Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ sabiex in-nies li joqogħdu fl-ewwel parti ta' Triq il-President Anton Buttigieg u Triq Xrob il-Għaġin, fiż-Żejtun ikollhom sistema ta' drenaġġ diċenti minflok il-fossa li qed jużaw fil-preżent?
X'wassal biex ix-xogħol li kien inbeda u tlestiet biċċa sewwa minnu waqaf proprju fl-aħħar biċċa trinka?
Huwa konxju l-Ministru li dawn ir-residenti ilhom ibatu min-nuqqas ta' sistema ta' drenaġġ adegwata għal dawn l-aħħar 20 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li x-xogħol ta' drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, Żejtun se jitkompla aktar tard dan ix-xahar.
Dan ix-xogħol jista' jitkompla wara li ġew l-approvazzjonijiet meħtieġa għal din l-estensjoni. Ix-xogħol kellu jieqaf minħabba diffikultajiet tekniċi fil-qsim ta' din it-triq fejn kellha tiġi riveduta connection aħħarija tal-katusi.
Issa li dawn ġew superati, dan ix-xogħol se jitkompla.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex account no. 1000054016, premises code 334873, district code 680 għandu jitħallas mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta skond informazzjoni li għandi dan il-kont kellu jiġi għand waħda mill-ġirien?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mir-rekords li għandhom Water Services Corporation jidher li l-Konsumatur Reġistrat
għandu l-istess kunjom indikat fil-mistoqsija u joqgħod fl-istess indirizz indikat ukoll fil-Mistoqsija Parlamentari.
Meta wieħed jifli t-telf li tagħmel il-PBS, kemm minnu huwa dovut għall-pagi tal-ħaddiema full time? Il-ħlasijiet lill-ħaddiema part-time? Il-ħlasijiet fuq programmi framed out? Kemm minnu huwa dovut għal nuqqasijiet fit-tmexxija tal-kumpanija? Jista' jiġi analizzat dan it-telf minflok ma jinħadem ras imb ras fuq il-ħaddiema full-time għax b'hekk qed tingħata l-impressjoni li t-telf huwa tort tal-ħaddiema tal-PBS?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħlasijiet lill-ħaddiema full time u part time kif ukoll għall-programmi farmed-out huma kif ġej-
Year Pagi Broadcast Fees (Contributors) Farmed Out
Lm Lm Lm
2000 1,574,000 224,000 528,000
2001 1,525,000 239,000 493,000
2002 1,520,000 266,000 490,000
Bħalma għidt f'okkażjonijiet oħra kulħadd għandu tort għas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-PBS illum.
Għalhekk mhux possibbli li jiġi ikkwantifikat it-telf imsemmi.
Jista' il-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li ntuża l-Baċir Nru. 1? Liema vapur kien fil-Baċir dak inhar? X'inhuma l-pjanijiet li ilhom jistennew aktar minn ħames snin, tal-gvern għall-area ta' madwar il-Baċir? Meta se jinbeda?
Response (GATT, AUSTIN)
L-aħħar vapur li ddaħħal fil-Baċir Numru 1 kien il-'Karwela' f'April tal-2001.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Kalaxlokk Construction Ltd. għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma kien hemm ebda self minn ebda bank fis-snin imsemmija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-Malta Drydocks għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-Malta Shipbuilding għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-Gozo Channel għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 1957 u 1975.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full time/part-time li l-Gozo Ferries għandha llum? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Sena Part Time Full Time
2001 1 Nil
2002 1 Nil
2003 Nil Nil
Jista' il-Ministru jgħid x'qed jikkawża l-fawran ta' drenaġġ fi Triq il-Pont, il-Mosta? Għaliex dan id-drenaġġ ilu ħiereġ aktar minn erbgħa ġimgħat, tant li qed jinżel fil-wied li hemm fil-qrib u jitħallat ma' l-ilma ġieri? Jista' jara li jittieħdu l-passi meħtieġa u jsiru t-tiswijiet immedjatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 1889 f'seduta 42.
Liema kumpanniji pubbliċi u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu jirċievu sussidji pubbliċi? F'kull każ kemm kien is-sussidji sena b'sena fl-aħħar ħames snin? X'kien dan is-sussidju ras għal ras tal-persuni li jaħdmu f'dawn l-entitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru ġentilment jinfurmani kemm kienet is-seat occupancy factor fit-titjiriet ta' l-Airmalta bejn Jannar u Settembru 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Bejn Jannar u Settembru 2003 is-seat occupancy factor fit-titjiriet ta' l-Air Malta kienet hekk:
Jannar 59%
Frar 64%
Marzu 75%
April 66%
Mejju 60%
Ġunju 65%
Lulju 69%
Awwissu 75%
Settembru 69%
Jista' il-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord tad-diretturi tal-korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid x'renumerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li r-remunerazzjoni u l-benefiċċji li qed jirċievu l-Membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta huma kif ġej -
Onorarja Benefiċċji Oħra
Chairman
Mr. T Tabone Lm7000 (i) użu ta' karozza tal-Korporazzjoni
(ii) faċilitajiet tat-telefon
Deputy Chairman
Mr. G W Borg Lm1500 (i) Lm5 kuljum bħala 'Disturbance Allowance'
Diretturi-
Mr. J Borg Manduca Lm1500
Mr. E Cachia Caruana Lm1500
Dr. H Zahra Lm1500
Mr. A Abela Lm1500
Mr. R Soler Lm1500
Mr. A Ciantar Lm1500
Direttur Ħaddiem-
Mr. A Debono Lm1500 (i) Health Scheme Privata
Barra minn hekk il-Membri kollha tal-Bord huma nxurjati kontra l-inċidenti, etc. u anke għandhom 'Professional Indemnity Cover'.
Possibbli l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex jiġi rranġat id-dawl ta' Triq San Franġisk, f'Wied il-Għajn għaliex qed ikun maqtugħ ta' spiss? Billi din hi triq pjuttost imħarbta u mwarrba u fiha biss tliet street lighting, x'inhi r-raġuni li dan qed imur ta' spiss?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fiż-żewġ okkażjonijiet li ġiet irrapurtata l-ħsara fit-3/10/2003 u fit-22/10/2003. Il-ħsara kienet waħda intermittenti.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrakkomanda li għandu jiġi mgħoddi s-servizz ta' drenaġġ fi Sqaq il-Qajjiet, Siġġiewi, speċjalment in vista tal-fatt li hemm pjan mill-kunsill lokali tal-lokal li jagħti wiċċ lil din it-triq peress li jekk dan ma jsirx mill-aktar fis se jkollna naqilgħu xogħol il-kunsill fil-futur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dil-materja qed tkun ikkunsidrata sew tant li bħalissa qed isir survey ta' l-area minħabba li hemm ġnien privat li qed jimblokka t-triq. Minħabba f'hekk qed tkun ikkonsidrata l-possibilita' li l-mejn jaqleb lejn in-naħa l-oħra tat-triq. Dan ifisser li l-mejn ikollu jitqiegħed f'livell taħt il-wiċċ tat-triq aktar fond milli jsir normalment.
Jista' il-Ministru jinformani jekk hux qed isir użu mir-reservoirs ta' l-ilma bħal dawk li hemm madwar l-airport jew li hemm bejn il-Gudja u Santa Luċija (fit-Triq tal-Barrani)?
Jista' jgħid kif l-ilma jinġabar ġo dawn ir-reservoirs ladarba m'hemmx kanali biżżejjed li jwasslu l-ilma għalihom u l-ftit kanali li hemm huma misdudin? Dawn ir-reservoirs qed iservu biex l-ilma jmur ġol-water table?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li dawn il-ġibjuni oriġinarjament inbnew sabiex jgħinu jiżdied l-ilma tal-pjan (water table) billi jaħżnu l-ilma tax-xita sakemm bil-mod jinfiltra fil-blat.
Madankollu l-effett ta' din is-sistema fuq il-water table hu minimu.
Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku waqt xogħlijiet mill-kuntratturi
Question
Mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba kellu jinqata' id-dawl għaliex xi kuntrattur laqat xi cable ta' l-elettriku waqt xogħlijiet għall-korporazzjoni Enemalta? F'liema inħawi ta' Malta u Għawdex sar dan? Kemm dam kull qtugħ? Min kien il-kuntrattur responsabbli f'kull każ? X'passi ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li mill-ewwel ta' Jannar sal-24/10/2003 kien hemm każ wieħed fejn intlaqat cable minn kuntratturi li kienu qed jaħdmu għall-Enemalta. Dan intlaqat fil-limiti tas-Siġġiewi. Il-provista ta' l-elettriku damet bejn 0.6 sa 2.3 siegħat biex reġgħet ġiet għan-normal. Il-kuntrattur involut kien Joseph Mifsud. L-investigazzjoni għadha għaddejja.