Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, taħt kull skema fis-seħħ preżentement fl-Awtorita' tad-Djar: (a) kemm applikaw nies taħt skema; (b) kemm ibbenefikaw nies taħt kull skema;(ċ) kemm ġie allokat flus taħt kull skema; u (d) kemm intnefqu flus s'issa taħt kull skema mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba taħt items A, B u D.
L-Awtorita' tad-Djar tivvota somma waħda għas-sussidju għall-iskemi tagħha. Fil-fatt għas-sena finanzjara li tkopri l/10/99 - 30/9/2000 is-somma tlaħħaq is-Lm700,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kummissjoni ġiet maħtura minnu u f'liema oqsma? Min huma l-membri f'dawn il-kummissjonijiet? Kemm qed jitħallsu l-membri tal-kummissjoni għal dan is-servizz? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li tlestew minn dawn il-kummissjonijiet? Jekk ir-rapporti ma tlestewx meta se jitlestew u x'materja qed jittrattaw dawn ir-rapporti jew studji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nippreżumi li l-Onor. Membru mhux qed jirreferi għal Kummissjonijiet li jinħatru minn sena għall-oħra skond il-liġi relevanti.
F'dan il-każ, jien ħtart żewġ Kummissjonijiet kif jidher hawn taħt. L-ewwel waħda minn dawn il-Kummissjonijiet inħatret wara deċiżjoni tal-Kabinett.
1. NATIONAL COMMISSION ON WELFARE REFORM
CHAIRPERSON
Mr Anthony Galdes
MEMBERS
Dr Anthony Borg Barthet
Mr Alfred Buhagiar
Mr Mario Cutajar
Profs Emanuel P Delia
Mr Edward R Gatt
Mr Vincent Grech
Ms Natasha Meli
Mr Emanuel Micallef
Mr Maurice Petrocochino
Mr Victor Scicluna
Mr Albert J Tabone
Mr Ray Cachia Zammit
2. NATIONAL COMMISSION ON THE ABUSE OF DRUGS, ALCOHOL AND
OTHER DEPENDENCIES
CHAIRPERSON
Mag. Dr Silvio Meli
MEMBERS
Mr Herbert Agius
Ms Joan Bugeja
Ms Joyce Callus
Dr Marilyn Clark
Dr Anton Grech
Dr Paul Micallef
Dr Richard Muscat
Il-membri ta' dawn il-Kummissjonijiet ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni. Dwar is-sottomissjonijiet ta' rapporti, irrid ngħid li l-Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-Riforma fil-Welfare għandha tlesti rapport preliminari fi żmien qasir. Ix-xogħol tal-Kummissjoni l-oħra huwa ta' natura kontinwa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Nazzjonalista għadux qed jiggarantixxi li l-impressed drivers mal-gvern u mal-korporazzjonijiet pubbliċi jsiru mpjegati permanenti ladarba din kienet il-wegħda numru 13 meħuda mill-programm elettorali? Jista' l-Ministru jgħid ma' liema unions iltaqa' mill-5 ta' Settembru'l hawn biex jiddiskuti s-sitwazzjoni ta' l-impressed drivers? X'kien l-eżistu ta'dawn id-diskussjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-Working Group, li ġie appuntat bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru, qed ikollu laqgħat ma' Dipartimenti u Korporazzjonijiet tal-Gvern, kif ukoll ma' rappreżentanti tal-ħaddiema Impressed, biex tinstab l-aħjar soluzzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ fejn qiegħed isir xogħol ta' kostruzzjoni f'Ħal Tarxien fejn fil-pedament qiegħed jintefa' materjal b'xebħ ma' ħama u dan fil-pedament?
Jista' l-Ministru jgħid fuq ordni ta' min dan il-materjal qiegħed jintefa'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li hekk kif waslet l-informazzjoni li l-kuntrattur kien qed jordom materjal li kien jinkludi xi ħama, dan twaqqaf immedjatament mid-Direttur tal-Bini u Tiswija ta' Djar u ġie ordnat juża radam normali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fadal appartamenti vojta fil-blocks il-ġodda ta' l-appartamenti f'Ħal Mula l/o Żebbuġ?
Liema huma dawn l-appartamenti li għadhom ma ġewx ikkunsinjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-erba' appartamenti vojta fil-blocks il-ġodda ta' l-appartamenti f'Ħal Mula l/o Zebbug ħarġu għall-bejgħ taħt l-aħħar Avviż ta' l-Awtorita' tad-Djar Numru 63.
Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li tiġi ntrodotta skema fejn tagħti d-dritt lis-sidien ta' djar residenzjali antiki (li ġew mibnija qabel l-1960) u li huma mibnija fuq art tal-Gvern u b'enfitewsi temporanja, sabiex dawn is-sidien ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens temporanju bi prezz sussidjat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din it-tip ta' propjeta' hija amministrata mid-Dipartiment ta' l-Art u għalhekk il-materja taqa' fid-diskrezzjoni tal-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni sabiex ir-Requisition Order No. 0048/94 maħruġ fis-16 ta' Marzu, 1994 jitneħħa minħabba li huwa lampanti u llum m'għadx hemm loku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-risposta għall-Mistoqsija Nru. 10806 tingħata f'Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn gradwati li qed jirreġistraw u x'inhi l-professjoni tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Settembru 1999, in-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 82.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi x'tip ta' degree għandhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-każ ta' l-applikazzjoni tagħha għall-post ta' assistent direttur fi ħdan id-Dipartiment tal-Housing, liema applikazzjoni ġiet rifjutata wara disa' xhur fuq il-kriterji li hu ma jikkwalifikax a bażi taċ-ċirkolari u dan avolja hu kien jissodisfa l-istess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din il-Mistoqsija tikkonċerna proċess ta' għażla li huwa mniedi mill-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku u għalhekk mhux il-każ li bħala Ministru għandi nagħmel investigazzjoni.
B'danakollu, jien infurmat li d-Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru tiegħi, li huwa wkoll membru tal-Bord ta' l-Għażla, diġa' spjega fid-dettal lill-persuna konċernata r-raġuni għala ma tikkwalifikax għal din il-pożizzjoni.
Il-persuna kkonċernata wkoll qajjem il-każ tiegħu mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi programmi ta' prevenzjoni mill-abbuż tad-droga qed twettaq is-Sedqa fil-Higher Secondary School, trade schools, Junior College u post secondary schools oħra u fl-Universita'? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji ta' programm progamm, istituzzjoni istituzzjon?
Response (GONZI, LAWRENCE)
SEDQA qiegħda tmexxi programm ta' Prevenzjoni Sekondarja ma' studenti ta' l-ewwel sena fl-iskejjel post-sekondarji ta' Malta u Għawdex.
Prevenzjoni Sekondarja tassumi li l-popolazzjoni li qegħdin naħdmu magħha, għandha riskju akbar minn gruppi oħra. L-istudenti ta' l-eta' bejn 16 u 19 'il-sena għandhom riskju li ġej mill-eta' tagħhom minħabba li din hija fażi esperimentali f'ħajjithom u allura ċ-ċans li jesperimentaw bid-droga huwa preżenti.
Il-programm "Storm" jaħdem permezz ta' sitt laqgħat ta' diskussjoni fejn l-istudenti jkollhom iċ-ċans li jesprimu lilhom infushom f'ambjent formattiv. Matul is-sena akkademika 1999/2000, "sedqa" qiegħda timmira li tilħaq madwar 2000 student/a f'dawn l-iskejjel:
1. Mikilang Sapiano, Kordin
2. Higher Secondary, Naxxar
3. Salvatore Dimech, Tarġa Gap
4. Stefano Zerafa, Naxxar
5. Umberto Calosso, St Venera
6. Nautical School, Valletta
7. School of Hairdressing and Beauty Therapy, Sliema
8. Felenberg, Kordin
9. Secretarial School, Msida
10. Prevocational School, Msida
11. ITS Malta, St Julians
12. ITS Gozo, Għarb, Għawdex
13. Paulino Vassallo, Kordin
14. St Edward's College, Birgu
15. De La Salle College, Birgu
16. Kumpless Post-Sekondarju, Rabat, Għawdex
Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li d-Detox out-patients m'għandux jibqa' fil-bini ta'l-Isptar San Luqa? Jekk jidhirlu li dan iċ-ċentru m' għandux ikun hemmhekk, meta se jiċċaqlaq dan iċ-ċentru u fejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Detox "Out patients" qiegħed f'post ċentrali ġewwa l-Isptar San Luqa, fejn jista' jintleħaq minn kulħadd.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-family therapy service fi ħdan l-SWDP? X'xogħol jagħmlu? F'Liema grade jew professjoni huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-Family Therapy Service tal-SWDP hemm seba' (7) minn nies jaħdmu:
- l Co-Ordinator - Senior Social Worker
- 5 Family Work Officers (*)
- l Administrative Support Worker
(*) Tnejn mill-ħames Family Work Officers qegħdin fuq 'study leave'
Xogħol il-koordinatur huwa dak li jmexxi s-servizz fuq il-policies ta' l-SWDP u dawk li joħorġu fi ħdan il-Unit innifsu fuq approvazzjoni taċ-Chief Executive Officer. Barra minn hekk huwa jieħu sehem f'xogħol mal-familja u koppji, osservazzjoni u superviżjoni klinika tal-kollegi; preparazzjoniu parteċipazzjoni fit-terapija mal-familji lill-professjonisti oħra.
Xogħol il-Family Work Officers huwa dak mal-familji u koppji, li jinqasam f'numru ta' sessions u b'użu professjonali ta' mudelli differenti. Huma għandhomil-kompitu wkoll li jippreparaw u jgħallmu korsijiet b'approvazzjoni diretta mit-Tavistock Clinic ta' Londra. Jieħdu sehem ukoll f'osservazzjonijiet u superviżjoni klinika. Għandhom ukoll xogħol li jwassalhom f'kuntatt dirett ma' aġenziji oħra bħal: CHS, Sptarijiet, Fejda, Skejjel.
Xogħol l-Administrative Support Worker huwa wieħed kemm amministrattiv u kemm segretarjali.
TITLU TA-XOGĦOL GRAD
Koordinatur - Senior Social Worker 9
Family Worker Officers 11
Administrative Support Worker 12
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitlesta l-emergency shelter residenzjali ġdid għal nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Huwa ppjanat li ċ-Ċentru t'Emerġenza ġdid għal nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika jibda' jilqa' l-klijenti f'Ottubru 2000.
Biex inkunu f'posizzjoni li nilqgħu għal problemi eżistenti li jħabbtu wiċċhom magħhom nisa u tfal vittmi ta' vjolensa domestika, ttieħdu diġa żewġ miżuri importanti:
- L-Awtorita' tad-Djar qed tidentifika numru ta' appartamenti biex dawn jiġu allokati mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjonijiet Soċjali lil nisa u tfal li jkunu ilhom għal żmien twil igħixu f'ċentri ta' emerġenza jew servizzi residenzjali oħra minħabba li ma jkollhomx fejn joqogħdu.
- Qed isiru diskussjonijiet ma' uffiċjali tal-Knisja biex fi żmien qasir jiżdiedu sostanzjalment is-servizz residenzjali għal nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika li jkollhom bżonn fejn joqgħodu għal perjodu twil (mhux t'emerġenza). L-iżvilupp f'dan is-servizz ser isir bi sħab bejn il-Gvern u l-Knisja, u għandu jkun lest fl-ewwel fażi tiegħu sa l-aħħar ta'din is-sena. Din l-ewwel fażi tinkludi sitt appartamenti żgħar.
Permezz ta' dawn iż-żewġ miżuri, l-unika ċentru t'emerġenza li hawn bħalissa, Dar Merħba Bik, ikun jista' jilqa' aktar nies fi kriżi minħabba li dawk li jkollhom bżonn servizz residenzjali fit-tul jew akkomodazzjoni alternattiva ser ikunu jistgħu jibbenifikaw miż-żewġ miżuri li semmejt hawn fuq. B'hekk, Dar Merħba Bik ma tibqax tkun okkupata għal perjodi twal ħafna, u jinħolqu aktar postijiet għal nisa u tfal fi kriżi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema istituzzjonijiet intbagħtu t-tfal li matul din is-sena waqgħu taħt Ordni ta' Ħarsien jew Ordni Temporanja ta' Ħarsien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tfal li dwarhom inħarġet Ordni għall-Ħarsien jew Ordni Temporanja ta' Ħarsien matul il-perjodu Jannar-Ottubru, 1999 intbagħtu fl-istuzzjonijiet/residenzi ndikati hawn taħt:
NUMRU TA' TFAL ISTITUZZJONI
5 Ursuline Creche - Sliema
3 Ursuline Creche - Valletta
4 Ursuline Creche - Angela House, G'Mangia
1 St Patrick's - Sliema
1 St Theresa Home - Żurrieq
1 Qalb ta' Ġesu' - Żurrieq
1 Foster Parents
4 Living with grandparents
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun il-futur ta' numru ta' casual clerks li ilhom numru konsiderevoli ta' snin jagħmlu xogħolhom għas-sodisfazzjoni tas-servizz ġenerali?
Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti minn dawn l-impjegati partikolarment minħabba l-fatt li l-ingaġġ ta' numru ta' segretarji riċenti qed jinħass minnhom ta'theddida diretta għal dawn l-impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma kellix ilmenti kmill-impjegati kif imsemmi mill-Onor. Membru. Naturalment, l-eżiġenzi tas-servizz jiddetermina kull deċiżjoni li tista' tittieħed f'dan ir-rigward.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward ta' housing u akkomodazzjoni soċjali in ġenerali, liema kienu x-xogħlijiet ta' tiswija li proġetti tal-gvern kellhom bżonn; u jekk kien hemm ta' liema natura kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiddispjaċini li l-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant ma tantx hi ċara. Jekk jispjegali eżatt x'informazzjoni jixtieq, inkun f'pożizzjoni li nagħti t-tweġiba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) kemm hemm persuni li applikaw għal akkomodazzjoni tul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena; (b) min ġie allokat punti f'dawn is-snin; u (ċ) kif inhuma allokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-rigward tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kien hemm 4,217 persuna li applikaw għal akkomodazzjoni alternattiva matul l-aħħar ħames snin. Dawn kienu kif ġej:
1995 834
1996 951
1997 983
1998 925
1999 524 (sat-22 ta' Ottubru)
Kull applikazzjoni tingħata punti awtomatikament kif tidħol fid-database tad-Dipartiment.
Barra dan, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet dawn l-applikazzjonijiet f'dan l-aħħar ħames snin:-
SENA NUMRU TA'
APPLIKAZZJONIJIET
1995 1,309
1996 2,080
1997 1,994
1998 519
1999 1,217
Hemm numru ta' applikanti li applikaw f'aktar minn sena waħda taħt avviżi differenti.
Dawk l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom ma kienetx invalida ingħataw il-punti.
Kemm id-Dipartiment konċernat kif ukoll l-Awtorita' tad-Djar jallokaw punti skond il-proċeduri stabbiliti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li kienu volontarjament ħadu s-somma għaliex irriżenjaw mill-Kalaxlokk li: (a) qed jaħdmu llum; (b) qed jirreġistraw; u (ċ) għaddew board?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għas-Servizzi Ekonomiċi.