B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1863 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm iffrankat flus il-Malta Desalination Services Ltd. lill-WSC mit-twaqqif tagħha taħt Gvern Laburista? Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżommu milli jirrispondi fil-ħin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb li nfakkar li l-KSI kellha minn ħafna qabel Settembru ta' l-1996 pjani biex tieħu kontroll dirett tat-tħaddim ta' l-impjanti tagħha ta' l-RO malli kien jispiċċa il-kuntratt eżistenti f'Diċembru ta' l-1996. Kienet bagħtet nies tagħha għat-taħriġ barra minn Malta u kellha kuntatti u arranġamenti li kien hemm bżonn mad-ditti li pprovdew l-apparat biex tkun żgurata mis-sapport tagħhom.
Id-domanda dwar l-iffrankar ta' flus hija daqsxejn akkademika. Qatt ma ġie diskuss mill-KSI kuntratt ġdid ma' l-operaturi ta' dak iż-żmien u allura ma tistax tgħid kemm kien ikun il-ħlas għas-sena Ottubru 1996 -Settembru 1997. Żgur hu li ma kienx jkun aċċettat kuntratt bl-istess ħlas u struttura bħal ta' qablu għax dan kien, fost l-oħrajn jċaħħad il-KSI mill-benefiċċju li kisbet mill-programm tal-Leagkage COntrol. Iċ-ċirkustanzi mibdula kienu kollha favur li l-KSI tinnegozja termini ferm aħjar.
Il-KSI ħallset lill-kumpanija MDS Lm1.5miljun għall-produzzjoni ta'22,250,666 metri kubi. Bir-rati ta' l-aħħar sena tal-kuntratt, l-operattiv kienu jitħallsu Lm3.03 miljun kubu kieku operaw huma.
WSC — Kwestjonijiet mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi kwestjonijiet hemm pendenti bejn il-WSC u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat, li bħalissa hemm erba' kwistjonijiet bejn il-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-ilma u l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi.
Dawn huma:
1. Protest Ġudiżżjarju dwar Triq il-Kbira.
2. Protest Ġudiżżjarju dwar Triq Spiteri Fremond u t-toroq ta' madwar.
3. Kawża Ċivili dwar diversi xogħolijiet ta' reinstatement ta' toroq fil-lokalita'.
4. Każ dwar bdil ta' serviżż ta' l-ilma fi Triq San Bartilmew.
Jista' l-Ministru jgħid kif qegħda titkejjel l-effiċjenza fil-produzzjoni ta' l-ilma fl-Impjanti tar-Reverse Osmosis tal-WSC? Kemm hi l-effiċjenza hekk imkejla f'kull impjant li qed jaħdem?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informażżjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1881, billi fir-risposta ma ssemmietx ir-raġuni għaliex ingħataw direct orders, jista' l-Ministru, f'kull każ imsemmi, jagħti r-raġuni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli interpellant li t-tweġiba tinghata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1492, jien informat tajjeb li Gvern Laburista kien nieda charter tal-konsumatur fil-Maltacom. Billi jidher li l-Ministru għadu mhux konxju ta' dan skond it-tweġiba li ta, jista' l-Ministru jara fiex wasal dan iċ-charter, fiex jikkonsisti u x'qiegħed isir bħalissa? Jista' jinforma lill-Kamra dwar dan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-mistoqsija parlamentari numru 1492, ma' għamel l-ebda referenza għall-Maltacom, u għalhekk mhux korrett li wieħed jgħid li "l-Ministru għadu mhux konxju ta' dan".
Peress li issa l-Onorevoli Interpellant irrefera għall-Maltacom, ser inwieġeb il-mistoqsija fir-rigward ta' din l-entita'.
Il-Manifest tal-Klijent ta' Maltacom plc daħal fis-seħħ fl-1997, fi żmien il-Korporazzjoni Telemalta. Dan kien ippubblikat fid-Direttorju tat-Telefon ta' l-1996 u rega' gie ppublikat fl-edizzjoni tad-direttorju ta' din is-sena.
Meta klijent jagħmel talba skond dan il-manifest, din tigi nvestigata u jekk ikun il-każ, il-klijent jingħata l-kumpens li jipprovdi l-istess manifest.
Biex il-klijenti tal-kumpanija jifhmu aħjar xi jkopri dan il-manifest, rappreżentant ta' Maltacom plc gie mistieden fuq programmi tar-radju u t-televiżjoni mid-Dipartiment tal-Konsumatur ħalli jispjegah u jwiegeb mistoqsijiet generali. S'issa saru intervisti fuq Radju Malta 2, RTK u Radju MAS u fuq Super One TV. Din il-kampanja ta' informazzjoni se tkompli s-sena d-dieħla.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, u għad-dikasteru li l-Ministu huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bit-tariffi/rati ġodda ta' l-ilma u dawl għar-raħħala, bdiewa u l-Agro Industrija? Kemm fil-fatt ġie l-prezz ta' metru kubu li kien 4c5m sa 2,270 metru kubu ilma għar-raħħal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif il-miżuri l-ġodda ta' tnaqqis ta' levy fuq ċerti beef burgers mhux se jaffetwa ħażin l-industrija lokali ta' l-ipproċessar taċ-ċanga friska? Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu mpjegati l-ħaddiema li jaħdmu f'dawn l-azjendi ta' l-ipproċessar tal-laħam kemm-il darba minħabba kawża ta' dawn il-miżuri l-kumpanniji jkollhom jgħalqu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li dan it-tnaqqis sejjer jolqot biss lill-beef burgers li huma manifatturi minn ċanga pura u għalhekk jaffetwa biss sezzjoni żgħira mill-manifattura lokali.
Rigward it-tieni parti, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru , li sa fejn huwa nfurmat id-Dipartiment ta' l-Industrija llum, ma jidhirx li din is-sitwazzjoni sejra taffettwa b'mod negattiv l-impjiegi. Anzi, jidher li l-ħwienet ta' l-ikel (fast food outlets) jimpjegaw numru sostanzjali ta' ħaddiema u dan jagħmel tajjeb għal xi tnaqqis żgħir li jista' jkun hemm fis-settur tal-manifattura ta' l-istess prodott.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm turbini b'kollox fil-power station tal-Marsa u ta' Delimara? Kemm hi l-kapaċita' ta' ġenerazzjoni elettrika minn kull turbina?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinformani dwar il-follow up tal-File IPSE 980354/164/98 u ċioe' jara li jiġi rimedjat il-każ sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 801, jista' l-Ministru jagħti il-lokalitajiet minn fejn huma dawk li ġew impjegati l-ħaddiema in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diġa' għidt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 801 ma jkunx etikament ġust li nagħti dettalji dwar persuni li jkunu ġew impjegati ma' Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Ministru ma tanix l-informazzjoni li tlabt f'mistoqsija parlamentari numru 1724 dwar x'ammont ta' flus għandha tieħu l-Air Malta mil-Libja għal ħlasijiet ta' xiri ta' biljetti ta' l-ajru meta f'dawn il-jiem fi tweġiba għall-mistoqsija supplimentari wieġeb li dan l-ammont huwa ta' Lm13-il miljun?
Xi problema sab jagħtiha bil-miktub meta ma sab l-ebda problema simili jwieġeb bil-fomm?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tajtx tweġiba bil-miktub għall-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 1724, għas-sempliċi raġuni li fil-ħin li t-tweġiba ġiet mgħoddija lill-Iskrivan tal-Kamra kif titlob il-proċedura, tali informazzjoni ma kienitx għad-dispożizzjoni tiegħi.
Infatti l-informazzjoni waslitli ftit tal-ħin qabel dħalt għas-seduta parlamentari ta' dakinhar u għalhekk kif għidt ma kienx possibbli li din tiġi nkluża fid-domanda relattiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm trains b'kollox fl-impjant tar-reverse osmosis ta' Tigne'? Kemm minn dawn qegħdin jaħdmu? X'se jsir minn dan l-impjant? Kemm kien ġie jiswa? Kemm hemm nies jaħdmu fih bħalissa u x'qed jagħmlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-impjant ta' Tigne kien jikkonsisti f'ħames trains u ilu wieqaf minn April 1996. Jiena nfurmat li dan l-impjant ser jitneħħa biex jagħmel wisa' għall-proġett ta' Tigne.
Dan l-impjant kien ġie jiswa Lm3.2 miljuni u bħalissa hemm biss uffiċjali tas-sigurta' jagħmlu għassa miegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l-ilma, kemm kien l-ammont imħallas (billed) u kemm kien il-persentaġġ ta' unaccounted for water, sena b'sena, mit-twaqqif tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fl-1992?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Billi Artiklu 6.09 tal-ftehim bejn id-Drainage Department fid-Dipartiment ta' l-Ambjent u l-European Investment Bank December 1995 jaħseb għal tariffi fuq id-drenaġġ, jista' l-Ministru jgħid kemm u kif mit-tariffi fuq l-ilma kif preżentati dan l-aħħar se jmorru għal dan l-iskop?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Artikolu 6.09 tal-ftehim ma jispeċifikax li jkun hemm tariffi fuq id-drenaġġ iżda li jkopru dan l-element.
Infakkar li meta l-amminstrazzjoni preżenti introduċiet it-tariffi l-ġodda, li kien fihom roħs sustanzjali fuq dawk imposti mill-Gvern Laburista, l-għan ewlieni f'din ir-roħs kien l-aspett soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Water Services Corporation tħallasx lill-Enemalta fuq il-bażi ta' dual tariff system skond kemm tuża enerġija matul il-ġurnata jew matul il-lejl?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tħallas lill-Korproazzjoni Enemalta fuq bażi ta' dual system tassumi li l-impjanti jaħdmu l-istess bil-lejl u bin-nhar.