Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma sarux tiswijiet fis-sistema tad-drenaġġ tar-residenti li joqogħdu fi Triq Ċensu Busuttil il-Fgura? Peress li r-residenti li joqogħdu fi Triq ir-Rihan ilhom għal dawn l-aħħar tlett snin ibatu l-konsegwenzi ta' dawn il-ħsarat minħabba li d-drenaġġ qed ifur fil-bjar tad-djar tagħhom, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol biex tissewwa l-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tagħmel investigazzjonijiet u xogħolijiet relatati fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Ċensu Busuttil, u Triq Rihan, Fgura.
Dawn jinkludu tindif tal-mains biex jitkompla is-CCTV survey, kxif ta’ manholes li tgħattew bit-tarmak, kif ukoll investigazzjonijet minn naħa tas-Sanita’.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-Air Malta għażlet li tingaġġa inġinier barrani fl-istess taqsima fejn telqu inġiniera Maltin bi skemi ta' early retirement? Tagħmel sens li l-ewwel tinkoraġixxi lin-nies jitilqu biex imbagħad tpoġġi ħaddiem barrani minflokhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab bid-drenaġġ ifur u ma tistax tkompli għaddejja b'din is-sitwazzjoni? Tista' tittieħed azzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għaddiet il-każ imsemmi mill-Onor Interpellant lill-Awtoritajiet tas-Sanita’ biex dawn jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom fuq house connection privat billi jidher li dan hu l-kawża tal-problema.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24354 u jelenka skemi/inċentivi/sussidji offruti mill-Malta Enterprise lill-imprendituri Għawdxin; jgħid kemm ilhom viġġenti dawn l-iskemi/inċenvitivi/sussidji u kemm ibbenefikaw f'dawn l-aħħar ħames snin minn kull skema/inċentiv/sussidju?
Response (GATT, AUSTIN)
L-iskemi kollha pubblikati taħt il-Business Promotion Act kif ukoll skemi oħrajn pubblikati taħt liġijiet differenti huma kollha applikabli għal Għawdex.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24352 u 24440 jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm crew tal-Gozo Channel li telaq f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid meta u jekk il-post vakant reġgħex ġie mimli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar sentejn, mill-ewwel ta’ Marzu 2005, il-membri tal-crew li ħallew il-Kumpanija (bejn riżenji, irtirar jew terminati), kienu:-
Gradi
Numru
Kaptana
4
Chief Officers
1
Chief Engineers
3
2nd Engineers
3
Bosuns
2
Seamen
5
Customer Service Officers
1
Motorman
1
20
F’dak l-istess żmien ġew impjegati erba’ (4) Chief Officers (wieħed f’Ġunju 2006, tnejn f’Ottubru 2006, u wieħed fi Frar 2007) u erba’(4) Enġiniera (wieħed f’Novembru 2005 u tlieta fi Frar 2006).
Jista' l-Ministru jgħid liema kienet id-ditta ta' avukati li rrappreżentat lill-kumpannija estera TECOM fit-trasferiment tal-Maltacom lill-istess TECOM?
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx ċilindri tal-gass ġodda matul is-sena 2006? Jista' jgħid jekk inxtarax xi apparat u makkinarju ieħor relatat mad-distribuzzjoni tal-gass matul l-2006? Jista' jgħid x'kienu u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2006 inxtraw 35,000 ċilindru tat-tnax il-kilo għas-somma totali ta’ 635,600 Euros jew Lm272,863.
Fl-istess sena, inxtara ukoll apparat magħruf bħala palletizing plant għas-somma ta’ 139,200 Euros jew Lm59,759 biex tiżdied il-produzzjoni u fl-istess ħin tonqos it-tbatija għall-ħaddiema kif ukoll żewġ fork lifters għas-somma totali ta’ Lm36,946.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surchargefuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Ottubru 2006 u Frar 2007? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23494 u jgħid kemm-il fabbrika waqqfet l-operazzjoni tagħha f'Malta u f'Għawdex matul l-2006? Kemm kienu jimpjegaw nies? Liema kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, jiena nfurmat li l-MIP tkun tista tirrispondi biss dwar kemm fabbriki 'ħadet lura' u mhux kemm waqfu l-operazzjonijiet. F'dan il-każ, jien infurmat li n-numru hu 24 kumpanija minn 35 fabbrika li jinkludu kumpaniji li fallew, ġew 'evicted', etc.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant li jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru konċernat.
Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni hija ta' natura kunfidenzjali kif ukoll tista' tkun kummerċjalment sensittiva u għalhekk mhux prudenti li tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tiegħu għall-fatt li minkejja d-dikjarazzjonijiet tiegħu, l-għola uffiċjali tal-Maltacom ikkontradixxew dak li jidher li stqarr hu xi żmien ilu dwar l-art fil-Qawra meta dawn għamluha ċara li l-art li kienet xtrat il-Maltacom fil-Qawra qabel il-privatizzazzjoni u li għandha valur sostanzjali se tibqa' f'idejn il-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għall-istqarrija dwar l-art fil-Qawra u l-Maltacom maħruġa fil-11 ta' April 2007.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25539, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mit-testijiet li saru fuq il-main tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon, Hal Luqa? Jista' jgħid jekk dan il-main hux se jinbidel qabel ma jsiru x-xogħlijiet ta' tarmac f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Enterprise/Malta Industrial Parks — Fabbriki
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fabbriki reġistrati mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks? Jista' jaqsamhom skond is-setturi differenti? Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull settur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux minnu li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tħallas tariffa mnaqqsa(i.e. sussidjata) għall-elettriku li tikkonsma? X'inhi t-tariffa li tħallas l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-elettriku, u x'inhi l-ispiża ta' l-Enemalta biex tiġġenera u tiddistribwixxi l-elettriku bil-prezz taż-żejt illum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Telefonati minn linji fissi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.