Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – lista ta’ stennija għal MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jistennew biex isirilhom MRI? Jista’ jgħid ukoll kemm qed iddum persuna tistenna biex isirilha t-test tal-MRI?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 18-il xahar fl-2013, illum persuna ddum tistenna madwar tlett u erba’ xhur biex tagħmel MRI.

Test tal-bone density – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-preżent qiegħda tistenna persuna biex isirilha t-test tal-bone density? Kif naqset jew żdedet din il-lista ta’ stennija fl-aħħar snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar xhur sar tibdil żgħir iżda sinifikanti dwar kif issiru l-appuntamenti għall-Bone Density Unit fl-Isptar Mater Dei. Dan it-tibdil wassal biex minflok kif kien isir qabel u persuna tispiċċa ddum xhur twal sakemm jasal iż-żmien għall-appuntament tagħha fil-Bone Density Unit, issa f’madwar erba’ ġimgħat qed tinqeda. Fil-passat is-sistema kienet li t-tabib tal-familja jew dak taċ-Ċentru tas-Saħħa, jibgħat ittra ta’ referenza għall-Out Patients tal-ġinekoloġija jew ortopedija, fejn l-appuntament kien jingħata lill-pazjent għal xhur wara. Meta jasal dan l-appuntament, kienet issir ittra ta’ referenza għal test fil-bone density unit, li mill-ġdid kienet tfisser stennija ta’ numru ta’ xhur għall-pazjent. Meta kien isir it-test tal-bone density, il-pazjent kien ikun mill-ġdid referut għall-Out Patients tal-ġinekoloġija jew ortopedija biex jingħataw ir-riżultat. Għal dan l-appuntament mill-ġdid il-pazjent kellu jistenna numru ta’ xhur. B’dan il-mod, il-proċess kollu kien idum madwar 18-il xahar. Dan kien dewmien bla bżonn ta’ ħafna burokorazija żejda. Illum it-tabib tal-familja jew taċ-Ċentru tas-Saħħa jagħmel l-ittra ta’ refernza għal bone density unit direttament. Dan fisser li minn sena u nofs issa persuna qed tinqeda fi żmien erba’ ġimgħat. Wara t-test tal-bone density il-pazjent jista’ jitlob ir-riżultat direattament lit-tabib tal-familja jew fiċ-Ċentru tas-Saħħa. Il-Bone Density Unit żied ukoll il-ħinijiet tal-ftuħ tiegħu. Dan id-Dipartiment minn wieħed li jiftaħ ħamest ijiem fil-ġimgħa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, issa qiegħed jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd inkluż il-btajjel publiċi.

Soċjetà li qieghda tixjieħ – miżuri biex jindirizzaw din il-realtà

Question

Fid-dawl li qegħdin ngħixu f’soċjetà li qiegħda kulma tmur tixjieħ, jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex fil-futur ikollna strutturi adegwati f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġerjatrija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm working group dwar il-qasam tal-ġerjatrija kemm ghall inpatients, outpatients u outreach, liema pjanijiet ser jithabbru dalwaqt.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — main - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament rigward main tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet kuntatt mal-persuna indikata biex jiġi stabbilit id-dettall tal-każ. Irriżulta li kien rapport ta’ ħsara tal-ilma fit-triq liema ħsara kienet diġa’ ġiet irranġata.

Kontijiet tad-dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-ARMS Ltd. li l-każ ġie mistħarreġ, saru l-verifiki neċessarji u l-pagament ġie allokat fuq in-numru tal-kont hekk kif intenzjonat inizjalment.

ARMS Ltd — applikazzjoni għal meter tad-dawl - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-istallazjoni ta ' meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li ARMS Ltd. għamlet kuntatt mal-persuna msemmija fejn ingħataw l-ispjegazzjonijiet meħtieġa rigward dan il-każ.

Permess ta’ garaxx – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward permess ta’ garaxx peress li hemm allegat ta’ abbuż?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali li dawn qatt ma rċivew l-applikazzjoni tal-MEPA kif riferuta u lanqas xi applikazzjoni oħra dwar xi fond tal-ikel fit-triq indikata. Sar ukoll kuntatt mal-persuna li qed tagħmel l-ilment. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat peress li l-ilment in kwistjoni ma jaqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan id-Direttorat.

Tmexxija tas-sistema tas-saħħa f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala l-preferred bidder biex tmexxi s-sistema tas-saħħa f'pajjiżna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant biex tispeċifika għal liema parti tas-servizz tas-saħħa f’pajjiżna qed tirreferi għalih.

Tmexxija tas-sistema tas-saħħa f’pajjiżna — ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-ftehim iffirmat mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li tirreferi għal isem ta’ kumpanija li huwa korett u li jeżisti.

Tmexxija tas-sistema tas-saħħa f’pajjiżna — ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim iffirmat mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament huwiex għal service concession jew procurement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija numru 21433.

Tmexxija tas-sistema tas-saħħa f’pajjiżna – kumpaniji – due diligence assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx due diligence assessment fuq il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x'esperjenza għandhom fis-settur tas-Saħħa biex intgħażlu bħala l-preferred bidders?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija numru 21433.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li ffirma l-Gvern ma’ Barts School of Medicine huwiex bħala kuntratt jew memorandum of understanding?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ġie ffirmat kuntratt.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21050 u 20069 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ nies li rtiraw u/jew spiċċaw fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Enerġija u Saħħa, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015 kien ta’ 776 (seba’ mija, sitta u sebgħin). Matul l-istess perjodu, ġew impjegati 1267 (elf, mitejn, sebgħa u sittin).
Leg 12 PQ #21519 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Dipartiment tal-Uroloġija - stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-appuntamenti fid-Dipartiment tal-Uroloġija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed jingħataw għal sitt xhur oħra? X'inhu jagħmel il-Ministru biex dan iż-żmien ta' stennija jiġi eliminat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-servizz ma kienx jingħata f’Għawdex minn Gvern Nazzjonalista. Dan is-servizz beda jiġi offrut ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex f’dawn l-aħħar disa’ xhur biss. Minħabba f’hekk hawn talba kbira għal konsulti f’dan id-dipartiment u l-Amministrazzjoni tal-Isptar qed tagħmel minn kollox biex tlaħħaq ma’ din id-domanda. Ta’ min jgħid però li l-każijiet referuti lil dan l-Ispeċjalista jiġu vvetjati u dawk li jinstabu urġenti jiġu mgħotija appuntament mill-eqreb possibli.
Leg 12 PQ #21520 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Care workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li ħa l-kuntratt biex jipprovdi care workers fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jista' jgħid kemm qed jipprovdi care workers bħalissa f'dan l-Isptar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew ftehim ma' dan il-Isptar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew ftehim ma' dan il-kuntrattur? Jista' jgħid jekk dan ingħatax b'tender u meta nħarġet din it-tender? Jista' jgħid kemm kienu dawk li tefgħu l-offerta tagħhom? Meta beda dan il-kuntrattur, għal kemm żmien ingħata dan il-kuntratt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li qed jipprovdi l-care workers fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex huwa l-KDM Resources LTD.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Konsulenza lil individwu

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17508 u jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament ta’ servizz ta’ konsulenza lill-MEH, MRA, REWS, Enemed u WSC.

Ħal Qormi – Triq il-Ġnien — xogħlijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21027, rigward il-problema ta’ żbroff ta’ drenaġġ fi Triq il-Ġnien Ħal Qormi, jista' jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress qed ikun hemm żbroff mit-tappieri indikati separatament? Fid-dawl ta’ dan kollu, jista' jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji li suppost saru qabel saret it-triq sabiex ir-residenti ta’ din iż-żona ma jibqgħux ibatu minn dan l-inkonvenjent?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li f’Novembru l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha laqgħa fuq il-post mas-Segretarju tal-Kunsill u mal-kuntrattur. Ġew spezzjonati diversi tappieri u fl-ebda waħda ma nstab xi sadd. Jidher li l-problema qed tinħoloq biss waqt ix-xita. Għaldaqstant il-Korporazzjoni se tara jekk hemmx xi culverts tax-xita mqabbdin iktar ‘il fuq mis-sistema tad-drenaġġ, filwaqt li tkompli tinvestiga wkoll bis-CCTV l-katusa prinċipali tad-drenaġġ ‘l isfel fi Triq San Bastjan biex tara jekk hemmx xi sadd li forsi qed ixekkel il-passaġġ tad-drenaġġ meta jiżdied bix-xita.

Gozo General Hospital – medical consultants – subsistence offered

Question

To ask the Minister, when a medical consultant of any speciality attends Gozo General Hospital to care for Gozitan patients, what is the subsistence offered?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-konsulenti li jattendu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jagħtu servizz ta’ kura lill-pazjenti, jingħataw ħlas għall-biljetti tal-vapur u ikel u spejjeż tal-fuel lil dawk li japplikaw għalihom skont il-PSMC.

Maltese medical consultants — subsistence

Question

To ask the Minister, what was the total expense covering the subsistence for Maltese medical consultants visiting Gozo in 2010, 2011, 2012, 2013 and 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Sptar Monte Carmeli – Social Workers — Case load

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20570, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-case load ta’ kull social worker li jaħdem f’dan il-qasam?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.