Legislature:
Category:
Reset
Active:

Power stations — Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kif hi mqassma d-domanda għall-enerġija mill-power stations, siegħa b'siegħa, matul il-ġurnata?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Ħlas lid-Ditta Megabyte

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 2191 li diġa' saret darbtejn qabel, jiġifieri mistoqsijiet parlamentari numru 1819 u 1379?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #2443 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Policy ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li applikaw qabel il-Budget biex idaħħlu jew daħlu s-servizz ta' l-ilma mill-Water Service Corporation humiex se jiġu iċċarġjati? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-policy l-ġdida?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif kien tħabbar fil-konferenza dwar it-tariffi l-ġodda tad-dawl u ta' l-ilma, il-ħlas dovut għal installazzjoni għandu jsir kemm minn dawk li applikaw qabel kif ukoll minn dawk li applikaw wara l-Budget. Rigward il-policy l-ġdid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-futur ser jiġi ppubblikat avviż legali fejn ikun hemm aktar tagħrif.
Leg 9 PQ #2487 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Poultry Processors Association

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata konsiderazzjoni lit-talba li saritlu mill-Poultry Processors Association?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba li saret mill-Poultry Processors Association qed tkun ikkunsidrata.
Leg 9 PQ #1280 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din it-tweġiba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1453 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Zona industrijali

Question

Jista' l-Ministru jara li jdaħħal fil-pjanijiet tiegħu żvilupp ta' Industrial Estate fir-Rabat, Malta? Billi din il-problema fir-Rabat ilha pendenti għal numru ta' snin u apparti l-problemi ambjentali li qed tikkawża, qed iċċaħħad ħafna żgħażagħ milli jiżviluppaw dawn is-snajja' sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, jista' l-Ministru jirrimedja għal dan il-bżonn mill-aktar fis possibbli? Jekk fl-affermattiv, meta u fejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1455 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zoni industrijali — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-policy li għandu l-gvern sabiex fil-ħames snin li ġejjin jiżviluppaw industrial estates ġodda f'Malta? Fil-fatt fiex waslu l-proġetti li kien beda Gvern Laburista preċedenti dwar dawn l-industrial estates?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kanċillier Ġermaniż Schroeder

Question

Fil-laqgħa li kellu mal-Kanċillier Ġermaniż Schroeder nhar it-Tlieta, 1 ta' Diċembru, 1998, il-Prim MInistru Franċiż Lioned Jospin qal li l-pajjiżi applikanti jidħlu fl-Unjoni Ewropea "meta jiddeċiedu li kapaċi jilqgħu għax-xokk ekonomiku li ġġib magħha għaqda fl-Unjoni Ewropea." Meta jaħseb li pajjiżna se jkun inbidel biżżejjed skond ir-regolamenti u l-liġijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea biex ikun kapaċi jilqa' għax-xokk ekonomiku li Jospin jgħid li ġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni preżenti qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-bidliet ekonomiċi neċessarji jsiru mingħajr skossi u b'mod sistematiku sabiex meta jasal iż-żmien li fih eventwalment Malta tibda tifforma parti mill-Unjoni Ewropea, l-ekonomija ta' pajjiżna tkun ippreparata biex tilqa' l-isfidi ġodda li tali sħubija ġġib magħha. Tajjeb wieħed jgħid li l-bidliet kontemplati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea huma l-istess bħal dawk neċessarji biex tissieħeb fil-Free Trade Area li l-gvern preċedenti ried jagħżel ma' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #1452 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Qtugh fil-provista

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Mellieħa nhar il-11 ta' Novembru għal ħabta tat-8.30 p.m.? Ġew irrapportati xi danni u ħsarat ta' affarijiet domestiċi mir-residenti? Jekk iva, x'għajnuna se testendi l-Enemalta lil dawn ir-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku fil-Mellieħa fil-11 ta' Novembru 1998 ġiet ikkawżata minn ħsara fuq linja tal-11KV li tipprovdi l-elettriku fl-inħawi tal-Miżieb. Il-Korporazzjoni ma rċeviet ebda rapport dwar ħsarat f'apparat domestiku.

Local Manufacturers Promotion — Act Cap. 336

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jressaq l-Avviż Legali Numru 68/98 li jemenda l-Local Manufactors Promotion Act Cap 336 dwar l-importazzjoni ta' beef burgers li kien ingħata l-Ewwel Qari fil-25 ta' Mejju, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni preżenti ddeċidiet li l-abbozz ta' liġi in kwistjoni m'għandux jerġa' jitressaq.

Beef burgers — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew importati f'tunnellaġġ u valur beef burgers mill-25 ta' Mejju 1998 'l hawn? Mil-liema ditti ġew importati dawn il-beef burgers? Kemm tħallset levy fuq din l-importazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:- IMPORTATUR KWANTITA VALUR LEVY MĦALLSA Food Operations Ltd. 32,190 kg Lm34,065 Lm 3,220 Clo Caruana Dist. 66,096 kg Lm65,687 Lm 6,610 Services Ltd. Dawn il-kwantitajiet u valuri ġew importati taħt H.S. Code 020230
Leg 9 PQ #1955 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Provvista ta' elettriku

Question

Possibbli l-Korporazzjoni Enemalta tinvestiga x'inhi r-raġuni għaliex il-provvista ta' l-elettriku qed tinqata' ta spiss fi Triq il-Ħortan, f'Wied il-Għajn? X'inhi s-soluzzjoni biex dan l-inkonvenjent jinqata'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li r-raġuni għall-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku fi Triq il-Hortan u fl-inħawi tagħha f'Wied il-Għajn huwa dovut għal overloading f'dan iż-żmien tas-sena. Is-soluzzjoni biex jiġi eliminat dan l-inkonvenjent hija li tinbena substation fl-inħawi. Għal dan il-għan il-Korporazzjoni Enemalta bdiet il-proċess biex tiġi identifikata biċċa art.
Leg 9 PQ #1267 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati skrivani ġodda mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm ġew impjegati skrivani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma impjegatx skrivani ġodda mill-5 ta' Settembru 1998 sa llum.

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem il-Ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-Ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-Ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-vetturi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #2176 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il-tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Maltapost — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Maltapost: (i) x'irriżulta mill-intervisti li kienu saru għal uffiċjali fl-Accounts Department? Kemm applikaw? Liema ntgħażlu u fuq liema kriterji? (ii) Hu maħsub li jkun hemm sejħa għal applikazzjonijiet għal postwomen/postmen fiż-żmien li ġej?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-linja ta' l-ajru Air Malta: (i) jekk sarux intervisti għal promozzjonijiet f'dawn l-aħħar sitt xhur u x'irriżulta minnhom? (ii) se jiġu mogħtija mpjiegi permanenti part-time cabin crew u part-time loaders li ġew ingaġġati f'dawn l-aħħar snin? (iii) Hemm ħsieb li jiġu mpjegati air hostesses fiż-żmien li ġej? Jekk fl-affermattiv, x'ikunu l-kwalifiki meħtieġa? (iv) Kemm kienu applikaw u kemm kienu ntgħażlu technicians f'dawn l-aħħar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Malta International Airport — Customer care assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu joħorġu applikazzjonijiet għal customer care assistants fil-Malta International Airport? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara l-merger ta' l-M.I.A. mad-D.C.A. fl-1 ta' Mejju 1998, ma kien sar l-ebda xogħol fuq l-użu nazzjonali tar-riżorsi umani. Dan ix-xogħol beda riċentement u għadu kmieni biex wieħed jgħid minn issa x'ser ikunu l-ħtiġijiet fit-tul tal-kumpanija għall-Customer Care Assistants.