Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2704 Sitting 38 1998-12-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Spiru Spiteri - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li saret talba mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien biex jitwaħħlu bozoz fi Triq Spiru Spiteri, Tarxien? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta mexxitx it-talba msemmija lill-Ministru responsabbli minnu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk approvax it-twaħħil tal-bozoz imsemmija? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jagħti l-approvazzjoni tiegħu biex jitwaħħlu dawn il-bozoz wara li l-kunsill lokali għamel diversi talbiet u t-triq imsemmija hija mudlama ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li saret talba biex jitwaħħlu żewġ bozoz fit-triq imsemmija. Il-Korporazzjoni Enemalta bħalissa qed taħdem fuq l-istima ta` din it-talba.
Leg 9 PQ #2709 Sitting 38 1998-12-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Servizz ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizzi tad-dawl, ilma, telephone, eċċ ġew imqegħda mill-Korporazzjonijiet Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, Maltacom u oħrajn, jekk huwa l-każ, fi Triq Pawlu Schembri, Triq Dar il-Kejka, Triq Spiru Spiteri, Triq il-Vittmi tal-Gwerra, Triq Joseph Burlo u Triq Ċikku Saliba (toroq kollha f'Ħal Tarxien)? Jekk jonqos xi servizzi x'jgħaddu fit-toroq imsemmija, jista'l-Ministru jgħid x'jonqos isir, triq triq, u minn liema korporazzjoni għandu jsir?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra,

WSC — Xogħol ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel jew qed jagħmel xogħol ta' konsulenza mal-Water Services Corporation minn Marzu 1997 sa Ottubru 1998 u kemm tħallas kull konsulent u min awtorizza dawn il-konsulenzi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.

WSC — Internal Audit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Internal Audit fil-Water Services Corporation u kemm tħallas overtime f'din is-section s'issa u minn kemm hi magħmula nies u lil min tirrapporta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.

WSC/MDS — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk li għandhom il-mobile phone fil-WSC u fl-MDS Ltd u kemm kienet l-ispiża minn Marzu 1997 sa Ottubru 1998 għal kull mobile phone separatament u jekk kenitx assolutament bżonnjuża din l-ispiża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1936 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Ġonna

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-kumpanniji li applikaw/ittenderjaw għax-xogħol ta' manteniment tal-ġonna tal-MIA? Xi prezzijiet offrew u min ħa t-tender? Kemm kienet it-tender preċedenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kumpaniji li applikaw għat-tender li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huma dawn: 1. J.S. Zammit & Co Ltd 2. The Garden Shop Nursery Ltd 3. Piscopo Gardens Ltd 4. Flower Power (Sales) Ltd 5. Louis R. Naudi trading as Airport Gardening Services 6. Charles Camilleri on behalf of Grenlands It-tender għall-manteniment ta` ġonna ta` 40,000 metri kwadri, li ngħatat mill-Bord preċedenti , intrebħet minn The Garden Shop Nursery Ltd. Prezzijiet ta` tenders huma kunsidrati bħala informazzjoni kummerċjali u għalhekk ma jkunx fl-interess ta` l-istess kumpanija li nippubblikom. Tajjeb wieħed jgħid li t-tender preċedenti, li kienet tkopri area globali inqas minn dik imsemmija fuq, kienet tammonta għal-somma akbar minn dik preżenti.
Leg 9 PQ #2388 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

SME's

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' SME's f'pajjiżna bħalissa? Kemm minn dawn iħaddmu inqas minn ħames persuni, għaxar persuni, 15-il persuna, 20 persuna u minn 25 persuna 'il fuq?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta` SME`s f`Malta huwa ta` 4820. Dan in-numru huwa mqassam hekk: taħt 5 persuni 4096 taħt 10 persuni 4402 taħt 15 -il persuna 4525 taħt 20 persuna 4600 bejn 25 u 250 persuna 188 Dawn il-figuri huma sat-30ta` Settembru 1998
Leg 9 PQ #2714 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki vojta li mhux isir xogħol fihom f'Malta u Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'liema qasam industrijali qegħdin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent in-numru ta` fabbriki vojta li mhux isir xogħol fihom huwa ta` 29. Minn dawn id- 29 hemm 23 li huma riservati għall-proġetti. Il-fabbriki vojta jinsabu fl-oqsma industrijali tal-Marsa, Kordin, San Gwann, Bulebel, Hal-Far, Ricasoli, Mosta u x-Xewkija.
Leg 9 PQ #2723 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Wied ta' Garnaw - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf u jissewwa l-ġibjun li jinsab fil-Wied ta' Garnaw, f'Santa Luċija li bħalissa jinsab fi stat ta' abbandun għad-detriment tal-bdiewa tal-madwar?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma biex isir ix-xogħol neċessarju.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas u/jew se jitħallas il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għal xogħol li għamel mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.

WSC — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta u s-sussidjarji tagħha li isimhom qed jintbagħat separatament mill-Water Services Corporation minn Marzu 1997 sa Settembru 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.

WSC — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta li isimha qed jintbagħat separatament mill-Water Services Corporation minn Marzu 1997 sa Ottubru 1998 u min awtorizza dan l-infiq?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.

Enemalta — Distanza ta' arbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija d-distanza li l-Korporazzjoni Enemalta tikkonċedi sabiex ma titħallasx l-ispiża ta' arbli jew wires sabiex jiġi estiż d-dawl elettriku għal farms jew rural rooms? Jista' jinvestiga għaliex persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament li ħallas Lm150.00 fuq irċevuta Rec.016828 u li għandu distanza ta' 485 pied qiegħed jiġi mitlub li jħallas ammont konsiderevoli? Tikkwalifika din il-persuna għall-eżenzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm dwar il-ħaddiema ta' Kalaxlokk li llum mhux jaħdmu mal-Kumpannija Novita'? Kemm hemm ħaddiema milquta b'kollox?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2036. Nixtieq inżid li n-numru ta` ħaddiema involuti jammonta għal 476.
Leg 9 PQ #2647 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont minfuq fil-Ministeru tiegħi, li jinkludi l-uffiċini taż-żewġ Segretarji Parlamentari kien ta` Lm2989.94.

Xufier — Trapjant tal-kliewi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' wieħed li ismu u l-ID Card number tiegħu qed jintbagħtu separatament li billi huwa każ ta' trapjant tal-kliewi kien ġie assenjat xogħol ta' driver biex ma jbatix fl-amministrazzjoni preċedenti, u issa reġgħuh lura jaħdem bix-xift D, N, R, u O bi tbatija kbira għal saħħtu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-impjegat tal-Malta International Airport p.l.c. li qed jagħmel riferenza għalih l-Onorevoli Interpellant kien ġie assenjat xogħol ta` Driver taċ-Chairman fuq bażi ta` Day, Day, Off, Off, fuq deċiżjoni taċ-Chairman preċedenti b`effett mis-7 ta` Jannar, 1998 qabel liema data hu kien jaħdem fuq bażi ta` Day, Night, Rest, Off, kif fil-fatt reġa tqabbad jibda jaħdem issa. Fil-perijodu li hu kien jaħdem bis-sistema ta` Day, Night, Rest, Off, qabel is-7 ta` Jannar 1998, hu qatt ma lmenta mal-Management ta` l-MIA li din is-sistema ta` xogħol kienet ta` xi tbattija għal saħħtu, għalkemm kien ilu li diġa għamel l-operazzjoni tat-trapjant tal-kliewi. Meta tkellem maċ-Chairman preżenti dwar il-problema tiegħu, l-impjegat kien infurmat li jekk iġib ċertifikat mediku li s-shift work kien qed jagħmel ħsara lil saħħtu, l-ħinijiet tax-xogħol tiegħu kienu jiġu riveduti.
Leg 9 PQ #2634 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC/Enemalta — Qtugħ ta' servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum kien hemm konsumaturi li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma ħallsux il-kont?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2655 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Vultaġġ baxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għal dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm vultaġġ baxx b'mod persistenti f'ħafna nħawi ta' Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2690 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ħlas ta' overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime direttament mill-Korporazzjoni Enemalta lill-impjegat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li ismu qed jintbagħat separatament matul dawn l-aħħar għaxar snin, ċioe' mill-1988 sa 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f`xi seduta oħra.

Ilma — Sistema ta' distribuzzjoni ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx maħsub xi titjib fis-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-ilma li joħroġ mill-impjant tar-riċiklaġġ ta' l-impjant ta' Sant'Antnin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.