Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11906 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St James Cavallier — Ċentru ta' l-Arti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun lest il-bini ta' San Ġakbu l-Kavallier biex jiġi miftuħ iċ-Ċentru ta' l-Arti għall-millenju?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi l-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Minsteru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #11914 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Isla

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-iskola primarja ta' l-Isla possibilment billi jiġu indikati is-sess tagħhom sena b'sena, kif ukoll kemm hemm għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti sena b'sena huma dawn: Subien Bniet Year 1 - 44 21 23 Year 2 - 50 23 27 Year 3 - 37 25 12 Year 4 - 46 23 23 Year 5 - 44 21 23 Year 6 - 40 21 19 TOTAL 261 134 127
Leg 9 PQ #11915 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-iskola primarja ta' Bormla possibbilment billi jiġu indikati is-sess tagħhom sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti sena b'sena huwa dan: Skola Primarja A Subien Bniet Year 1 - 57 26 31 Year 2 - 50 25 25 Year 3 - 69 39 30 TOTAL 176 90 86 Skola Primarja B Subien Bniet Year 4 - 71 36 35 Year 5 - 56 32 24 Year 6 - 64 37 27 TOTAL 191 105 86
Leg 9 PQ #11923 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — Vot

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema vot joħorġu Lm200,000 li ġew ivvotati mid-Dipartiment tal-Lottu lid-Dipartiment ta' l-Isports? Kif ġie deċiż li s-somma għandha tkun ta' Lm200,000?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11924 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Logħob taċ-Champions league

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-PBS qed ixxandar il-logħob taċ-Champions League fuq Channel 12 minflok kif kien isir fil-passat fuq it-TVM?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux korrett l-Onor. Membru meta jgħid li l-logħob qed jixxandar fuq Channel 12 flok fuq TVM. Qabel, it-telespettaturi Maltin kienu jgawdu partita waħda kull round, fuq TVM, għax dan bħala stazzjon li għandu firxa kbira ta' programmi ma setax jittrasmetti aktar minn hekk. Ix-xandir fuq Channel 12 ta ċ-ċans lill-PBS li turi partita oħra kull round u li kieku ma kienx għal Channel 12 ma kenitx tixxandar, għallinqas diretta. Informat ukoll li għalkemm partita tixxandar fuq Channel 12, is-siltiet tal-jumejn logħob jixxandru fuq TVM.
Leg 9 PQ #11847 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Segretarju

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 4900, jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jiġi maħtur segretarju ta' l-Universita' ai termini ta'l-Att ta' l-Edukazzjoni tul is-sena li ġejja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa fl-Universita` għaddej studju ta' kif għandha tiġi rristrutturata l-amministrazzjoni ċentrali. Il-pożizzjoni ta' segretarju jifforma parti minn dan l-eżerċizzju.
Leg 9 PQ #11888 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Is-Sur Richard Muscat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'remunerazzjoni/benefiċċji għandu/kellu l-ex segretarju parlamentari, Richard Muscat, li ddaħħal bħala konsulent fil-ministeru/segretarjat parlamentari? Kemm ilu/dam f'din il-kariga? Għadu jokkupa din il-kariga wara li ġie maħtur ambaxxatur għall-Irlanda?

Response (GALEA, LOUIS)

Is-Sur Richard Muscat ilu jokkupa l-kariga ta' Advisor p.t. b'effett mill-1 ta' Ottubru 1998 b'remunerazzjoni ta' Lm3000 fis-sena.
Leg 9 PQ #10204 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Allegazzjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8726, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet tal-bord kif ukoll il-proposti? Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-passi neċessarji li ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħti parir li r-rapport u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet jinżammu kunfidenzjali, bħalma dejjem kien il-każ sallum f'materji ta' din ix-xorta.
Leg 9 PQ #11831 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Umberto Colosso

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġett ta' riabilitazzjoni kemm maħsub għall-iskola Umberto Colosso? Min huma l-periti? X'sar mill-proġett li kien issuġġerixxa l-Kunsill Lokali ta' Santa Venera u li kienu ħadmu fuqu l-periti Carm Lino Spiteri u Paul Gauci?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Ditta ta' Periti Mangion & Mangion qed tagħmel studju (brief) dwar l-istat tal-bini ta' Umberto Calosso. Mill-istudju għandu jirriżulta jekk il-bini attwali għandux jitwaqqa' kompletament jew in parti, u għandiex tinbena skola ġdida fl-istess post. L-istudju għandu jieħu in konsiderazzjoni l-ispejjeż involuti fi kwalunkwe għażla. Informat ukoll li d-Ditta tal-Periti infurmat lis-Sindku ta' Santa Venera b'dak li qed tagħmel.
Leg 9 PQ #11842 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement għalliema nisa u rġiel fl-iskejjel primarji u sekondarji li qegħdin fl-aħħar ħames snin ta' servizz tagħhom u kemm għalliema rriżenjaw mis-servizz din is-sena, jiġifieri l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' għalliema li qegħdin fl-aħħar ħames snin ta' servizz huwa 232 maqsuma kif ġej: Għalliema Nisa - 120 Għalliema Rġiel - 112 Informat ukoll li l-għadd ta' għalliema li rriżenjaw mis-servizz matul l-1999 hu ta' 29.
Leg 9 PQ #11844 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xgħajra — Fortizza della Grazzja

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 4899, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi żvilupp rigward il-ħsarat li għandha l-Fortizza della Grazzja, ġewwa x-Xgħajra?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija saret fl-1 ta' Diċembru u t-tweġiba trid tingħata fl-uffiċju ta' l-iskrivan illum it-3 ta' Diċembru, ir-rapport meħtieġ għadu ma' wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #11845 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema tal-Ġappuniż

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 5155, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Ġappuniż fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-sena 1999/2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskejjel fis-sena skolastika 1999-2000 m'hemm ebda student jew għalliem, jitgħallem jew jgħallem il-Ġappuniż.
Leg 9 PQ #11846 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema tal-Grieg

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 5154, jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Grieg klassiku fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-sena 1999/2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskejjel sekondarji fis-sena skolastika 1999-2000 m'hemm ebda student jew għalliem, jitgħallem jew jgħallem il-Grieg.
Leg 9 PQ #11855 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — J.F. Abela Junior College - Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu l-għalliema ta'l-iskola J.F. Abela tal-Junior College, Msida, peress li hemm għalliema ta' l-Ingliż nieqsa fil-Form I u l-istudenti qed ikollhom lezzjonijiet nieqsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nuqqas ta' għalliema fid-dipartiment ta' l-Ingliż fil-Junior College irriżulta minħabba: a. żieda sostanzjali fin-numru ta' studenti fl-ewwel sena tal-kors; b. li tlett membri ta' l-istaff akkademiku fid-dipartiment ta' l-Ingliz jinsabu jistudjaw barra minn Malta; c. li membru ta' l-istaff qegħda bil-pregnancy leave. Mit-3 ta' Jannar, tnejn minn dawn l-erba' lecturers jiġu lura u mhux ser ikun hemm nuqqas ta' lezzjonijiet fid-dipartiment ta' l-Ingliż. Informat ukoll li ser isiru arranġamenti biex dawk il-lezzjonijiet li ma ngħatawx matul Ottubru, Novembru u Diċembru jiġu rkuprati.
Leg 9 PQ #11822 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11062, jista' l-Ministru jikkonferma li biex il-bord amministrattiv tal-Pixxina Nazzjonali ħallas is-somma ta' Lm18,300 kellu jitlob il-gvern biex jingħata bil-quddiem il-ħlas ta' tliet xhur li l-gvern jagħti biex jgħin fil-ħlas ta' fuel u xogħol ieħor? Kif ħadem il-bord tal-pixxina biex iħallas kontijiet matul Ottubru, Novembru u issa Diċembru la m'għandux għad-dispożizzjoni tiegħu s-somma ta' aktar minn Lm6,000 li l-Gvern jgħaddilu kull xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Bord tal-Pixxina Nazzjonali imexxi l-Kumpless b'fondi mogħtija lilu mill-Gvern u oħrajn ġenerati minnu stess b'attivitajiet li jsiru fil-Pixxina Nazzjonali. Dawn il-fondi huma biżżejjed biex il-Bord jissodifa l-obbligi tiegħu għal din is-sena.
Leg 9 PQ #9805 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Swar — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern għar-restawr tas-swar li jdawwru l-Belt Valletta u anke t-tlett ibliet?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar din il-materja, nitlob l-Onor. Membru jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #11747 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing board

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10413 li staqsejtu aktar minn xahar ilu li kienet tirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 8810 li staqsejtu aktar minn erba' xhur ilu? Jista' l-Ministru jispjega kif għaddew iżjed minn erba' xhur u t-tweġiba għadha ma ngħatatx "għax it-tagħrif .... mhux komplut"?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #11772 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Offerti għal dome

Question

B'riferenza għal-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10818, jista' issa jgħid kemm saru offerti għall-dome fuq il-pixxina nazzjonali u minn min saru? Kemm kienet kull offerta? Il-bord tal-pixxina nazzjonali kkonsidra l-proposti tekniċi? Min huma l-esperti tekniċi li ġew/se jiġu kkonsultati dwar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 17-il proposta miftuħa mill-Bord tat-Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali fil-preżenza ta' uffiċjal mid-Dipartiment tal-Kuntratti u numru ta' partijiet interessati li ssottomettew il-proposti rispettivi tagħhom. Għandu jinkiseb parir tekniku fuq il-proġett tal-Pixxina Nazzjonali dwar l-impatt ta' l-istrutturi proposti fuq l-istruttura eżistenti. Informat li l-Kunsiderazzjonijiet ta' natura finanzjarja huma maħsuba li jinfetħu mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'każ li tittieħed xi deċiżjoni aħħarija dwar it-twaqqif ta' struttura biex titgħatta l-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #11790 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Nazzjonali Ġdid — Matsec

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu s'issa biex il-bord tal-Matsec jiżgura li fit-tfassil tal-karti ta'l-eżamijiet tas-SEC jiġu riflessi l-bidliet li se jseħħu bid-dħul tal-Kurrikulu Nazzjonali Ġdid għal dawk f'eta' bejn it-3 u s-16-il sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien stess iltqajt mal-Bord tal-MATSEC fis-26 ta' Ottubru. Il-Bord ġie mitlub jassigura li meta l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali l-ġdid jiġi fis-seħħ, ikun hemm qbil bejn iż-żewġ sistemi (l-eżamijiet tal-Matsec u l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali) sabiex dawn jintegraw bla ebda skossi jew problemi għall-istudenti. Il-Matsec Board qiegħed jikkonsidra l-passi meħtieġa. Informat ukoll li bħalissa qiegħda ssir ħidma ta' reviżjoni tas-sillabi kollha li jwasslu sas-sena 2004. Fuq dawn il-Bordijiet tas-Sillabi hemm l-Education Officers tad-Diviżjoni, għalliema mill-iskejjel ta' l-istat u dawk tal-privat, kif ukoll membri mill-Universita`. Dawn kollha jingħataw istruzzjonijiet biex iqisu x'jgħid il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali l-ġdid.
Leg 9 PQ #11791 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Ċentru għall-Istudji tar-Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rikonoxximent akkademiku se jkun hemm għall-korsijiet taċ-Ċentru għall-Istudji tar-Restawr min-naħa ta' l-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istitut għall-Istudji fir-Restawr li hu inkorporat fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr jorganizza diversi korsijiet, kemm qosra, kif ukoll Diploma ta' tlett snin u Degree ta' erba' snin. Dan iċ-Ċentru twaqqaf bi sħab bejn l-Universita` ta' Malta u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u għalhekk hu mistenni li l-Universita` tagħti rikonoxximent akkademiku sħiħ għall-korsijiet ta' l-Istitut għall-Istudji fir-Restawr bil-proċedura li tistabbilixxi l-Liġi dwar l-Edukazzjoni. Skond l-artiklu 5 ta' l-istatut tiegħu, iċ-Ċentru Malti għar-Restawr għandu l-jedd li jagħti kwalifiċi anke sal-livell ta' Degree f'ko-operazzjoni ma' l-Universita` ta' Malta. Hu mistenni li, anke kif isir f'każijiet oħra, id-degree taċ-Ċentru Malti tar-Restawr tingħata saħansitra bil-boll ta' l-Universita` ta' Malta. Għalkemm għad fadal erba' snin qabel ma jispiċċaw il-kors l-ewwel studenti taċ-Ċentru, inbdew il-proċeduri biex dawn l-arranġamenti jiġu formalizzati. Ta' min jgħid li, minbarra r-rikonoxximent sħiħ mill-Universita` ta' Malta, qiegħda ssir ħidma biex il-korsijiet taċ-Ċentru Malti għar-Restawr jiġu rikonoxxuti minn Universitajiet u Istituzzjonijiet barranin.