Malta — EU Information Centre – lista ta’ konsulenti/kumpanija ta’ konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kumpaniji u individwi, lokali jew barranin, li l-Malta - EU Information Centre għamel użu minnhom matul is-snin kollha li dam jopera? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li taw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, sena b’sena? Tista’ tgħid x’kienu l-karigi tagħhom? Tista’ tgħid x’kien il-pakkett sħiħ ta’ remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, li kienu jirċievu, kariga b’kariga? Tista’ tgħid fuq liema bażi kienu magħżula dawn il-persuni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Malta — EU Information Centre – ħaddiema fis-settur/servizz pubbliku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid mill-persuni kollha li ħadmu mal-Malta - EU Information Centre matul is-snin kollha li dam jopera, kemm kien hemm impjegati li kienu diġà jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku qabel ma bdew jaħdmu mal-Malta - EU Information Centre u kemm minnhom ma kenux? Tista’ tgħid kemm baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku wara li l-Malta - EU Information Centre ma baqax jopera u f’kull każ fejn baqgħu jaħdmu fis-settur/servizz pubbliku?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Meta wieħed iqis li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) hija responsabbli minn 40 sett ta’ regolamenti li huma direttament relatati mas-saħħa u s-sigurtà, ħames settijiet ta’ regolamenti li għandhom x’jaqsmu mar-radjazzjoni u żewġ settijiet ta’ regolamenti maħruġa taħt il-liġi dwar is-saħħa pubblika, imma għandha biss 15-il impjegat f’kategoriji tekniċi li jistgħu jagħmlu spezzjonijiet, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-ammont ta’ spetturi li l-Awtorità tqis ideali biex ilaħħqu mal-bżonnijiet? Fil-kuntest ta’ eluf ta’ ħaddiema li daħlu jaħdmu mas-settur pubbliku fl-aħħar tliet snin, x’inhu l-pjan biex jintlaħaq in-numru ta’ impjegati neċessarji mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA tammira li jkollha mill-inqas 20 persuna ikkwalifikata fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u madwar 10 persuni fi professjonijiet differenti. Fil-każ tal-uffiċċjali mhux speċjaliżżati, in-numru msemmi hu bbażat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-International Labour Organisation (ILO) li tirrakkomanda spettur ġeneralista għal kull 10,000 ħaddiem.
Jiena nfurmata li l-ingaġġ ta’ nies biex jaġixxu ta’ uffiċċjali tas-saħħa u s-sigurtà ma jiddependix biss fuq id-disponibbiltà ta’ fondi, iżda wkoll fuq il-fatt li l-OHSA trid tikkompeti ma’ kumpaniji fis-settur privat qabel tingaġġa lil dawn it-tip ta’ nies – dan minħabba l-fatt li skont il-liġi, kull min iħaddem irird iqabbad persuni kompetenti biex jassistu fil-miżuri li jkunu jridu jittieħdu fir-rigward ta’ saħħa u sigurtà. Dan jagħmilha diffiċli biex l-OHSA ssib in-nies bil-kwalifiċi meħtieġa.
Minn żmien għal żmien, l-OHSA toħroġ sejħiet għall-ingaġġ ta’ nies f’kategoriji differenti.
Każijiet quddiem id-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem id-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-MCCAA? Tista’ tgħid kull każ dwar xiex jitratta, meta ġie intavolat u fiex wasal? Tista’ tgħid fl-aħħar sena kemm ġew deċiżi każijiet mid-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari 8288 fl-2014 fejn ġie indikat li kien hemm 36 każ pendenti sa l-aħħar tal-2013. Illum il-każijiet pendenti nieżlu għal 18 il-każ.
Is-sena ta’ meta il-każijiet pendenti ġew intavolati huwa kif ġej:
SenaNumru ta’ każijiet
20082
20101
20112
20122
20131
20144
20153
20163
Dawn jikkomprendu:
· Sitt każijiet fis-suq tal-kommunikazzjoni
· Erba’ każijiet fis-suq tal-energija
· Tnejn fis-suq tad-divertiment
· Wieħed fis-suq tal-assigurazzjoni
· Wieħed fis-suq tat-transport
· Wieħed fis-suq tal-propjeta
· Wiehed fis-suq tal-uniformijiet tal-iskejjel
· Wieħed fis-suq tal-logħob ta’ l-azzard
· Wieħed fis-suq tax-xorb
L-Uffiċċju ma jistax jagħti informazzjoni waqt li l-investigazzjoni tkun ghadha għaddejja.
F’dawn l-aħħar tnax il-xahar, l-Uffiċċju għalaq 15 il-każ taħt il-liġi tal-Kompetizzjoni. Ma’ dawn eżamina u approva għaxar konċentrazzjonijiet taħt ir-regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrażżjonijiet.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24853 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-persuna msemmija.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 24850 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24851 u tjagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24849 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24848 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24854 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24852 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-persuna msemmija.
Malta National Laboratory Ltd — proċess ta' likwidazzjoni
Question
Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22543, il-Ministru qalet li l-likwidazzjoni tal-Malta National Laboratory kienet se tkun konkluża sal-aħħar ta’ Jannar 2016 u din ma seħħitx, u dan anke kif ġie kkonfermat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24126, tista’ l-Ministru tgħid għaliex din il-likwidazzjoni għadha ma ġietx konkluża sal-lum u x’qed isir sabiex il-ħlasijiet li huma dovuti jiġu mħallsa minnufih mingħajr ebda aktar dewmien?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba parlamentari numru 24126.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – tqassim ta’ materjal promozzjonali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fejn isir it-tqassim ta’ materjal promozzjonali differenti tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fejn kulħadd jista’ jkollu aċċess għal dan il-materjal?
Response (DALLI, HELENA)
L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għandha numru ta’ fuljetti ta’ informazzjoni li jitqassmu f’postijiet differenti. Peress li huma mmirati lejn il-post tax-xogħol, l-aktar li jitqassmu huwa propju f’postijiet tax-xogħol, iżda dawn jitqassmu wkoll waqt sessjonijiet ta’ taħriġ u ta’ informazzjoni.
Skont in-natura tas-suġġett, materjal promozzjonali jitqassam f’postijiet partikolari, bħal per eżempju ċentri tas-saħħa, kunsilli lokali, fabbriki, skejjel kif ukoll f’fieri differenti. Materjal ta’ informazzjoni jista’ wkoll jinkiseb mill-Awtorità stess.
Irid jingħad iżda, li peress l-OHSA hija konxja mill-obbligi ambjentali tagħha, l-Awtorità tippromwovi aktar l-użu tal-websajt tagħha bħala sors ta’ kif wieħed jikseb materjal promozzjonali jew informattiv li huwa kollu bla ħlas.
Kampanja mat-tfal fl-iskejjel dwar is-saħħa u s-sigurtà
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi kampanja fuq is-saħħa u s-sigurtà mat-tfal fl-iskejjel?
Response (DALLI, HELENA)
Mit-twaqqif tagħha, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol dejjem rat l-edukazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fost it-tfal bħala fundamentali għat-tibdil fil-kultura dwar is-suġġett. Huwa għalhekk li b’mod regolari jsiru numru ta’ taħditiet fl-iskejjel fejn jintwera filmat dwar karattru jismu NAPO, fejn jiġu spjegati l-punti prinċipali lill-istudenti u wara jkun hemm ukoll il-karattru NAPO li jżur lit-tfal. It-tfal jingħataw ukoll ktejjeb ta’ informazzjoni u taħriġ. Ġieli tqassmu dvds ukoll. Is-sena l-oħra kienet imnedija websajt għall-għalliema bi pjan ta’ lezzjonijiet għal tfal ta’ etajiet differenti.
Ftit ġranet oħra se titnieda wkoll f’Malta kampanja Ewropea bl-isem ‘Saħħa u Sigurtà f’Kull Età’. Din il-kampanja, li se ddum sentejn, se tkun qed tindirizza l-importanza ta’ saħħa u sigurtà matul il-ħajja kollha. L-Awtorità, bi ftehim mal-prinċipali, se tkun qed tqassam materjal f’kull kulleġġ. Barra minn hekk, se jkun hemm ukoll
roving exhibition
f’kull kulleġġ li matul is-sentejn tal-kampanja se tkun qed iddur fl-iskejjel.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) hux qed tikkunsidra xi regolamenti li permezz tagħhom fil-fatt jiġi assigurat li l-bosta skips li jintużaw fuq is-siti ta’ kostruzzjoni jkollhom identifikazzjoni ċara, billi qed jitfaċċaw skips li m'għandhom l-ebda dettal fuqhom u għalhekk f'każ ta’ xi inċident ħadd ma jkun jista’ jiġi kkuntattjat dwar dak li jkun meħtieġ? Kemm kien hemm każi fejn l-OHSA fil-fatt ħadet xi passi dwar dawn l-iskips, matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena? Fejn kienu l-każi li dwarhom ittieħdu l-passi li qed nagħmel referenza għalihom?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fil-preżent, l-Awtorità mhux qed tikkunsidra regolamenti dwar skips, inkluż li dawn irid ikollhom identifikazzjoni ċara. Ma ttieħdux passi mill-OHSA dwar użu ta’ skips matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.