Se inpoġġi fuq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali għas-sena 2000 tat-taqsima ta' tkabbir ta' l-uċuh fl-Għammieri (Crop Husbandry). Dan ir-rapport normalment isir f'Jannar ta' kull sena. Għaldaqstant, dik għas-sena 2001 jitlesta fi żmien qasir.
Ir-rakkomandazzjonijiet dejjem ġew mgħoddija lill-bdiewa jew permezz ta' l-Extension Service, jew fi programmi tar-radju, jew fil-fuljett ''Biedja u Sajd''.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-kompraturi tal-ħut matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpraturi tal-ħut iridu jiżguraw li l-ħut li jixtru ma tinbidillux it-temperatura sakemm jasal għand il-konsumatur.
Hemm min m' għandu għalfejn jagħmel l-ebda ristrutturar u hemm min għandu bżonn jinvesti f'refrigeration equipment biex jiggarantixxi l-kwalita' tal-ħut sakemm jasal fid-destinazzjoni tiegħu.
Il-valur ta' dan ir-ristrutturar jista' jvarja ħafna.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-bejjiegħa tal-ħaxix matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob l-Onor. Interpellant jgħid x'jifhem bil-kliem "produtturi tal-bejjiegħa tal-ħaxix".
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-ħxejjex frisk matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma hemm ebda obligu li xi produtturi tal-ħxejjex friski jagħmlu xi ristrutturar. Li hemm żġur hi l-ħtieġa li jagħrfu s-suq u jfornuh bi prodotti ġenwini u ppreżentati b'mod attraenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-frott frisk matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30522.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi ta' l-iproċessar matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kull stabbiliment ta' l-ipproċessar għandu ħtiġiet differenti minn ta' sħabu.
Iċ-ċifra meħtieġa tiddependi mill-pjani ta' kull stabbiliment. L-għajnuna li tista' tingħata tiddependi minn negozjati li qed isiru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi ta' l-agro industrija matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-agroindustrija tfisser l-industrija kollha marbuta mal-agrikoltura. Għaldaqstant nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 30522.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi ta' l-Pitkala matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob l-Onor. Interpellant jgħid xi jrid iffisser bil-kliem "il-produtturi ta' l-Pitkala".
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-bajd frisk matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ir-ristrutura li jridu jwettqu l-produtturi tal-bajd frisk huwa relatat mal-qisien tal-gaġġeġ skond il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa rigward il-ħarsien ta' l-annimali mrobbija għall-ikel. Malta ilha li ffirmat din il-Konvenzjoni. Il-gaġeġ antiki ħafna suppost għandhom jinbidlu sas-sena 2008. Ma naħsibx li hemm bżonn ta' għajnuna mill-EU.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-laħam tat-tiġieġ matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ir-ristrutturar li jridu jwettqu l-produtturi taċ-ċanga friska hu relatat ma' manutenzjoni regolari u ma' ħtiġiet individwali li suppost isiru biex il-produzzjoni tkun iżjed effiċjenti.
M'jiniex f'pożizzjoni li nagħti valuri ta' spiża meta din hi ħaġa privata u ma naħsibx li hemm bżonn tintalab għajnuna mill-UE.
Jista' l-Ministru jinfurmani fuq liema varjetajiet ta' ħut li fuqhom saret riċerka fiċ-ċentru ta' San Luciana matul is-sena li għaddiet u din is-sena? X'riżultati ħallew u x'rikomandazzjonijiet sar lill-bdiewa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fiċ-Ċentru tax-Xjenzi tal-Ħut (MCFS) hemm interess f'numru ta' speċji bħal Tannut, Kaħli, Pagri, Aċċol, Ċeren u Tonn. Uħud min dawn l-ispeċi bħat-Tannut u Kaħli ġew abbandunati għaliex dawn idumu ħafna biex jikbru u allura t-tkabbir tagħhom jista' ma jkunx wieħed vijabbli. Speċji oħra għadhom qed jiġu studjati. Jekk jirriżulta li xi speċi mill-oħrajn turi rata interessanti ta' tkabbir, il-kunsulenti jipproċedu biex jiżviluppaw it-teknika tat-tfaqqis ta' din l-ispeċi. Dan ix-xogħol jieħu aktar minn sentejn, fost kollox għaliex wieħed ikun irid jistenna li l-ħut jimmatura u jibda jbid.
Lill-bdiewa, iċ-Ċentru tax-Xjenzi tal-Ħut ma għandux x'jgħidilhom iżda lill-produtturi tal-ħut jagħtihom il-pariri kollha li jkunu jeħtieġu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-laħam tal-majjal matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 30517.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-ħalib frisk matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 30517.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi taċ-ċanga friska matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 30517.
Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li filwaqt li jgħid li Malta għandha qafas aħjar mill-protezzjoni tal-kwoti fuq l-ikel, l-Gvern Nazzjonalista se jgħabbi lill-pajjiżna ta' kwoti fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel ġeja mill-pajjiżi li mhumiex membri wara s-sħubija ta' Malta fl-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sistema tal-kwoti ta' l-UE m'hix qiegħda hemm bħala protezzjoni iżda bħala pass ieħor ta' liberalizzazzjoni, skond il-prinċipji tad-WTO.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ħsarat li saru lill-bdiewa fil-Baħrija u Imtaħleb kawżati mis-silġ li għamel fl-inħawi nhar it-Tlieta 11 ta' Diċembru 2001? Jista' jara li dawn il-bdiewa jingħataw kumpens xieraq peress li kien hemm minn sarlu b'aktar minn Lm 2000 fi ħsarat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment konċernat jinvestiga kull każ li jasallu ta' ħsarat kawżati mill-maltemp.
Jien infurmat li d-Dipartiment irċieva tliet rapporti dwar ħsarat li setgħu ġew kaġunati mill-maltemp fil-11 ta' Diċembru 2001.
Jista' l-Ministru jinfurmani fuq liema varjetajiet ta' ħxejjex u frott saret riċerka fil-farm esperimentali matul is-sena li għaddiet u din is-sena? X'riżultati ħallew u x'rikomandazzjonijiet sar lill-bdiewa?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Għaldaqstant tweġiba tingħata f'seduta oħra.