Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx kuntratti għal ikel fid-djar ta' l-anzjani f'dawn l-aħħar sentejn?
Min kienu l-kuntratturi u kemm kien il-kuntratt fi flus f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'Lulju 1998, inħarġet "letter of acceptance" lill-San Germain Ltd. ta' Raħal il-Ġdid fejn ingħata tender sabiex din il-kumpanija tforni l-ikel lil tlett djar ta' l-anzjani. Dan ingħata bil-prezz ta' Lm1.17 kull ikla.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk jistgħux jiġu evicted l-inkwilini fid-djar bl-indirizz li qed jintbagħat separatament peress li saritilhom ħsara b'periklu serju fid-djar tagħhom il-lejl li għadda?
Jista' jinstabilhom post alternattiv fil-Furjana stess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ħa ħsieb joffri akkomodazzjoni lill-persuni involuti. Il-lokalita' tal-postijiet offruti jiddependi minn numru ta' postijiet vojta li ikollu d-Dipartiment fil-ġurnata li joffrihom.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għal domanda numru 11010, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-28 applikazzjoni sottomessi inkluż l-isem ta' l-applikant u t-tip ta' proprjeta' offruta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10989 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jara għaliex il-karozza tal-linja li twassal lill-istudenti minn Ħal Far (ETC) sal-Belt mhux qed twassal l-istudenti lejn il-Belt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ETC tipprovdi 'mini-bus service' lill-klijenti tagħha li jkunu qed jattendu korsijiet imtellgħin minnha.
Dan is-servizz jibda 30 minuta qabel il-ħin ta' kull kors u jwassal lill-klijenti minn ħdejn il-lukanda Phoenicia sa Ħal Far.
Kwarta wara li jispiċċa l-kors il-klijenti jitwasslu lura l-Belt.
Jekk l-Onor. Membru għandu nformazzjoni li dan is-servizz ma ġiex provdut nitolbu jispeċifika meta.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Welfare Committee?
X'inhu l-objective tax-xogħol tal-bord members?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kompożizzjoni tal-'Welafar Committee' hija kif tidher taħt:
Chairperson
Mr Anthony Schembri
Members
Dr Francis Agius M.P.
Dr Karl Chirsop M.P.
Mr George Agius
Mr Anthony Borg
Mr Joseph Spiteri
Dr Ronald Fiorentino M.D.
Mr Lino Mizzi
Mr Joseph Attard
Mr Louis Attard
Mr Louis Cuschieri
Ms Anne Callus
Secretary
Mr Vincent Ellul
Il-funzjonijiet tal-'Welfare Commitee' huma elenkati f'Sezzjoni 13(1) ta' l-Att ta' l-1987 dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema awżiljarji mal-Gvern? Meta se jsiru tal-post? Kemm hemm persuni b'diżabilita'? Fejn qegħdin jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li din l-informazzjoni tinstab għand il-'Management and Personnel Office' ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min se jidħol responsabbli għall-ħsarat li sofrew fid-djar tagħhom numru ta' residenti kaġun tax-xogħlijiet konnessi mad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'huwiex r-rwol tal-Ministeru li jagħti informazzjoni tat-tip mitlub fil-Mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li ntnefqu s'issa fix-xogħol tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm ipproġettat għal kull fażi u kemm fil-fatt intnefaq għal kull fażi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha li qed isiru fil-proġett tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla hux kollox għandu l-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li n-numru ta' l-ID tagħha qed jintbagħat separatament li tbati minn muscular dystrophy u peress li għandha diżabilita' fiżika huwa diffiċli li tmur personalment il-Housing Authority, tingħata l-file number peress li applikat personalment fl-20/10/99 u għadhom ma tawhiex l-file number għal akkomodazzjoni alternattiva minkejja li ħalliet iċ-ċertifikati kollha mitluba lilha mill-istess awtorita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata ma ġietx aċċettata mid-Dipartiment għal raġunijiet li ġew spjegati lill-istess persuna.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Djar ta' l-Anzjani mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet,jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani ma mpjega l-ebda ħaddiema ġodda fid-Djar ta' l-Anzjani fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Djar ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perjodu msemmi saru 5 trasferimenti. Dawn kollha saru fuq talba ta' l-individwu nnifsu minnbarra każ wieħed fejn it-trasferiment sar minnħabba l-esiġenzi tas-servizz. Dwar trasferimenti fil-futur, dawn jekk isiru, isiru skond il-bżonn tad-Dipartiment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar San Vincenz de Paule mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perjodu msemmi, fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ġew impjegati biss erbatax (14) "Enrolled Nurses" ġodda bħala "casuals". Dawn spiċċaw il-kors tagħhom reċentement wara li temmew b'suċċess l-istudji tagħhom fl-Institute of Health Care. Sejħa għall-applikazzjonijiet ta' "enrolled nurses" qegħda fil-proċess li tinħareġ hekk kif l-PSC tagħti l-approvazzjoni tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Vincenz de Paule? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perjodu msemmi, 11-il ħaddiem fir-Residenza San Vinċenz ingħataw trasferiment. Dawn kollha saru fuq talba tagħhom stess. Tlieta telqu u tmienja daħlu jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8110, Seduta Nru. 132, jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija sa Settembru 1999 u għall-istess perjodu 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9763
-------------------------------------------- --------
In-numru ta' self-employed bejn Mejju u Awwissu 1999 kien hekk:
XHUR TOTAL SELF-EMPLOYED
Mejju 1999 15,372
Ġunju 1999 15,408
Lulju 1999 15,385
Awwissu 1999 15,430
In-numru ta' self-employed bejn Ġunju u Settembru 1998 kien hekk:
XHUR TOTAL SELF-EMPLOYED
Ġunju 1998 15,435
Lulju 1998 15,447
Awissu 1998 15,428
Settembru 1998 15,381
Din l-informazzjoni tiġi ppublikata minn żmien għal żmien miċ-Ċentru Uffiċjali ta' l-Istatistika f'News Releases
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax tippubblika ir-rapport ta' l-investigazzjoni dwar il-każ tal-Lay Lay billi inti ġejt irrapportat li għedt li ma tara xejn ħażin li dan jiġi ippubblikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-rapport in kwistjoni, flimkien mar-rapport ta' l-Awditur Ġenerali u d-Direttur tal-Kuntratti li kien sar fil-31 ta' Awwissu 1998, tqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta tat-2 ta' Novembru 1999.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni b'diżabilita' reġistrati f'Malta u f'Għawdex mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B'Diżabilita'? Kemm hawn parking rerservations quddiem djar ta' persuni b'diżabilita' f'Malta u f'Għawdex? Kemm hawn persuni b'diżabilita' qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb/jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 7020?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bi tkomplija mar-risposta mogħtija fl-24 ta' Mejju 1999, għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7020 ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta' Mejju 1999 sa 30 ta' Settembru ta' l-istess sena il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet impjieg lill-37 persuna li l-eta tagħhom hija minn 48 sena 'l fuq. Il-Korporazzjoni hi mpenjata biex tkompli tipprovdi s-servizz indirizzat lil dawk li għandhom 'l fuq minn 40 sena.