Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
In-numru ta' drivers personali hu 2 kif stipulat fid-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru, 1998 .
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Għargħur li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq li l-Kunsill Lokali flimkien mad-Direttorat għat-Toroq qed jippjanaw li jiġu asfaltati iktar il-quddiem skond il-programm ta' xogħlijiet fil-lokalita' tal-Għargħur huma:
Triq Dimitriju Farrugia
Parti t'isfel ta' Triq Bartilmew
Tniffid ta' Triq Caravaggio
Naturalment, dawn ser jiżdiedu mal-ħafna xogħol ieħor li diġa sar fil-Għargħur f'dawn l-aħħar erba' snin.
It-Toroq f'dan il-programm isiru skond l-esiġenzi tad-direttorat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fl-Imtaħleb li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qiegħda l-ħin kollu f'kuntatt mall-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjib fit-toroq u għalhekk il-prijoritajiet jiġu aġġornati minn żmien għal żmien skond kif ikun il-bżonn. Għalhekk mhux possibli li jingħataw l-ismijiet ta' toroq hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Magħtab li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ż-żewġ toroq li hemm fil-Magħtab huma Triq Santa Marija u Triq ir-Ramla, li huma t-tnejn ġa asfaltati, għalhekk jirrikjedu biss manutenzjoni regolari.
Ix-xogħol ta' manutenzjoni jaqa fl-ambitu ta' xogħlijiet li jsir mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37359 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' peress li fil-festi ta' l-Imnarja ma sarux ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fil-Lawrenti Rd, il-Buskett (Sqaq), jista' jara li jipprova x-xogħlijiet meħtieġa sabiex it-turisti, pubbliku u residenti ta' l-inħawi jevitaw l-inkonvenjent li qed jikkawżalhom l-istat tas-sqaq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi x-xogħol ta' manutenzjoni imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa kompetenza tal-Kunsill ikkonċernat hu għalhekk id-Direttorat tat-Toroq għadda suġġeriment rigward il-ħsieb ta' l-Onor. Interpellant għall-attenzjoni tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37373 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa qegħda tiġi ndirizzata lilu peress li fit-triq li mir-Rabat tagħti għall-Imtarfa u ċioe' il-parti tal-bridge ta' l-Imtarfa, hemm ħofor kbar li tkisser karozza u immaġina x'periklu jikkawża l-pedestrians, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet immedjatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat tat-Toroq biex jispeżjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u jara x'l-aħjar li jsir.
Jista' l-Ministru jara li ssir bus stop ftit aktar lejn il-ħwienet ta' San Ġwann faċċata ta' Entrance C, Binja Msieraħ, Triq tal-Balal, San Ġwann.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta ser tressaq din it-talba lid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku u lill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann sabiex tinstab soluzzjoni favorevoli.
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-policy li jridu jaddottaw il-kunsilli lokali sabiex is-sleeping policemen fit-toroq ikunu standard?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istandards tar-
road humps
li huma parti mit-
Traffic
Calming Guidelines
, April 1995 ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi bħalissa fil-Mosta qed isir xogħol f'toroq Santa Margerita u Dawret il-Wied in konnessjoni mal-ftuħ ta' Triq il-Ħtajriet kif ukoll fi Triq il-Qalbiena Mostin.
Id-Direttorat tat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali għaddej b'ħidma kontinwa biex ikun implimentat programm ta' xogħol għal titjib ta' toroq oħra li għadhom ma sarux. Dawn it-toroq isiru skond il-prijoritajiet tad-Direttorat li jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena?
X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.
Response (GALEA, ĊENSU)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti u , iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jara li l-pelican lights li qatt ma twaħħlu fejn il-lights taċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata ġewwa Raħal Ġdid jitwaħħlu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fi triq imsemmija mill-Onor. Interellant hemm maħsub li jitwaħħlu l-Belisha Lights. Id-direttorat għat-Toroq ħa jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-lights jiġu nstallati u attwati fl-inqas żmien possbili.
Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara — Ċediment ta' toroq
Question
Billi hemm xi partijiet ta' Triq Fleur-De-Lys B'Kara li ċedew u qed ikunu ilqugħ għall-ilma, jista' jsir xi ħaġa biex din il-problema tiġi riżolta'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi Triq Fleur De Lys hija triq asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Madankollu id-Direttorat tat-Toroq għadda il-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali biex ikun jista' jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights u s-sistema tat-traffiku fir-roundabout ta' ħdejn Cospicua Road, f'Raħal Ġdid, fejn il-Moskea?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi żmien ilu d-Direttorat tat-Toroq kien ispezjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant biex jistabilixxi jekk tistax issir sistema ta' traffic lights. Pero nstab li minħabba diversi toroq li jagħtu għal din ir-roundabout ma tista issir sistema ta' traffic lights hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 37446?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li n-nefqa kapitali fuq l-bini ta' toroq arterjali, bini ta' toroq lokali u manutenzjoni ta' toroq arterjali mill-1999 'l hawn kienet ta' Lm 28,506,000.
1999 Lm 4,998,000
2000 Lm 7,870,000
2001 Lm 6,688,000
2002 Lm 8,950,000
Ma dawn irrid inżid ukoll is-somma ta' Lm 1,713,000 f'valur ta' xogħol lest li għad irid jitkejjel kif ukoll Lm 1m miżmuma bħala "retention money" fuq xogħol li diġa hu lest iżda għadu ma ġiex ċertifikat.
Jien infurmat ukoll li saret ukoll nefqa ta' Lm 7,527,000 fuq xogħol ta' toroq mill-Kunsilli Lokali kif ġej:
1999 Lm 1,500,000
2000 Lm 1,673,000
2001 Lm 2,160,000
2002 Lm 2,194,000
B'referenza għal-mistoqsija parlamentari 37552 jikkonsidra l-Ministru li l-konsegwenza ta' l-għadira ta' ilma quddiem stage tal-karozzi tal-linja fil-ġranet tax-xitwa għandha tiġi solvuta b'mod spedit minflok ma wieħed joqgħod jistenna sejħa għall-offerti bil-proċess twil li din tieħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat tat-Toroq biex jispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u jara x'l-aħjar li jsir.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda' skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jiġi nvellat it-tarmac fi Triq il-Kbira, San Ġiljan f'dawn il-partijiet: 1) quddiem il-Guy's Bar; 2) quddiem iċ-Charlton Hotel; 3) iż-zebra crossing ta' biswit l-iSpeedy petrol station?
Jaf il-Ministru li f'dawn il-postijiet qiegħed iżomm ħafna ilma meta tagħmel ix-xita u dan meta x-xogħol sar ftit ġimgħat ilu biss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li min naħa tad-Direttorat tat-Toroq ma sar l-ebda' xogħol fi Triq il-Kbira San Ġiljan. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.