Forzi Armati ta’ Malta – uffiċjali u membri li rriżenjaw/irtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri u uffiċjali fil-Forzi Armati ta’ Malta li minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2016 irtiraw jew irriżenjaw mill-Korp?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li li fil-perijodu msemmi irtiraw jew irriżenjaw mill-Forzi Armati ta’ Malta 22 Ufficjal u 254 suldat regulari.
Priġunieri li kkunsmaw drogi jew sustanzi pprojbiti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fit-30 ta’ Ġunju 2016 kien hemm żewġ każijiet oħra ta’ priġunieri li kkunsmaw droga jew sustanza pprojbità ġewwa l-ħabs bil-konsegwenza li dawn kellhom jingħataw attenzjoni medika? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x'passi ttieħdu biex jiġi determinat kif daħlet din is-sustanza fil-ħabs, jekk ġewx infurmati l-pulizija u l-maġistrat tal-għassa u jekk ġewx sospiżi jew ittieħdux passi dixxiplinari kontra xi ħadd wara li seħħ dan il-każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li nhar it-30 ta’ Gunju 2016 filgħaxija ġie rraportat li ¿ewġ priġunieri kienu jidru li ma kienux f’sikithom. Huma nagħtaw l-attenzjoni medika kif kien meħtieġ. Mill-istħarriġ li sar irriżulta li wieħed mill-priġunieri instab possitiv għall-użu tad-droga. Dan huwa ksur tad-dixxiplina tal-Faċilità u għalekk ser jittiħdu passi dixiplinarji kontra il-priġunier. Ma hiex prassi li meta priġunieri jistabu possitivi għal użu tad-drogi jiġu nformati l-Pulizija jew il-Maġistrat tal-Għassa. Dan issir f’każijiet ta’ sejbiet ta’ droga fejn ikun hemm evidenza biex tiġi priservata. Ma jirriżultax li kien hemm lok li jiġu sospiżi xi persuni, iżda passi dixxiplinarji kontra l-priġunier għal ksur tar-Regolamenti tal-Ħabs qed jittieħdu.
l-Awtoritajiet tal-Faċilità Korretiva qed jagħmlu ħidma kontinwa sabiex tiġi indirizata l-problema ta’ sustanzi projbiti ġewwa l-Faċilita’. Qed jittieħdu diversi miżuri sabiex tiġi indirizzata din il-problema li ila teżisti għal snin sħaħ.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward liċezja ta' security depot? .
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-individwu li ddetalji tiegħu ingħataw separatament kellu tlett liċenzji, li skadew f’Mejju 2016. Dawn kienu ta’ gwardjan privat, ta’ gwardjan privat għal xoghol f’postijiet ta’ divertiment u oħra ta’ gwardjan speċjalizzat tas-sewqan. L-istess individwu diġa produċa ċertifikat ta’ refresher course rigward liċenzja ta’ gwardjan privat peró għadu ma produċiex iċ-ċertifikati għaż-żewġ katergoriji l-oħra. Malli jipproduċi iċ-ċertifikati ta’ refresher course ta’ gwardjan privat għal xogħol f’postijiet ta’ divertiment u oħra ta’ gwardjan speċjalizzat tas-sewqan ukoll, il-liċenzja li tkopri il-kategoriji inidkati tkun tista toħroġ, wara li jsir il-proċess kollu, kif diġa spjegat lilu.
Billi numru ta’ residenti jinsabu mħassbin dwar manuvri li qed iwettqu helicopters, fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, inkluż illum id-29 ta’ Ġunju 2016, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’manuvri saru llum, u dwar x’servizzi ngħataw mill-Forzi Armati ta’ Malta jew mill-Pulizija, fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-manuvri li għalihom qed jalludi huma sempliċiment parti minn taħriġ intensiv li qiegħed isir mil-bdoti tal-Forzi Armati ta’ Malta fir rigward tal-użu tal-ħelicopter il-ġdid AW139. Minbarra dan, isiru ukoll titjiriet ta’ rutina ta’ sorveljanza u sigurtà.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm mija u tmenin (180) membru tal-Protezzjoni Ċivili. Minn dawn il-persuni tlieta huma nisa.
Mal-Protezzjoni Ċivili bħalissa hemm tmienja u disgħin (98) voluntier u tmienja (8) minnhom huma nisa.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – droga/sustanza misjuba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum kemm-il darba nstabet droga/sustanza pprojbita ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid f’kull każ x’passi ttieħdu biex jiġi stabbilit kif din id-droga/sustanza pprojbita daħlet ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi ta’ xi forma jew oħra fil-konfront ta’ priġunieri li nstabu fil-pussess tal-istess droga/sustanza pprojbita? Jekk fl-affermattiv jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li ttieħdu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum kien hemm 15-il sejba ta’ sustanza suspettuża li hija pprojbita u li nstabet ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew waqt li qiegħda tiddaħħal fil-Faċilità. Kull kaz ġie riferut lill-Pulizija għall-analizi tas-sustanza u fejn irriżulta li din kienet droga jew sustanza pprojbità, l-Pulizija tieħu l-passi dixxiplinari kontrihom skont il-kaz rispettiv.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25865, jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn ir-reati huma rrapportati li twettqu fuq anzjani?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-każi ta’ serq msemmija 1, 595 każ ġew irreġistrati persuni b’età ta’ sittin sena jew aktar bħala vittma. Infurmat illi dan ma jfissirx li dawn il-persuni kienu kollha fil-mira diretta ta’ l-aggressur, peress li whud mir-rapporti rreġistrati kienu jinkludu aktar vittmi ta’ persuni b’etajiet diversi.
Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ vjolenza domestika li seħħew fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 25915.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26228, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma, s’issa, f'Malta u f'Għawdex, iż-żoni li l-Kummissarju tal-Pulizija, s’issa indika bħala clamping zones, skont Avviż Legali 65.13?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn naħa tal-Pulizija ma kienx hemm avviżi maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija li kienu jindikaw xi postijiet bħala clamping zones, skont Avviż Legali 65.13.
Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika — rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ministeru wettaq mir-rakkomandazzjonijiet li sarulu mill-aħħar rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn naħa tal-Pulizija ir-rakkomandazzjonijiet li sarulhom mill-aħħar rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika ġew mwettaqa. Infurmat illi f’dawn l-aħħar xhur membri tal-korp mid-diversi distretti u sezzjonijiet bdew jingħataw taħriġ speċjalizzat fl-akkademja tal-pulizija bl-iskop li jtejbu id-doveri tagħhom lejn il-vittmi ta’ vjolenza domestika kif ukoll iċ-ċittadin in ġenerali. Dan it-taħriġ ser jitkompla fix-xhur li ġejjin. Barra minn dan il-pulizija tejbet il-kooperazzjoni tagħha mal-Aġenziji li xogħolhom hu li jagħtu servizz ulterjuri lil dawn il-vittmi. Saru wkoll arranġamenti ta’ skorta’ għal dawn il-vittmi, skond il-ħtieġa, b’arranġamenti mal-Aġenzija Appoġġ.
Annimali mħarsa bil-konvenjoni msejħa CITES maqbuda mill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speċi ta’ annimali mħarsa bil-konvenzjoni CITES inqabdu mill-Pulizija bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Mejju 2016? X'tip ta' annimali kienu? X'valur kellhom fis-suq? Fejn ġew interċettati mill-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ ingħata lill-membri tal-ALE fuq liġijiet u investigazzjonijiet in konnessjoni mas-CITES bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Mejju 2016.
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma ngħatax taħriġ lill-membri tal-ALE fuq liġijiet u investigazzjonijiet in konnessjoni mas-CITES fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jgħid kemm-il speċi ta' annimali mħarsa bil-konvenzjoni CITES inqabdu mill-Pulizija bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-1 ta' Mejju 2016? X'tip ta' annimali kienu? X'valur kellhom fis-suq? U fejn ġew interċettat mill-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ ta’ nisa fil-Forzi Armati ta’ Malta meta kkumparat mal-membri kollha tal-Forzi Armati bħalissa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-persentaġġ ta’ nisa fil-Forzi Armati ta’ Malta meta kkumparat mal-membri kollha tal-Forzi Armati bħalissa, huwa ta 5%.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm gwardjani tal-ħabs? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-gwardjani tal-ħabs huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Gunju 2016, kien hemm total ta’ 225 gwardjan fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Minn dawn 192 huma rġiel u 33 huma nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani tal-ħabs li huma tas-sess femminili? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa l-persentaġġ ta’ gwardjani tal-ħabs li huma tas-sess femminili?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm tlieta u tletin uffiċjali ta’ sess femminili. Il-persentaġġ huwa ta’ 14.8%.
Qawra – Għassa tal-Pulizija – complement ta’ uffiċjali tal-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif ser jiġi assigurat li l-għassa tal-Qawra jkollha l-ħin kollu, il-complement ta' uffiċjali tal-pulizija li hemm bżonn biex jaqdu d-doveri tagħhom b'mod li jlaħħqu mal-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu ta' din il-lokalità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li kif kelli diġa l-opportunità nsemmi f’mistoqsijiet relatati, il-kompliment ta’ distrett tal-Qawra hu kkonsidrat adekwat skont il-htiġijiet tal-post. Infurmat ukoll, li waqt li jsir dak kollu possibli biex l-uffiċjali tad-distrett jibqgħu jservu fil-lokalità tagħhom, l-Onorevoli Interpellant jifhem li minħabba ċerti avvenimenti speċjalment meta dawn jaħbtu flimkien, ċerti uffiċjali jkolhom jagħmlu xogħol f’lokalitajiet oħra f’xi jiem. Madankollu ir-ronda bil-vetturi tibqa ssir fuq bażi regolari.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25925, jista’ l-Ministru jgħid f’liema snin it-taħriġ fl-isparar għall-Pulizija Għawdxin sar fix-shooting range tal-Forzi Armati tal-Qortin fin-Nadur u f’liema snin il-Pulizija Għawdxin kellhom jiġu Malta għal dan it-taħriġ f’dawn l-aħħar 12-il sena? X'inhi r-raġuni li dan it-taħriġ ma jsirx Għawdex stess ladarba hemm post adegwat fejn jista' jsir?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li taħriġ fl-isparar għal-Pulizija Għawdxin kien sar f'Għawdex bejn Marzu 2012 u April 2013. Infurmat ukoll li f'dawn l-aħħar tnax il-sena, fis-snin qabel Marzu 2012, Pulizija Għawdxin kienu jiġu Malta għal-istess taħriġ. Kien hemm diversi fatturi għaliex dan it-taħriġ ma baqax isir Għawdex. Fost dawn hemm il-fatt li l-isparar fuq ir-range huwa biss l-aħħar parti tat-taħriġ relatat. Parti sewwa minn dan it-taħriġ importanti fil-fatt tkopri it-tejorija dwar il-prekawzjonijiet li wieħed irid jieħu waqt l-użu kif ukoll l-immaniġġjar tal-armi kif ukoll dwar kif u meta membri tal-Korp jista jirrikorri għall-u¿u tal-armi tan-nar. Din il-parti tal-kors isir fl-Akkademja fejn hemm it-tagħmir u faċilitajiet kollha meħtieġa. Raġuni oħra hi li waqt li fil-passat it-taħriġ kien isir fl-istess jum meta l-uffiċjali jkunu u jidħlu xogħol bil-lejl, illum il-kors isir kuljum mit-Tnejn sal-Gimgħa, waqt il-ħin tax-xogħol u meta il-membri, inklużi dawk stazzjonati Għawdex, meta jkunu xogħol fil-għodu. L-ammonti ta' uffiċċjali li jattendu minn Għawdex, jkun limitat għal tnejn kuljum darba.