl-iskejjel jitwaqqfu matul il-vaganzi tas-sajf jew parti minnhom, meta l-istaff permanenti jkun jista' jlaħħaq aħjar mat-tindif.
Mhix il-prerogattiva tal-Ministeru li jagħmel tibdil fil-kundizzjonijiet ta' l-ingaġġ.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' ċirkulari li ntbagħtet lill-iskejjel dwar talbiet minn membri parlamentari speċjalment fejn jidħlu preżentazzjonijiet? Jista' jgħid ukoll din iċ-ċirkulari sa liema livell edukattiv trid tiġi applikata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa ma nħarġet l-ebda ċirkulari. Iżda qed tiġi abbozzata policy biex f'dan l-istadju Membri Parlamentari u Membri Kandidati għall-elezzjoni ta' membri fil-Kamra tad-Deputati u f'Kunsilli Lokali ma jibqgħux jiġu mistiedna għal preżentazzjonijiet f'attivitajiet edukattivi fl-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26247, jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm biss ftit skejjel li nfurmaw lill-bord li jissorvelja l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin meta organizzaw korsijiet tat-TEFL? Jaf li hemm ħafna aktar skejjel li b'mod regolari jorganizzaw dawn il-korsijiet? X'passi se jieħu issa u fil-konfront ta' min?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li safejn ġie nformat il-Bord li jissorvelja t-Tagħlim ta' l-Ingliz bħala Lingwa Barranija, kienu s-sitt skejjel imsemmija fit-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari 26247, li għamlu korsijiet fl-ewwel erba' xhur tal-2007. Jekk jirrizulta li kien hemm xi skola jew skejjel għamlu xi korsijiet tat-TEFL għall-għalliema prospettivi mingħajr l-approvazzjoni tal-Bord, dan il-Bord izomm id-dritt li ma jgħarafx dik il-kwalifika.
Jista' l-ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26249, 25744 u 24803 u jagħti dettalji dwar l-assenteiżmu fit-tieni term tas-sena skolastika fl-iskejjel ta' l-istat imqassma fi primarji u sekondarji? Jista' jagħti wkoll informazzjoni f'liema skejjel kien hemm persentaġġ għoli ta' assenteiżmu? X'passi konkreti qed jittieħdu fil-konfront ta' studenti li qed ikunu assenti b'mod regolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tfal li ma jattendux skola u ma jkunux koperti minn ċertifikat mediku jew inkella ma jagħtux raġuni valida għaliex mhux qed jattendu skola ikunu meqjusa assenti. F’każijiet fejn l-istudent ikollu xi appuntament mediku l-iskola tiġi informata u dak l-istudent jiġi skużat. F’dawn il-każijiet u f’każijiet ta’ mard li jinqala matul s-sena u li jkun kopert minn ċertifikat mediku, wieħed ma jistax issejjaħ lil dawn l-istudenti bħala assenti mingħajr raġuni valida. Fit-tabella, li qed ngħaddi lill-Onor. Interpellant, skola b’skola, kemm fil-livell primarju, kif ukoll fil-livell sekondarju hemm n-numru ta’ tfal li jkun assenti mill-iskola minghajr ċertifikat jew li ma jigux skużati għall-raġuni valida. F’dawn il-każijiet it-taqsima ta’ ħaddiema soċjali fi ħdan id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni tidħol f’kull każ u tiehu l-azzjoni li jkun hemm bżonn. Din l-azzjoni tista’ tvarja skond il-każ minn appoġġ għall-familja u saħansitra ċitazzjonijiet mill-qrati tagħna.
Fis-settur primarju, fit-tieni term ta’ din is-sena skolastika, l-għola numru ta’ assenteizmu kien f’Jannar fl-iskola tal-Belt Valletta fejn f’kull ġurnata ta’ skola kienu assenti mingħajr ċertifikat jew skuzati medja ta’ 3 studenti minn popolazzjoni ta’ 172. Fix-xahar ta’ Frar, fl-istess skola kienu assenti medja ta’ 4 studenti minn popolazzjoni ta’ 173. U fix-xahar ta’ Marzu, l-iskola ta’ Bormla kellha medja ta’ 3 it-tfal assenti minn popolazzjoni ta’ 203.
Fis-settur sekondarju, fix-xahar ta’ Jannar, f’kull gurnata skolastika, l-iskola ta’ Fra Diego Bonanno, Marsa, medja ta’ madwar 4 studenti assenti minn popolazzjoni ta’ 140. Fix-xahar ta’ Frar, l-iskola ta’ Lorenzo Manche, Floriana kellha medja ta’ 4 studenti assenti kull ġurnata ta’ l-iskola minn popolazzjoni ta’ 185 u fix-xahar ta’ Marzu, l-iskola ta’ Erin Seraccino Inglott, Bormla kellha medja ta’ 4 studenti assenti kull ġurnata ta’ l-iskola minn popolazzjoni ta’ 440.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti bil-miktub permezz ta' e-mail, jew ittra, jew b'xi mod ieħor dwar żbalji u/jew ineżattezzi fil-karti ta' l-eżamijiet tas-SEC fil-livell ordinarju? F'liema suġġetti u x'kienu l-ilmenti? X'deċiżjonijiet ittieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena fil-Livell tas-SEC kien hemm ilmenti dwar ineżattezzi f'Paper II A tal-Matematika, f'Paper I tal-Kimika, fil-karti tal-Fiżika u f'Paper I ta' l-Istorja.
Informat ukoll li rriżulta li ma kienx hemm bażi għall-ilmenti li saru dwar l-eżamijiet tal-Matematika, Kimika u Fiżika. Fil-każ ta' l-Istorja kien hemm żball f'mistoqsija ta' żewġ marki f'waħda mis-sezzjonijiet. F'dan il-każ ġie deċiż li l-kandidati li għażlu dik is-sezzjoni ma jitilfux marki minħabba din il-mistoqsija.