Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu skemi ta' għajnuna lil min għandu d-dar Raħal Ġdid u jixtieq jirranġa l-gallarija ta' l-injam? Billi f'dan il-każ partikolari l-gallarija qed taqa' u dan jista' joħloq periklu anke lin-nies li jinzertaw għaddejjin minn taħtha, jekk is-sid jirranġaha jkun jista' japplika għas-sussidju jekk xi darba dan joħroġ għar-Raħal Ġdid? Hemm xi skemi ta' għajnuna jew sussidji għall-każijiet bħal dawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) m'għandhiex skema ta' sussidju għal tiswijiet ta' gallariji ta' l-injam ġewwa r-Raħal Ġdid. Minbarra mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), l-Awtorità tad-Djar għandha diversi skemi ta' sussidji għal tiswijiet u titjib ta' djar, fosthom għall-gallariji. U għalhekk għal aktar dettalji nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir insib din is-sena u minn meta? Jista' jagħti garanzija li l-kaċċa fir-Rebbiegħa u l-insib se jkunu jistgħu jiġu pprattikati bħalma kien imwieġeb qabel ir-referendum għal sħubija fl-Unjoni Ewropea mill-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħalma tħabbar fil-media u anke fl-istqarrija uffiċjali, l-istaġun tal-kaċċa u l-insib għall-gamiem u s-summien għal matul ir-rebbiegħa se jinfetaħ. Il-Ministru irċieva r-rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat Ornis u se jiddeċiedi dwarhom fil-jiem li ġejjin. Id-deċiżjoni dwar ftuħ ta’ l-istaġun fir-rebbiegħa dwar l-insib għall-għasafar tal-għana għad trid tittieħed mill-Ornis u tkun komunikata lill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus għal kiri tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali għal festival tal-birra? Dan il-ħlas sar lill-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-flus għall-kirja ta’ parti mill-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali għall-festival tal-birra kienu Lm3,236.32. Barra dan l-ammont tħallsu wkoll Lm1,585.52 għall-ħsarat li saru waqt il-festival. Iva, dan il-ħlas sar lill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-gvern irrifjuta xi permessi għall-ftuħ ta' spiżerija fis-Swatar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambent u l-Ippjanar (MEPA), meta wieħed ifittex għall-applikazzjonijet li għandhom il-kliem 'spiżerija', 'pharmacy' jew 'chemist' fil-proposta u 'Swatar' fl-indirizz, kien hemm applikazzjoni waħda għal spiżerija fis-Swatar li ġiet rifjutata. In-numru ta' din l-applikazzjoni huwa PA6686/94 u din kienet rifjutata fil-25 ta' Jannar 1999.
Din ġiet rifjutata primarjament għax il-bini ma offriex aċċess adegwat għan-nies bi bżonnijiet speċjali, l-anzjani u t-tfal fi
prams
.
Il-proposta tmur kontra para. 4.2 tal-
policy paper
imsejħa “
Parking Provision for Local Shops, Offices and Catering Establishments
” li tgħid li m’għandux jitħalla l-bdil fl-użu ta’ garaxxijiet taħt il-livell ta’ l-art għal ħwienet.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra liema proċedura intużat biex jinxtara l-inċineratur tal-Biċċerija? Kienet saret sejħa għall-offerti? Meta sar dan u x'kien irriżulta minnha? Kemm kienet in-nefqa totali fuq dan il-proġett, kif ukoll in-nefqa biex dan l-inċineratur jibda jilqa' skart ieħor minbarra l-biċċerija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-inċineratur tal-Marsa kien inxtara wara li lejn tmiem l-2003 kienet ħarġet sejħa għall-offerti taħt il-proċeduri tal-Ħames Protokoll Taljan. Id-ditta Taljana Gruppo Barbieri & Tarozzi S.p.a. rebħet dan il-kuntratt u l-letter of acceptance ħarġet f'Lulju 2004. Il-proġett ta' l-inċineratur tal-biċċerija sewa 10,444,450 Ewros, liema spiża ġiet iffinanzjata mill-Protokoll stess. In-nefqa biex dan l-inċineratur jieħu skart ieħor għadha qegħda tiġi negozjata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq in-Nissieġ, Haż-Żabbar, li hija parti mibnija, ma ngħatawx permessi għal bini fuq plots nri 56 u 59? Jista' jgħid għaliex din id-differenza bejn plot u oħra? Għaliex din it-triq li saħansitra anke ngħatat l-asphalt saret din id-distinzjoni ma' ċertu sidien ta' plots?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tipproduċi site plan fejn dawn iż-żewġ plots imsemmija jkunu indikati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' enforcement hemm pendenti quddiem il-MEPA? Jista' jgħid kemm ilhom li nħarġu dawn il-każi sena b'sena? Jista' jgħid kemm huma l-każi li l-appelli kontrihom inqatgħu u li jinsabu f'punt li l-awtorita' tista' tieħu azzjoni diretta skond il-liġi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat lil -Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha total ta’ 6,398 każ ta’ enforcement pendenti. Dawn huma maqsumin sena b’sena kif jidher hawn taħt. Minn dawn fil-preżent hemm 272 każ pendenti għal azzjoni diretta b’sentenza maqtugħa mill-Bord ta’ l-Appell.
Każi ta’ Enforcement Pendenti
CaseYear 93 74
CaseYear 94 96
CaseYear 95 272
CaseYear 96 420
CaseYear 97 450
CaseYear 98 510
CaseYear 99 371
CaseYear 00 526
CaseYear 01 452
CaseYear 02 448
CaseYear 03 422
CaseYear 04 589
CaseYear 05 809
CaseYear 06 819
CaseYear 07 140
Total 6,398
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MEPA għandhiex konsulenti legali esterni? Jekk fl-affermattiv, min huma u kemm tħallsu sena b'sena tul l-aħħar tlett snin?
In vista li l-MEPA għandha uffiċċju legali intern, jista' l-Ministru jispjega x'inhuma r-rwoli li l-konsulenti legali esterni u interni tal-MEPA għandhom? Lil min jirrappurtaw il-konsulenti legali esterni? X'koordinament jeżisti bejn l-uffiċċju legali intern u l-konsulenti esterni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi tieħu l-MEPA sabiex tiżgura li meta tagħti permessi għal bini li għandu ogħli ta' aktar minn ċertu numru ta' sulari dan jista' jingħata l-għajnuna mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili fil-każ ta' ħruq jew emerġenza oħra? Fl-istess waqt, x'eżerċizzju jew konsultazzjonijiet isiru sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbilta' għall-vetturi ta' emerġenza jew ambulanzi fi żviluppi bħal dawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policies ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jesiġu li f'każi ta' żvilupp ta' ċertu kobor jew żvilupp li jinvolvi iktar minn sular wieħed ta' parkeġġ taħt l-art jew parkeġġ aktar minn 25 karozza, l-iżviluppatur jintalab rapport tekniku minn inġinier li jitratta miżuri ta' sigurtà minn ħruq għall-iżvilupp kollu, konformi mal-linji gwida maħruġin mill-Building Industry Consultative Council (BICC).
Meta żvilupp ma jkollux aċċess dirett mit-triq, il-policy tesiġi li jkun hemm arranġament adegwat għall-vetturi ta’ emergenza u mezzi oħrajn, normalment f'forma ta’ triq interna li twassal għar-residenzi kollha. F'dawn il-każijiet issir konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Kif jista’ jimmaġina l-Onorevoli Interpellant is-sistemi li jikkumbattu n-nirien f’binijiet mhumiex limitati biss ghal fire-engines.
Il-familja indikata separatament għandha bżonn xi permessi speċjali biex tagħlaq il-ħajt madwar il-proprjeta' tagħha peress li l-aċċess faċli għad-dar mill-wesgħa ta' ħdejhom li hi tagħhom qed ikun ta' periklu għalihom bid-dħul illegali fuq il-proprjeta' tagħhom minn terzi persuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħajt jista’ jiġi kkunsidrat basta jinbena f'arja li tinstab ġewwa l-konfini ta’ l-iżvilupp. L-ebda tip ta' żvilupp ma jista’ jsir fil-parti mill-propjetà li tinstab f'żona ta' importanza ekologika Livell 2 u barra l-konfini ta’ l-iżvilupp.
Skond rapport li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea fid-9 ta' Jannar 2007, il-flotta tas-sajd Maltija, bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2005 naqset b'37% - l-aktar waħda li naqset fost il-pajjiżi membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid:
1) kemm kienet il-flotta fl-1 ta' Mejju 2004?
2) kemm kienet il-flotta fil-31 ta' Diċembru 2005?
3) kemm bastimenti ta' sajd ġew imneħħija?
4) ta' liema daqs u kategorija kienu?
5) x'tunnellaġġ jirrappreżentaw imqabbel ma dak ta' l-1 ta' Mejju 2004 u dak tal-31 ta' Diċembru 2005?
6) fuq liema tip ta' sajd kienu wżati l-bastimenti li ġew irtirati?
7) jekk is-sidien tagħhom irtiraw mis-sajd, għaliex dik jew dawk irtirati kienu l-uniċi bastimenti/bċejjeċ tal-baħar li kellhom jew jekk baqgħux jaħdmu b'bastimenti oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Għaliex il-MEPA qed tħalli li tinqered ix-xtajta tal-Islet Promenade f'Buġibba li s'issa kien jitgawda fl-istat naturali tiegħu u issa se jingħata għall-bini għall-iżvilupp privat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jidher li l-Onorevoli Interpellant qed irreferi għas-sit taħt it-triq fuq il-lemin tal-pjazza ta' Buġibba (Misraħ il-Bajja) u fejn fil-preżent jinsabu xi pjattaformi tal-konkos li fuqhom jintramaw logħob għat-tfal fix-xhur tas-sajf.
Din l-art kienet is-suġġett ta' applikazzjoni
outline
PA 6792/01, bil-perit ta’ l-applikazzjoni l-Perit Charles Buhagiar għal Med Design, biex ikun irranġat is-sit u jinkludi diversi forom ta' spazji ta' logħob u
landscaping
(pavimentar, bankijiet, dwal, u tħawwil ta' siġar), jinħolqu rampi għall-aċċessibiltà, u jinbnew kamra għall-ewwel għajnuna (
first aid
), kaxxa għall-biljetti, u
bar
żgħir, kollha magħmulin mill-injam.
L-applikazzjoni sħiħa (
Full
) PA 2207/03, taħt id-direzzjoni ta’ l-istess perit, ġiet milqugħa bil-kundizzjoni li spazju ta' 15-il metru mill-kosta jitħalla kompletament miftuħ u mhux mittiefes; li s-sit jintuża biss fix-xhur tas-sajf; li l-istrutturi ta’ l-injam jitneħħew mis-sit fix-xhur l-oħra u l- post jitħalla miftuħ għall-pubbliku. Dawn il-kundizzjonijiet huma ntiżi biex is-sit jibqa’ kemm jista’ jkun miftuħ filwaqt li jkunu mtejba l-faċilitajiet għat-tfal.
Riċentament ġiet sottomessa applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex jiġi emendat il-permess PA 2207/03 biex il-
bar
u l-kamra għall-ewwel għajnuna jiġu inkorporati fil-bini li preżentement jinsabu fih il-latrini pubbliċi. L-applikazzjoni għad trid tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar ħġieġ , plastic, karti u metall mill-bring-in sites f'Jannar ta' din is-sena? Jista' jgħid liema bliet/irħula għandhom dawn is-siti? Mil-liema post inġabar l-aktar minn dan l-materjal f'Jannar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ materjal miġbur mill-bring-in sites għax-xahar ta’ Jannar 2007 kien hekk:
Ammont (Kili)
Karta
Plastik
Metall (Cans)
Ħġieġ
Jannar 2007
105,968
31,356
17,300
58,360
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista kompleta tal
-bring-in sites
sal-ġurnata tal-lum.
Bħalissa s-sistema ma tippermettix li nkunu nafu liema lokalità tiġbor l-akbar ammont ta’ materjal riċiklabbli. Iżda fil-futur, meta nibdew inħaddmu l-vetturi li ġew mixtrija mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, nkunu nistgħu niġbru informazzjoni fuq kemm inġabar materjal riċiklabbli minn kull
bring-in site
u allura anke minn kull lokalità.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir biex it-tfal fl-iskejjel kemm tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti jidraw jisseperaw l-iskart? X'qed isir mill-Ministeru tiegħek biex jibda jsir is-separazzjoni ta' l-iskart fil-grounds tal-iskejjel stess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-WasteServ (Malta) Ltd qed tibgħat persuni speċjalizzati fis-suġġett biex f’isimha iżuru l-iskejjel u igħaddu informazzjoni dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart. Dawn iżuru kemm skejjel tal-Gvern, kif ukoll dawk privati u tal-Knisja, sekondarji kif ukoll primarji.
Permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, l-WasteServ (Malta) Ltd qed tkompli iżżid il-kontenituri għal skart isseparat fl-iskejjel biex b’hekk ikunu l-istudenti stess li jisseparaw l-iskart fl-iskejjel.
Minn madwar 200 skola li hawn f’Malta u Għawdex, 170 skola digà għandhom dawn il-kontentituri għas-separazzjoni ta’ l-iskart fil-bini tagħhom. Fil-ġimgħat li ġejjin, 27 skola oħra se jingħaqdu f’din l-iskema biex b’hekk ikollna total ta’ 197 skola li jkunu ntroduċew is-sistema ta’ separazzjoni ta’ l-iskart. Dan il-materjal miġbur mill-iskejjel imur kollu għar-riċiklaġġ.
Apparti l-iskejjel tal-Gvern, dawk privati u tal-Knisja, qed nilħqu ukoll istituzzjonijiet edukattvi oħrajn, fosthom il-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), l-Institute for Tourism Studies (ITS), il-
Home Economics Seminar Centre
, Skejjel għal Tfal bi Bżonnijiet Speċjali, in-
Nature Reserve Educational Centre
u
junior college
.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema tal-kumpannija Waste Serve qed iduru d-djar tan-nies? Jikkonferma li dawn jew uħud minnhom qed igħidu lin-nies fid-djarhom li l-iskart m'hemmx għalfejn jiġi separat fid-dar minħabba li hemm il-bring-in sites?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f’Settembru 2005, il-kumpanija WasteServ (Malta) Ltd bdiet timplimenta proġett ta’ €200,000 mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea (Fond Soċjali Ewropew) li jinvolvi t-taħriġ fit-tnaqqis ta’ skart u r-riċiklaġġ ta’ 20 persuna li kienu qed ifittxu x-xogħol. Dawn il-persuni żaru lill-familji biex jgħinuhom jikkooperaw fuq kwistjonijiet ta’ immaniġġjar ta’ l-iskart, bħalma huma t-tnaqqis ta’ l-iskart, l-użu tajjeb tal-bring-in sitesu s-civic amenity site, u kif ukoll kif isir il-kompost fid-djar.
Dan il-proġett kien immirat li jgħin lir-riżorsa ewlenija ta’ Malta billi jtejjeb il-possibiltajiet ta’ impjieg għall-parteċipanti billi jfornihom b’taħriġ kemm f’komunikazzjoni kif ukoll f’għarfien tekniku dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart. Il-vantaġġi ta’ dan il-proġett huma doppji għax l-iskop tiegħu hu li jnaqqas il-livell ta’ żvantaġġ fis-suq tax-xogħol billi jħarreġ lil dawk bla xogħol filwaqt li jeduka u jinforma lill-familji.
Sat-tmiem ta’ l-2006 dawn it-trainees żaru ‘l fuq minn 20, 000 dar. Din is-sena il-proġett qed jitkompla biex jintlaħqu iktar djar (madwar 25,000 dar oħra) u biex dawn jiġu infurmati dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart. Ir-rappreżentanti jenfasizzaw li, biex jibqa’ isseperat, l-iskart dan għandu jitqiegħed fil-bring-in sites. Dak li jinġabar minn quddiem il-bieb mill-ischammel bħalissa jibqa’ mħallat filwaqt li dak li jintrema b’mod isseparat fil-bring-in sitesimur għar-riċiklaġġ.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tal-pjanti tal-applikazzjoni li saret mal-MEPA mill-grupp Ronegas dwar il-Proġett tal-Baċir Nru 1?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp kopji tal-pjanti li jsiru ma’ l-applikazzjoni ta’ l-iżvilupp jistgħu jkunu spezzjonati biss għand il- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kif stipulat fil-liġi.
Jista' l-Ministru jassigura li l-eżerċizzju ta' l-isport off roading ġo Wied Ħesri, Qormi ma jkunx mingħajr kontroll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kull attivitá li titratta l-offroading teħtieġ permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dan ifisser li min ikun irid jorganizza din l-attività irid japplika biex jagħmel din l-attività u jindika l-post fejn sejra ssir. Din l-applikazzjoni tiġi studjata minħabba l-impatti li din jista’ jkollha fuq l-ambjent minn diversi oqsma. Wara jinħareġ il-permess b’għadd ta’ kundizzjonijiet u anki b’garanzija bankarja.
Ma jirrizultax li kien hemm jew li hemm xi permess pendenti biex issir din l-attività ta’
offroading
fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant. Il-pulizija ġew avżati biex jivverifikaw jekk hux qegħda ssir din l-attività mingħajr permess.
Jista' l-Ministru jara li ssir xi forma ta' parking għall-ħaddiema li jaħdmu Wied Inċita għax għal dawn qed tkun problema biex isibu parking? Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt kellhomx talba? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jsir xi ħaġa f'dan ir-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari prattikament identika Nru 23423 tas-Seduta 487 tad-29 ta’ Jannar 2007.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għat-tindif tal-post magħruf bħala il-"Magħluq" fi Triq il-Gardiel, Wied il-Għajn, jekk hux il-kunsill jew il-ministeru? Jekk il-ministeru, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dan il-post ġie mitluq u mimli ħmieġ u oġġetti bħal tyres, siringi, ġrieden, skart tal-metal eċċ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari prattikament identika Nru 23772 tas-Seduta 493 tat-12 ta’ Frar 2007.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23604 għal skedar ta' proprjeta' mħabbra fid-19 ta' Diċembru 2006 fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 1070 għall-inħawi ta' Simar mit-Triq tal-Miżieb sa Xatt il-Pwales, jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkollu dan l-iskedar fuq it-triq il-ġdida li qed tiġi ppjanata fil-Limbordin u li se jikkonsisti fil-qerda ta' raba' saqwi u tħaffir ta' mina taħt ix-Xagħra ta' l-Għansar li tħarbat l-ilma tal-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-iskedar ta' proprjetá, kif ġie mħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 1070 fid-19 ta' Diċembru 2006, joffri protezzjoni lill-ambjent naturali f'din iż-żona tax-Xemxija, partikolarjament lir-Riserva Naturali tas-Simar (li tikkonsisti f'sistema ta' għadajjar salmastri) u s-sies u x-xagħri fl-inħawi tax-Xagħra ta' l-Għansar. Ir-raba' u l-masġar tal-madwar ġew skedati bħala buffer zones biex jiżguraw il-protezzjoni tas-Simar u x-Xagħra ta' l-Għansar.
L-iskedar jibni fuq id-dikjarazzjoni ta' l-istess sit bħala 'Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni’ skond it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-Konservazzjoni ta’ Ambjenti Naturali u ta’ Fawna u Flora Selvaġġi. Madankollu l-linja ta’ l-iskedar testendi ‘l barra miż-Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni sabiex tinkorpora bis-sħiħ il-masġar u s-sies fix-Xagħra ta' l-Għansar.
Kull proposta ta’ żvilupp fiż-żona skedata, kif ukoll fiż-Żona Specjali ta’ Konservazzjoni, għandha tiġi evalwata skond l-impatti tagħha fuq l-ambjent naturali li jistgħu jinkludu impatti fuq il-pajsaġġ, il-ġeoloġija u l-ekoloġija ta’ din iż-żona. Partikolarjament għandhom jiġu evalwati l-impatti kemm diretti kif ukoll indiretti fuq l-għadajjar tas-Simar, is-sies u x-xagħri, u l-ambjenti u l-ispeċi assoċjati magħhom.
Il-paragrafi 15.34 sa 15.40 ta’ l-
Explanatory Memorandum
tal-Pjan ta’ Sruttura ta’ Malta jagħtu gwida dwar il-livell u t-tip ta’ protezzjoni meħtieġa u għaldaqstant ta’ liema żviluppi jistgħu jiġu kkunsidrati jew le.
B’hekk, jekk il-mod kif it-triq tkun proġettata ikun ser ikollu impatti negattivi fuq l-aspetti naturali msemmija hawn fuq, din m’għandhiex tiġi kkunsidrata fiż-żona skedata. Madankollu huwa dejjem importanti li t-tfassil tat-triq u tar-rotta minn fejn din tgħaddi jevita jew inaqqas kemm jista’ jkun l-impatti fuq l-ambjent ferm sensittiv ta’ l-inħawi, kemm jekk dawn ikunu skedati u kemm jekk le.