Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerta persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - fl-iskola tal-junior lyceum tal-bniet Margaret Mortimer f'Sta. Lucija qegħda timponi fuq l-istudenti tal-form 1 li jixtru biss prodotti skolastiċi li tiddetta hi? Jista' jgħid jekk din għandhiex permess tagħmel dan? Jekk fin-negattiv, x'passi se jittieħdu ħalli dan l-abbuż jieqaf?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna indikata separatament ma aġixxietx minn rajha iżda fuq struzzjonijiet tal-Kunsill Skolastiku ta' l-iskola imsemmija.
Il-Kunsill Skolastiku ta' din l-iskola joffri servizz lill-ġenituri ta' l-istudenti kollha li jattendu l-iskola (u mhux biss tal-Form I) billi jġib l-iskola il-kuntrattur li jagħmel diversi partijiet ta' l-uniformi ħalli jbiegħhom lil dawk il-ġenituri li jkunu jridu jixtruhom mill-iskola. Ċertu items oħra ta' l-uniformi jinbiegħu mill-iskola stess.
F'din l-iskola sar dan il-bejgħ fuq ix-xewqa tal-ġenituri, u l-Kunsill Skolastiku aġixxa fuq din it-talba. Il-Kapijiet ta' l-iskejjel ġew infurmati b'memorandum li fl-iskejjel ma għandux isir bejgħ jekk mhux ta' oġġetti li huma 'school identity builders' bħal, per eżempju, school diaries, badges, ingravajjet, eċċ...
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu training grants lill-industrija fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament? Liema setturi industrijali bbenefikaw? Jista' jgħid kemm għad hemm kumpanniji li għad għandhom jistennew li jingħataw dawn il-grants? Kemm jammontaw u għal liema snin huma dovuti?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif li wasalli mill-ETC dwar il-mistoqsija.
In vista tal-fatt li l-Amministrazzjoni qegħda tisħoqq tant dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-xogħol, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni ċertifikati li huma effetwati minn kundizzjojni ta' saħħa xejn tajba jew minħabba raġunijiet mediċi inkella naxxenti mill-istess post tax-xogħol, dawn iċ-ċertifikati qegħdin jiġu injorati u l-vittmi ta' tali sitwazzjonijiet qegħdin jiġu soġġetti għall-kondizzjonijiet psikoloġikament xejn xierqa u dan f'diversi skejjel f'Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tagħti importanza kbira lis-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol. Ma nafx b'każi ta' persuni b'ċertifikati mediċi li qed jiġu injorati. Jekk. l-Onor. Membru jgħarrafni b'xi każ partikolari, dan ikun jista' jiġi evalwat u kkonsidrat skond il-merti tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix xi policy dwar il-kapijiet ta' l-iskejjel, kif dawn jiġu magħżula u kif jintbagħtu fl-iskejjel ngħidu aħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-kapijiet ta' l-iskejjel jiġu magħżula wara li tkun ħarġet is-sejħa mill-PSC għall-applikazzjoni biex jimtlew il-vaganzi li jinħolqu.
L-applikanti jidhru quddiem bord imwaqqaf mill-PSC. Ir-riżultati ta' dan l-interview jistabbilixxi l-order of merit.
Meta jiġi biex jintbagħtu fl-iskejjel, diversi fatturi jittieħdu in konsiderazzjoni, l-aktar it-tip u l-ambjent ta' l-iskola konċernata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm subject coordinators u f'liema suġġetti? Jista' jgħid ukoll x'kondizzjonijiet għandhom dawn is-subject coordinators?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li is-Subject Co-ordinators minbarra x-xogħol tagħhom jagħtu 14-il lezzjoni ta' 45 minuta fil-ġimgħa li jistgħu jiżdiedu b'żewġ lezzjonijiet oħra jekk is-suġġett li jgħallmu jirrikjedi aktar sigħat fil-ġimgħa.
Numru ta' Subject Suġġett
Co-Ordinators
2 Art
2 Business Studies
1 Chemistry
14 English
4 French
3 Geography
2 German
4 History
2 Home Economics
2 Information & Communication Technology
3 Integrated Science
4 Italian (2 on attachment at MCAST)
10 Maltese
15 Maths
3 Physical Education
7 Physics
5 Primary Education
4 Religious Knowledge
3 Social Studies
3 Technology Education
2 Textile Studies
Total 95
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li qed igħallmu fl-iskejjel sekondarji u junior lyceums li mhux qed igħallmu s-suġġett tagħhom? Jista' jgħid ukoll x'suġġett qed igħallmu u liema suppost jgħallmu? X'inhi r-raġuni ewlenija għalfejn jiġri dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat kif ġej:
Skola X'suġġett qed jgħallem X'suġġett suppost jgħallem
Agius De Soldanis Tech. Design Art
Lily of the Valley GSS
Mosta Ingliż lit-tfal batuti Technical Design
Naxxar Higher Secondary Sociology Maltese/Philosophy
M'Assumpta GSS
Ħamrun Religion Textiles
St. Francis of Assisi BSS
Sta. Venera Technology Education Electrical Installation
St. Josph BJL
Corradino P.E. Motor Vehicles
Għalliema jgħallmu suġġett ieħor u mhux il-main subject għal diversi raġunijiet fosthom:
a) is-suġġett ma jibqax jiġi magħallem bħal fil-każ ta' Electrical Installation u Motor Vehicles; jew
b) ftit studenti jagħżlu is-suġġett u l-għalliem jibda jgħallem s-subsidiary subject tiegħu; jew
c) is-suġġett li qed jgħallem ikun relatat mas-suġġett prinċipali tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jingħatax rendikont tal-canteens fl-iskejjel? Jekk iva, lil min jingħata dan ir-rendikont?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-canteens fl-iskejjel ta' l-istat huma immexxija b'waħda minn żewġ sistemi.
Il-biċċa l-kbira tal-canteens fl-iskejjel ta' l-istat huma immexxija minn kuntratturi privati magħżula mill-Kunsill ta' l-Iskola, li jiksbu t-tmexxija tal-canteen b'offerta pubblika. Dawn ma jissottomettu l-ebda rendikont tal-finanzi tal-canteen.
Xi canteens jew tuck shops jitmexxew mill-Kunsill ta' l-iskola. F'dawn il-każi, jinżamm rendikont ta' l-istess skola, li minn żmien għal żmien jiġu awditjati mill-Awditur Ġenerali.
Jista' il-Ministru jgħid fis-sena skolastika 2002/2003 kemm ġew irrapportati każi ta' għalliema/kindergarten assistants li kienu każi ta' dixxiplina? Ta' liema natura kienu dawn il-każi? Dwar kemm minnhom ittieħdu passi dixxiplinarji? Liema kienu dawn il-każi? X'passi dixxiplinarji ttieħdu? Dwar l-oħran li s'issa tħallew għaddejjin, se jittieħdu xi passi dixxiplinarji fil-ġejjieni qarib? Għaliex dwar dawn ta' l-aħħar ma ttieħdux passi dixxiplinarji u jekk hu l-każ, lanqas se jittiħedu fil-ġejjieni qarib?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena skolastika 2002/2003 kien hemm 51 każ ta' dixxiplina kontra Għalliema u Kindergarten Assistants.
Dawn kienu mqassmin hekk:
i) 24 każ ta' Disciplinary Charges (Regulation 20)
ii) 26 każ ta' twiddiba bil-miktub (Regulation 19)
iii) każ wieħed ta' assentejiżmu mingħajr leave (Regulation 36)
Il-każijiet taċ-charges kienu jikkonċernaw:
i) 22 każ ta' diżubbidjenza
ii) każ ta' imġieba arroganti
iii) każ ta' nuqqas ta' osservanza ta' regoli u regolamenti
Dwar il-każijiet ta' twiddiba bil-miktub dawn kienu kollha każijiet fejn l-individwi rrapurtaw morda u t-tabib ma sabhomx id-dar meta żarhom. Fil-każ tar-Regulation 36 dan kien każ ta' assentejiżmu mingħajr leave.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema bararnin jaħdmu llegalment f'Malta u Għawdex separatament mill-1 ta' Jannar sat-23 ta' Settembru? Ta' liema nazzjonalita' kienu? X'kien ix-xogħol prinċipali li kienu qed jagħmlu? X'passi ħadet l-ETC kontra s-sidien li ħaddmuhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-ħaddiema barranin li nstabu jaħdmu matul din is-sena, mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienu:
Xahar Tip ta' Xogħol
Jannar 3 Catering
Frar 7 Kostruzzjoni
2 Retail
1 Industrija
Marzu 4 Catering
5 Kostruzzjoni
April 0
Mejju 9 Kostruzzjoni
2 Catering
Ġunju 1 Catering
Lulju 3 Hawkers
2 Kostruzzjoni
13 Catering
Awissu 19 Kostruzzjoni
3 Catering
1 Servizzi Oħra
Settembru 6 Catering
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għal kull istitut/kulleġġ fl-MCAST u kemm ġew aċċettati? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija kien għadu qed jirċievi l-applikazzjonijiet ta' l-istudenti u għalhekk mhux f'pożizzjoni li jagħti tweġiba finali f'dan l-istadju.
Bħala tagħrif parzjali, ġejt informat li fl-ewwel sejħa, li saret f'Awissu, applikaw 2386 student biex jidħlu l-Kulleġġ.
Tagħrif aktar definit inkun nista' nagħtih meta l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet fit-tieni sejħa jiġi kompletat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' skejjel f'Malta u Għawdex separatament li rrapportaw ħsarat lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kawża tal-maltemp li ħakem lill-pajjiżna matul dan ix-xahar? X'passi ttieħdu u x-xogħlijiet pendenti baqa' isiru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' skejjel li rraportaw ħsarat kienu wieħed u għoxrin f'Malta. Ma kien hemm l-ebda rapporti minn skejjel Għawdxin.
Saret ħidma kontinwa sabiex tnaddfu l-postijiet mill-ħamrija u l-materjal li nġarr mall-kurrenti, inbnew iċ-ċnut u chain link fencing li waqgħu, makkinarju li kien mgħarraq fl-ilma kien overhauled, sar ittestjar tas-sistemi elettriċi u twaħħlu salvaviti f'xi postijiet. Intremiet xi għamara li spiċċat kompletament. Bħalissa għadu għaddej eżerċizzju ta' tqegħid ta' membrane f'diversi skejjel.
Jista' il-Ministru jara li ċerta studenta li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi l-iskola Patri Mattew Sultana fix-Xagħra Għawdex li għandha eta' ta' sitt snin tingħata s-servizz ta' facilitator?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li it-tifla imsemmija ġiet assessjata mill-Istatementing Moderating Panel (5 ta' Settembru 2003) li rrakkomanda li tingħata Shared Help fl-istess klassi flimkien ma' Complementary Education.
Skond il-Kap ta' l-iskola, it-tifla diġa' kienet qed tingħata l-għajnuna. Uffiċjalment ingħatat l-għajnuna mill-bidu tas-sena skolastika.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema, irġiel u nisa, impjegati fl-iskejjel ta' l-Istat: a) fl-iskejjel primarji; b) dawk sekondarji; c) Sixth Form? Jista' jagħti l-etajiet tagħhom kemm hemm taħt it-30 sena; taħt l-40 sena, taħt il-50 sena u taħt l-eta' tal-pensjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw għalliema mill-Universita' ta' Malta din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm speċjalizzaw fit-tagħlim primarju? Kemm mit-total ġew impjegati fi skejjel statali?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mill-1 ta' Jannar 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu llegalment f'Malta u Għawdex separatament u għaliex kienu qed jirreġistraw? Liema kien ix-xogħol prinċipali li kienu qegħdin jagħmlu? X'passi ttieħdu mill-ETC kontra dawn in-nies u kontra min kien qed iħaddimhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi in-numru ta' nies li nstabu jaħdmu illegalment, waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.
F'kull każ, l-uffiċjali tal-Korporazzjoni infurmaw lill-Pulizija sabiex dawn jieħdu l-passi neċessarji minn naħa tagħhom bil-Qorti, għaldaqstant mhuwiex possibli li nkunu nafu dejjem in-nazzjonalita' tal-persuni involuti, għaliex f'ċerti każi, il-każ jitħalla f'idejn il-pulizija minnufiħ sabiex tipproċedi immedjatament.
Minn naħa tagħha, il-Korporazzjoni immultat lil dawk is-sidien li kienu qed iħaddmu dawn il-ħaddiema mingħajr il-permess neċessarju.
Dawn minbarra każijiet oħra fejn il-pulizija nnifisha qabdet każijiet ta' ħaddiema barranin u fejn ma kienux involuti l-uffiċjali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Mellieħa — Studenti li jattendu l-iskola Teresa Maria Nuzzo
Question
Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex fuq il-karozza li ġġorr l-istudenti tfajliet mill-Mellieħa lejn l-iskola Teresa Maria Nuzzo ma jinġarrux studenti ġuvintur ukoll?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ġie rapportat dan l-ilment mill-Kap ta' l-iskola u ittieħdu passi meħtieġa.
Mellieħa — Studenti li jattendu l-iskola Sir Adrian Dingli
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-karozza li ġġorr l-istudenti mill-Mellieħa lejn l-iskola Sir Adrian Dingli u lura qed tħalli xi studenti li joqogħdu fil-qasam tad-djar ta' Pennellu 'il bogħod mid-djar tagħhom bi problemi għalihom f'każ ta' xita?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ġie rapportat dan l-ilment fil-bidu tas-sena skolastika u ttieħdu il-passi meħtieġa.
Fakulta' ta' l-Edukazzjoni — Studenti li qed jagħmlu kors ta' profiċjenza fl-Ingliż
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'sens jagħmel li grupp ta' studenti fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni li jinsabu f'nofs il-kors tagħhom se jżommuhom milli jkomplu l-kors għax m'għaddewx f'xi parti mill-kors ta' profiċjenza fl-Ingliż meta jġibu marki tajbin f'asseys miktuba bl-Ingliż fl-istess kors? Għaliex dan it-test sar f'nofs il-kors? Kien hemm studenti oħra fi snin oħra li ġralhom l-istess u mbagħad ħallewhom ikomplu l-kors flok waqfuhom?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru japprezza li din hi materja ta' natura purament akkademika li ġiet kunsidrata fid-dettal xi snin ilu mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni u mis-Senat ta' l-Universita' li kien pronulga ir-Regolamenti meħtieġa permezz ta' Avviżi Legali numri 103 ta' l-1999 u 199 ta' l-2002.
Tajjeb wieħed jgħid li b'dawn ir-regolamenti l-istudenti f'din il-Fakulta' jafu li huma obbligati li jissodisfaw l-eżamijiet relattivi fi profiċjenza fil-Malti, fl-Ingliż u fil-Kompjuter. Ir-Regolamenti jipprovdu li eżami ta' profiċjenza f'dawn is-suġġetti irid ikun sar b'suċċess sa l-aħħar tat-tieni sena tal-kors. Ir-Regolamenti jipprovdu li min jeħel ma jkunx jista' jkompli il-kors.
Importanti li wieħed iżomm quddiem għajnejh li dawn l-study units huma parti integra mill-kors u mhux rekwiżit biex wieħed jidħol fil-kors (entry requirement).
Informat ukoll li l-letturi li jikkoreġu l-essays (assignments) ta' l-istudenti jiffukaw l-aktar fuq il-kontenut u mhux fuq l-istandard tal-kitba ta' l-istudenti. L-eżami tal-profiċjenza fl-Ingliż u fil-Malti jeżamina s-sintassi, l-grammatika, l-ortografija u l-espressjoni verbali fil-livell mistenni minn għalliema kompetenti u effettivi. Għalhekk, l-għanijiet taż-żewġ proċessi ta' assessjar (eżami tal-profiċjenza u l-assignments) huma differenti.
Dan it-test ma sarx l-ewwel darba f'nofs il-kors. L-ewwel attentat isir qabel ma l-istudenti jibdew l-ewwel sena akkademika tagħhom. Biex studenti jitwaqqfu mill-kors iridu jeħlu mill-ewwel attentat u minn erba' resits.
Kull min weħel intalab jieqaf. F'sena minnhom, l-istudenti li weħlu tħallew ikomplu għax instab li l-marka (43-44%) kienet pass skond ir-regolamenti dwar l-assessjar ta' l-Universita'.
Student li ngħata misinformazzjoni minn impjegat tal-Bord tal-MATSEC
Question
Jista' il-Ministru jinvestiga l-każ imqajjem mill-istudent - ismu u d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament fl-ittra annessa - dwar misinformazzjoni li ngħatatlu minn impjegat tal-MATSEC Board li effettwatu ħażin ħafna? Jistgħu jittieħdu passi biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni li qed isib ruħu fiha ntortament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn investigazzjoni tal-każ imsemmi l-awtoritajet tal-MATSEC jidhrilhom li l-istudent ma sabx ruħu fis-sitwazzjoni li qiegħed fiha intortament. L-Universita' tħoss li m'hemmx lok għal azzjoni ulterjiri.
Kemm kienu dawk l-għalliema li talbu transfer mill-iskola Adelaide Ċini fis-sena skolastika li għaddiet u kemm minn dawn effettivament ingħataw dan it-transfer li talbu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' għalliema li talbu transfer mill-iskola 'Adelaide Cini' fis-sena skolastika li għaddiet huwa ta' 13. Minnhom 4 ingħataw it-transfer li talbu.