Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinfetaħ il-bini l-ġdid tal-ITS fi Smart City? Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jew il-Ministeru għat-Turiżmu qed jikkonsidra li jkollu xi post ieħor temporarju bħala ITS kemm-il darba l-bini preżenti jitbattal u dak fi Smart City ma jkunx għadu lest?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għad-diskors tal-Baġit 2017, fejn f'paġna 86 qed jingħad li l-qgħad f'Għawdex niżel minn kważi 750 f'Marzu tal-2013 għal ftit iktar minn 500 f'Ġunju li għadda, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-250 persuna tnaqqsux mir-reġistru tal-qgħad għax sabu xogħol? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn bdewx jaħdmu mal-privat, ma’ kumpaniji parastatali jew mal-Gvern separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numri kkwotati għal Marzu 2013 u Ġunju 2016 ma jirreferux għall-istess individwi minħabba li l-individwi fuq ir-reġistru jinbidlu b’mod kontinwu (flow u mhux stock). Madankollu, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, meta tqabbel ix-xahrejn ma’ xulxin (Marzu 2013 ma’ Ġunju 2016) issib li sa Ġunju 2016 kien hemm 543 persuna li ma baqgħux jirreġistraw. Minn dawn kien hemm 392 persuna li sabu impjieg, filwaqt li 137 waqfu jirreġistraw mingħajr raġuni u 14-il persuna daħlu jirreġistraw fix-xhur ta’ wara. Dawn it-392 persuna kienu impjegati kif ġej: 29 persuna mas-settur pubbliku (Gvern), 11-il persuna mal-entitajiet pubbliċi filwaqt li 352 persuna kienu impjegati mal-privat.
Miżuri diġitali biex titnaqqas il-burokrazija jew tħaffef il-proċessi ta' applikazzjonijiet għall-pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-miżuri diġitali li ttieħdu minn kull entità u dipartiment biex titnaqqas il-burokrazija jew tħaffef il-proċessi ta' applikazzjonijiet għall-pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-miżuri diġitali li ttieħdu minn kull entità u dipartiment fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex titnaqqas il-burokrazija jew tħaffef il-proċessi ta' applikazzjonijiet għall-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' investiment sar b'fondi ewropej ġewwa l-MCAST f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar tlett snin l-MCAST ibbenefika minn seba’ proġetti ffinanzjati minn Fondi Ewropej. Dawn kienu:
· ERDF 164 - Development of Applied Science and Business and Commerce Institutes
· ESF 1.33 - Increasing ICT Student Capacity in Malta
· ESF 1.36 – Professional Development Programmes for MCAST Staff and Student’s Top-Up Degrees
· ESF 1.130 - Making VET Education More Relevant and Attractive
· ESF 2.139 - Increasing Accessibility, Flexibility and Innovation to MCAST Life-Long Learning Course Offer
· ESF 2.85 - Linking Industrial Needs and VET to Optimise Human Capital
· ESF 3.102 – Inclusion for Employment
Informazzjoni iktar dettaljata ta’ dawn is-seba’ proġetti qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 27021 -MCAST - investiment li sar b'fondi ewropej.docx
L-Università ta’ Malta – investiment li sar b’fondi ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' investiment sar b'fondi ewropej ġewwa l-Università f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-proġetti fl-Università ta’ Malta li se nsemmi ġew iffinanzjati permezz ta’ fondi ewropej:
1.
An Electronic System Prototyping Facility at the University of Malta:
B’dan il-proġett l-Università investit f’sistema fejn l-istudenti jistgħu jaraw il-proċess kollu ta’ kreazzjoni u saħansitra jikkrejaw ‘circuit boards’ elettroniċi mid-disinn sal-manifattura tagħhom.
2.
MEMS Characterisation Facility:
Din il-faċilità tipprovdi infrastruttura għal riċerka fiċ-ċipep mikroelettro mekkaniċi. Eżempju ta’ dawn iċ-ċipep jintużaw fil-‘mobiles’ u t-‘tablets’ biex jiddeterminaw l-orjentazzjoni tal-iskrin.
3.
Strengthening of the Organic, Inorganic and Physical Chemistry Facilities:
Dan il-proġett kien estensjoni ta’ proġett simili biex jitkabbru l-faċilitajiet fid-dipartiment tal-kimika speċjalment f’oqsma ta’ ‘nanotechnology’ u ‘supramolecular chemistry’.
4.
Expanding the Physics and applied interdisciplinary research capabilities at the Faculty of Science:
Dan l-investiment ipprovda faċilitajiet ġodda fil-qasam ta’ l-istudji fiżiċi sabiex titkabbar ir-riċerka f’oqsma bħall-Ġeofiżika, il-fiżika fil-qasam tas-saħħa u l-fiżika fil-qasam ambjentali.
5.
Solar Research Lab:
Din il-faċilità hija kumpless ta’ laboratorji fejn fiha ssir riċerka fuq enerġija rinovabbli mix-xemx. Din il-faċilità hija waħda unika fil-Mediterran u għalhekk hija mistennija li tiġbed numru ta’ riċerkaturi fil-qasam.
6.
High-Efficiency High-Density Photovoltaic Systems:
L-Università investit f’sistema ta’ pannelli fotovaltajiċi fuq il-binjiet ta’ l-Università bħala parti mill-inizjattiva li l-Università ħadet f’dawn l-aħħar disa’ snin biex tnaqqas il-konsum ta’ enerġija tagħha.
7.
LED Lighting for Reduced Carbon Footprint:
Dan il-proġett huwa fuq l-istess linja tal-proġett imsemmi f’numru 6.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' investiment sar b'fondi ewropej ġewwa l-MCST f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-investiment li sar b’fondi ewropej f’dawn l-aħħar tliet snin u li l-benefiċjarji tiegħu huma l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) hu kif se nsemmi:
ESF 4.152: Capacity Building għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Spiża: €250,763.
Data tal-bidu: 2011
Data tat-tmiem: 2015
Sommarju tal-proġett: L-għan tal-proġett huwa li jtejjeb il-ħiliet kurrenti u jiżviluppa kompetenzi ġodda, kif ukoll li jkattar il-bażi ta' għarfien u l-livell ta' expertise tal-istaff tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Il-korsijiet għandhom jagħmlu l-istaff tal-MCST esperti f'numru ta' oqsma relatati mar-responsabbiltajiet tal-MCST bħal popolarizzazzjoni tax-xjenza, animazzjoni u komunikazzjoni. Dan l-expertise jiġi mantnut permezz ta' korsijiet tad-dħul għall-impjegati tan-National Interactive Science Centre (NISC).
ERDF 311: National Interactive Science Centre (NISC)
Spiża tal-Proġett: Baġit totali ta' €26 miljun li €14-il miljun huma eliġibbli li jittieħdu minn fondi tal-UE u 12-il miljun minn fondi tal-Gvern ta' Malta. Il-proġett se jkopri medda ta' 12,500 m². Il-baġit totali huwa maqsum kif ġej:
€14-il miljun fuq restawr, bini, servizzi, finituri u kkummissjonar
€6 miljuni għall-esebiti ta' xjenza interattiva
€6 miljuni għal servizzi li jikkumplimentaw ix-xogħlijiet t'hawn fuq
Data tal-bidu: 2013
Data tat-tmiem: 2016
Deskrizzjoni tal-proġett: In-National Interactive Science Centre (NISC) se jipprovdi infrastruttura permanenti state-of-the-art fejn studenti, għalliema u l-pubbliku inġenerali jkunu jistgħu jidħlu f'esperjenza xjentifika interattiva diretta ġewwa faċilità għat-tagħlim informali. L-għan huwa li jressaq ix-xjenza eqreb lejn l-udjenza partikolari u biex jitkattar l-għadd ta' studenti li jieħdu suġġetti xjentifiċi fil-livell sekondarju. Fuq medda itwal ta' żmien, dan għandu jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-professjonisti fix-Xjenza u t-Teknoloġija, u b'hekk Malta tingħata l-kapital uman tant meħtieġ li jsostni ekonomija kompetittiva bbażata fuq l-għerf.
Aġenzija Żgħażagħ – investiment li sar b’fondi ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'tip ta' investiment sar b'fondi ewropej ġewwa l-Aġenzija Żgħażagħ f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-fondi Ewropej intużaw minn Aġenzija Żgħażagħ għal numru ta’ servizzi, programmi u proġetti kif se nsemmi:
· Is-servizz ta’
Outreach
u
Detached work
fil-Kottonera, ir-reġjun Xlokk u fil-Belt
· Il-programm Youth.inc.
· Il-proġetti tad-Djalogu Strutturat li jagħtu vuċi liż-żgħażagħ
· Il-proġetti ta’
Youth Exchanges
· Il-programmi ta’ taħriġ u
capacity building
tal-
youth workers.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-ħidma matul dawn l-aħħar tnax-il xahar tal-Literacy and Information Support Unit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Literacy and Information Support Unit (LISU) tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bdiet topera f’Jannar 2016. Minn dakinhar sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 wettqet ħafna ħidma li kienet tinkludi: għajnuna lill-iskejjel li xtaqu jixtru kotba għal-libreriji tagħhom kemm f’dik li hija għażla tal-kotba kif ukoll fil-proċess ta’ xiri; sar ‘weeding ta’ libreriji tal-iskola; saru diversi laqgħat mal-kapijiet u mal-għalliema librara; ftuħ tal-libreriji tal-iskejjel sekondarji u medji fix-xhur tas-sajf 2016 bħala parti mill-programm ‘Aqra fis-Sajf’; tħejjijiet għas-serata ta’ premjazzjoni tal-Promoturi tal-Qari; xiri ta’ kotba għal kull skola medja, sekondarja u postsekondarja; titjib tas-‘software’; sapport fejn jidħol it-tqassim tal-librerija, ix-xiri ta’ riżorsi u proċeduri tal-librerija; xogħol fuq il-binja li se sservi bħala uffiċini tal-LISU; tqassim ta’ kotba biex jintużaw mill-għalliema tal-Malti bħala parti mill-iskema ‘L-Għodda f’Idejk', kif ukoll saru laqgħat regolari mal-entità Libreriji Maltin biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-libreriji tal-iskejjel u l-libreriji pubbliċi.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista b’iktar dettal tal-ħidma li wettqet il-Literacy and Information Support Unit mill-bidu tal-operat tagħha sal-aħħar ta’ Awwissu 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta bdiet topera s-sistema tal-Flemish Public Employment Services u jista’ jindika wkoll x’riżultati waslet għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Job Matching System il-ġdida bdiet taħdem mill-4 ta’ Lulju 2016. Għaldaqstant, infurmat li għadu kmieni wisq biex wieħed jagħmel evalwazzjoni serja tar-riżultati li ħarġu mit-tħaddim ta’ din is-sistema.
Jista’ l-Ministru jgħid x’proposti u proġetti mill-European Social Fund qed jiġu implimentati preżentement mill-Jobsplus u jekk hux se jkun hemm oħrajn ġodda għas-sena li ġejja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li qed jiġu implimentati preżentement jew li mistennija jibdew iktar tard jinkludu:
· Training for Employment;
· Access to Employment;
· Work Programme;
· Investing in Skills;
· VASTE Programme;
· Youth Guarantee 2.0
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispettorat fil-Jobsplus u kemm kien hemm infrazzjonijiet tul din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2016 sa Settembru 2016, l-ispetturi ta’ Jobsplus għamlu 4602 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol u li fihom intervistaw 8607 ħaddiem. Dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw f’2861 infrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jara li jiġu rranġati t-toilets tal-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ma jaħdmux u l-bibien ma jissakrux?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-toilets fl-iskola indikata mill-Onorevoli Interpellant kollha qed jiffunzjonaw u għandhom il-bibien jissakkru.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa għal kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar minn Marzu 2013 sal-lum? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – PR u media events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru u aġenziji governattivi fil-perjodu Ottubru 2013 sal-lum, xahar b’xahar? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant minn Ottubru 2013 sal-lum, inkluż l-Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea, hi kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, liema tabella tinkludi wkoll l-informazzjoni għall-perjodu Marzu - Settembru 2013. Dawn huma kontijiet imħallsa diġà.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – PR u media events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru u agenziji governattivi mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija inkorporata fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27994.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – karozzi uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozzi uffiċjali? Jekk qed jinkrew kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtraw kemm inxtraw? Ħarġu offerti għall-kiri jew xiri u minn fejn qed jinkrew jew inxtraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vettura li jien nagħmel użu minnha kienet inxtrat mingħand Michael Debono LTD għall-prezz ta’ €33,802,00. Il-vettura nxrat skont il-Guidelines MF6/2013 u kienet ġiet approvata mill-Financial Policy and Management Division, Ministeru għall-Finanzi.
Il-karozza li tintuża mis-Segretarju Parlamentari kienet inkriet wara li ħarġu l-offerti (quotes) għall-prezz ta’ €10,585 (VAT inkluża) fis-sena. Il-kumpanija hi South Lease.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – mobile telephone mħallas mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li hemm seba’ (7) persuni fis-Segretarjat tal-Ministru u tlieta (3) fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari li għandhom il-mobile imħallas mill-Gvern.
In-nefqa globali mill-2013 sal-lum tammonta għall-€53,197.69.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni mill-Università ta' Malta li gradwaw fl-aħħar sena akkademika? Kemm kien in-numru ta' gradwati minn kull lokalità ta' Malta u Għawdex, separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tkun tista' tingħata fit-tmiem taċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni ta’ din is-sena, jiġifieri wara s-7 ta’ Diċembru 2016. Bħalissa għadhom qed joħorġu r-riżultati u għalhekk l-għadd ta’ gradwati għadu provviżorju.