Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26634 u jgħid liema kuntratti għal xogħol f'toroq residenzjali li ngħataw xi xhur ilu tlestew sal-lum, inkluż l-isem tal-kuntrattur u l-lokalita' fejn sar ix-xogħol? Kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol u kemm fil-fatt ġie jiswa wara li tlesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jitwaħħal il-bus stop li kien hemm qabel fi Triq San Ġorġ, f'San Ġiljan peress li ħafna residenti ta' l-inħawi huma anzjani u jsofru tbatija kbira u inkonvenjenza biex jaslu sal-bus stop tal-bajja ta' Spinola jew f'tarf is-Swieqi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-bus stop li kien hemm fi Triq San Ġorġ ġie imneħħi minħabba li kien qiegħed ikun ta’ ostaklu għat-traffiku.
Jien infurmat ukoll li dan l-aħħar saret żjara fuq il-post bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, id-Direttorat tat-Trasport Pubbliku u l-
Unit
inkarigat mill-Immaniġġjar tat-Traffiku fejn ġie maqbul li fuq żmien ta’ prova jiġi installat
b
us stop
fi Triq San Ġorġ kantuniera ma’ Triq il-Qaliet mal-ġenb tal-HSBC Bank.
Jista' l-Ministru jara li minħabba l-veloċita' li bih jgħaddi t-traffiku f'Misraħ il-Barrieri, Msida li jkun ġe minn Santa Venera Road, Msida, l-aktar qrib il-pjazzetta li hemm fil-parti ta' fuq tat-triq hemm xi ħsieb li jsiru xi traffic calmers jew central strips biex forsi tiġi mtaffija l-problema għar-residenti tal-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-Kunsill Lokali Msida kien issottometta proposta għall-‘upgrading’ ta’ Triq Santa Venera kantuniera ma’ Triq Misraħ il-Barrieri. Din il-proposta ġiet approvata mit-taqsima fil-31 ta’ Mejju, 2007.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tiġi asfaltata Triq G. Lanzon, Wied il-Għajn li r-residenti ilhom żmien twil li ħallsu l-kontribuzzjoni għaliha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq G. Lanzon f'Wied il-Ghajn m'hijiex parti mil-lista ta' toroq li jridu jigu mibnija mill-Gvern Centrali sa l-2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-maġġoranza tal-uffiċjali jagħżlu li jsifru ġo 3-star hotels. Madankollu l-Awtorita' ma tiġix affetwata finanzjarjament minn liema lukanda l-uffiċjal jagħżel. L-ADT tħallas lil dawn l-uffiċjali r-rata ta' full subsistence allowance skond il-grad kif indikat miċ-ċirkulari maħruġa mill-MPO Numru 8/2006, u għalhekk l-Awtorita' ma tidħolx fl-għażla tal-lukandi.
Il-kumplament ta' l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fl-ADT hemm seba' uffiċjali li huma ntitolati għall-gazzetti kuljum, li huma:
Chief Executive Officer
Deputy Chief Excecutive Officer
Deputy Chairman
Director - LTD
Director - NID
PR & Marketing Manager
Consultant NID
L-ispiża għall-2006 fuq gazzetti kienet tammonta għall-Lm1,612.
Min naħa tal-Ministeru/Dipartiment hemm tlett uffiċjali ntitolati għall-gazzetti kuljum, li huma:
Permanent Secretary
Director SSFM
Director EU
L-ispiża għall-2006 fuq gazzetti kienet tammonta għall-Lm1,380.38.
Issa li daħlet sistema ġdida għad-dħul ta' vetturi fil-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'ser isir speċifikament beix titjieb is-sistema tas-servizz pubbliku għal dawk li jridu jmorru l-Belt kapitali u ma jużawx il-vetturi tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li ġew introdotti 2 rotot express bejn il-Mosta u l-Belt Valletta u ż-Żurrieq u l-Belt Valletta li bejniethom jagħmlu 12 il-vjaġġ filgħodu u 12 il-vjaġġ filgħaxija. L-ADT qiegħda tistudja l-possibilita' li fil-ġimgħat li ġejjin ikunu introdotti rotot oħra express li jaqdu lokalitajiet oħra fejn ikun indikat li hemm domanda sabiex dawn is-servizzi jkunu sostenibbli.
Jidher ukoll li kien hemm żieda zgħira fuq diversi rotot oħra li jindika li għalkemm id-domanda għas-servizz żdiedet b’ammont zgħir, l-iskedi preżenti qed jakkomodaw tajjeb għal din iż-żieda
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien hemm passiġġieri li wżaw it-trasport pubbliku fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kif jikkompara ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2006 kien hemm 8903,889 passiġġieri. Fl-istess perjodu tas-sena 2007, inġarrew 9652,985 passiġġier. Dan ifisser differenza ta’ 749,096.
Wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni li f’Marzu tat-2006 kien hemm azzjoni industrijali li jfisser li bejn wieħed u ieħor kien hemm telf ta’ 210,000 passiġġier. Għaldaqstant, jidher li hemm żieda approssimativa ta’ 539,096 mis-sena 2006 meta tqabbel iż-żewġ perjodi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li parti mis-cycle lane fi triq taż-Zebbiegħ tinstab fit-triq u parti oħra hi fuq il-bankina bil-konsegwenza li l-bdiewa ma jistgħux jipparkjaw il-vetturi tagħhom ħdejn l-għelieqi tagħhom għax dawn il-vetturi jispiċċaw fuq ic-cycle lane?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-triq li mill-Mosta twassal għaż-Żebbiegħ, liema triq kienet rikostruwita bħalha parti mill-proġett tal-ħames Protokoll Taljan, kienet iddiżinjata għall-żewġ karreġġjati u bankina li tikkwalifika bħalha combined pedestrian/cycle lane. Spazju għall-ipparkjar ta’ vetturi ma kienx integrat fid-diżinn minħabba li dawn jistgħu jkunu ta’ detriment għas-sigurta tas-sewwieqa li jkunu qed isuqu fi triq arterjali. Ta' min jirrimarka li ħafna mill-bdiewa għandhom rampa għal l-għalqa tagħhom li tista’ faċilment tintuża biex il-bdiewa jipparkjaw il-vetturi tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid liema kuntratti għal xogħol f'toroq residenzjali li ngħataw xi xhur ilu tlestew sal-lum, inkluż l-isem tal-kuntrattur u l-lokalita' fejn sar ix-xogħol? Kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol u kemm fil-fatt ġie jiswa wara li tlesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba qeghda tingabar u t-twegiba tinghata f'xi seduta ohra.
Żvilupp Urban u Toroq — Karozzi environmental friendly
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li ma nxtraw l-ebda karozzi tat-tip indikati mill-Onorevoli Interpellant mill-Ministeru, Dipartiment u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isiru t-toroq fl-Imsida li kienu msemmija fil-programm "Bini ta' toroq residenzjali 2006-2008" liema programm inħareġ mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq fl-2006?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-toroq ta' l-Imsida li qegħdin fil-programm msemmi, ser jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008.
Jista' l-Ministru jara li ssir zebra crossing oħra fi Sliema Road, Gzira faċċata ta' Luqa Briffa Street, Gzira billi hemmhekk hemm l-akbar konċentrament ta' ħwienet u twassal biex ħafna nies speċjalment anzjani jkollhom jaqsmu f'dik il-parti tat-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li hemm pelican crossing fi Sliema Road li hi mija u sbatax (117) metru bogħod minn kantuniera ma’ Triq Briffa. Għaldaqstant iż-zebra crossing proposta mill-Onorevoli Interpellant tiġi viċin wisq ta’ tali pelican crossing eżistenti.
Hemm ukoll
traffic lights junction
kantuniera ma’ Triq D’Argens li huma tlieta u sittin (63) metru bogħod minn kantuniera ma’ Triq Luqa Briffa. Għaldaqstant,
pedestrian crossing
kantuniera ma’ Triq Luqa Briffa tkun viċin wisq tat-
traffic
lights
bil-konsegwenza l-
capacity
ta’ tali
traffic light junction
tista’ tkun kompromessa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala triq ġdida li qiegħda tinbena bħalissa f'Had-Dingli (Triq Dun Karm Azzopardi) mhix se tinfetaħ kollha minkejja li d-distanza biex isir hekk hi verament żgħira?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li peress li naħa waħda tal-parti mhux miftuħa tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant inbniet reċentament, is-sid tal-bini inkwistjoni huwa obbligat li jiftaħ u jifforma sa nofs it-triq tul il-bini tiegħu cioe' nofs il-parti tat-triq inkiwstjoni. Dan l-obbligu joħroġ minn Kapitlu 10 tal-liġijiet ta' Malta (Kodiċi tal-Pulizija). In-nofs l-ieħor tat-triq ikun jista' jinfetaħ wara li l-art skemata bħala triq pubblika tiġi esproprjata. Dan peress li l-art ta' magħha għadha ma ġietx żviluppata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm karozzi f'din l-aħħar sena ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms? Jista' jgħid kemm minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw u kemm minnhom inżammu milli jużaw il-vetturi b'mod permanenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi bejn April 2006 u Marzu 2007, kien hemm:
· 1,291 vetturi li ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms;
· 157 minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw;
· L-ebda vettura ma nżammet milli tintuża b’mod permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm karozzi tal-linja f'din l-aħħar sena ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms? Jista' jgħid kemm minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw u kemm minnhom inżammu milli jużaw il-vetturi b'mod permanenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi bejn April 2006 u Marzu 2007, kien hemm:
57 karozzi tal-linja li ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms;
6 minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw;
L-ebda karozza tal-linja ma nżammet milli tintuża b’mod permanenti
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520 u 25723 jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq San Ġuzepp, Mosta? Jista' jgħid jekk il-MEPA tatx l-interpretazzjoni tagħha dwar il-linja tal-bini?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-biċċa l-kbira tax-xogħol fi Triq San Ġużepp tlesta u l-parti li għad fadal hija l-biċċa ta’ bejn Triq Salvu Gatt u Triq l-Isperanza.
Ninsab infurmat ukoll li s-sidien ta’ xi artijiet f’din il-parti tat-triq qegħdin f’taħditiet mall-
Joint Offic
e rigward xi linji li ġew interpretati mill-MEPA. Huwa mistenni li dan ix-xogħol li għad fadal jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.